EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0373
Case C-373/12: Reference for a preliminary ruling from the Krajský súd v Prešove (Prešov Regional Court) lodged on 3 August 2012 — G.I.C. Cash, a.s. v Marián Gunčaga
Kawża C-373/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fit- 3 ta’ Awwissu 2012 — GIC Cash, a.s. vs Marián Gunčaga
Kawża C-373/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fit- 3 ta’ Awwissu 2012 — GIC Cash, a.s. vs Marián Gunčaga
ĠU C 355, 17.11.2012, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 355/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fit-3 ta’ Awwissu 2012 — GIC Cash, a.s. vs Marián Gunčaga
(Kawża C-373/12)
2012/C 355/13
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GIC Cash a.s.
Konvenut: Marián Gunčaga
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikoli 47 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) (iktar ’il quddiem il-“Karta”), moqrija flimkien mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE (2), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti li quddiemha titressaq kawża dwar kuntratt konkluż ma’ konsumatur għandha tevalwa jekk klawsola hijiex inġusta u li qorti ta’ Stat Membru diġà ddeċidiet, f’ċirkustanzi ta’ fatt analogi, li klawsola kuntrattwali ta’ kontenut identiku jew simili hija inġusta, il-konsumatur għandu dritt jippretendi li l-qorti adita teżamina jekk il-klawsola hijiex inġusta billi tieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-Istat Membru l-ieħor? |
(2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li l-qorti adita kisret dritt fundamentali li l-konsumatur għandu taħt l-Artikoli 47 u 38 tal-Karta, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-qorti tal-Istat Membru l-ieħor fir-rigward tan-natura inġusta ta’ klawsola ta’ kontenut identiku jew simili? |
(1) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(2) Direttiva tal-Kunsil 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).