This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0334
Case C-334/11 P: Appeal brought on 29 June 2011 by Lancôme parfums et beauté & Cie against the judgment of the General Court (Eighth Chamber) delivered on 14 April 2011 in Case T-466/08: Lancôme parfums et beauté & Cie v Office for Harmonisation in the Internal Market (Trade Marks and Designs), Focus Magazin Verlag GmbH
Kawża C-334/11 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ Ġunju 2011 minn Lancôme parfums et beauté & Cie kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal- 14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
Kawża C-334/11 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ Ġunju 2011 minn Lancôme parfums et beauté & Cie kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal- 14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/4 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2011 minn Lancôme parfums et beauté & Cie kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 — Lancôme parfums et beauté & Cie vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
(Kawża C-334/11 P)
2011/C 282/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Lancôme parfums et beauté & Cie (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, J. Pagenberg, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Focus Magazin Verlag GmbH
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2011 fil-Kawża T-466/08 u d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tad-29 ta’ Lulju 2008 fil-Każ R 1796/2007-1. |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade marks u wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li fil-kawża ineżami l-perijodu ta’ ħames snin wara r-reġistrazzjoni li fih għandu jitwettaq użu ġenwin mit-trade mark preċedenti Ġermaniża FOCUS li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għal ACNO FOCUS beda jiddekorri biss mit-13 ta’ Jannar 2004.
L-appellanti ma tikkontestax il-konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni. Filwaqt li l-appellanti ma taqbilx ma’ din il-konstatazzjoni, hija tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi.