EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0063

Kawża T-63/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Ottubru 2012 — Jurašinović vs Il-Kunsill ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talba għal aċċess għal xi dokumenti skambjati mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja matul kawża — Rifjut ta’ aċċess — Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali — Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali” )

ĠU C 355, 17.11.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Jurašinović vs Il-Kunsill

(Kawża T-63/10) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba għal aċċess għal xi dokumenti skambjati mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja matul kawża - Rifjut ta’ aċċess - Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali - Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali)

2012/C 355/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentant: N. Amara-Lebret, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Fekete u K. Zieleśkiewicz, sussegwentement C. Fekete u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-7 ta’ Diċembru 2009, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess għad-deċiżjonijiet dwar it-trasmissjoni, lit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja, tad-dokumenti li huwa kien intalab jikkomunika fil-kuntest tal-kawża ta’ Ante Gotovina u dwar il-korrispondenza kollha skambjata f’dan il-kuntest bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u din il-qorti, inklużi l-eventwali annessi, b’mod partikolari t-talbiet inizjali ta’ dokumenti li joriġinaw kemm minn din il-qorti kif ukoll mingħand l-avukati ta’ A. Gotovina.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Diċembru 2009, li tirrifjuta li tagħti lil Ivan Jurašinović l-aċċess għad-deċiżjonijiet dwar it-trasmissjoni, lit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja, tad-dokumenti li huwa kien intalab jikkomunika fil-kuntest tal-kawża ta’ Ante Gotovina u għall-korrispondenza kollha skambjata f’dan il-kuntest bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u din il-qorti, inklużi l-eventwali annessi, b’mod partikolari t-talbiet inizjali ta’ dokumenti li joriġinaw kemm minn din il-qorti kif ukoll mingħand l-avukati ta’ A. Gotovina, hija annullata sa fejn fiha, l-aċċess għall-korrispondenza skambjata bejn il-Kunsill u l-imsemmija qorti, kif ukoll għad-dokumenti li ma humiex ir-rapporti stabbiliti mill-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Komunità Ewropea, annessi ma’ din il-korrispondenza, huwa rrifjutat.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


Top