Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0392

    Kawża C-392/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja ( “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 96/82/KE — Kontroll tal-perikoli ta’ inċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi — Artikolu 11(1)(ċ) — Obbligu ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni — Terminu” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    (Kawża C-392/08) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 96/82/KE - Kontroll tal-perikoli ta’ inċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi - Artikolu 11(1)(ċ) - Obbligu ta’ tfassil ta’ pjanijiet ta’ emerġenza esterni - Terminu”)

    2010/C 134/06

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Sipos, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: B. Plaza Cruz, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 11(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, kif emendata bid-Direttiva 2003/105/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 410) — Nuqqas ta’ żvilupp ta’ ċerti pjanijiet ta’ emerġenza esterna għall-miżuri li għandhom jittieħdu barra mill-istabbilimenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Billi ma fassalx pjanijiet ta’ emerġenza esterni għall istabbilimenti kollha previsti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tad-9 ta’ Diċembru 1996, dwar il kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti [inċidenti] kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 11(1)(ċ) tagħha.

    (2)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


    Top