This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0019
Case C-19/08: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 29 January 2009 (reference for a preliminary ruling from the Kammarrätten i Stockholm, Migrationsöverdomstolen, Sweden) — Migrationsverket v Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian (Right of asylum — Regulation (EC) No 343/2003 — Taking back by a Member State of an asylum seeker whose application has been refused and who is in another Member State where he has submitted a fresh asylum application — Start of the period for implementation of transfer of the asylum seeker — Transfer procedure the subject-matter of an appeal having suspensive effect)
Kawża C-19/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad- 29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Iżvezja) — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian (Dritt għal ażil — Regolament (KE) Nru 343/2003 — Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn huwa ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil — Bidu tat-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-applikant għal ażil — Proċedura ta' trasferiment li hija s-suġġett ta' rikors li jista' jkollu effett sospensiv)
Kawża C-19/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad- 29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Iżvezja) — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian (Dritt għal ażil — Regolament (KE) Nru 343/2003 — Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn huwa ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil — Bidu tat-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-applikant għal ażil — Proċedura ta' trasferiment li hija s-suġġett ta' rikors li jista' jkollu effett sospensiv)
ĠU C 69, 21.3.2009, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-29 ta' Jannar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen — l-Iżvezja) — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian
(Kawża C-19/08) (1)
(Dritt għal ażil - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn huwa ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil - Bidu tat-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-applikant għal ażil - Proċedura ta' trasferiment li hija s-suġġett ta' rikors li jista' jkollu effett sospensiv)
(2009/C 69/15)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Migrationsverket
Konvenuti: Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Kammarrätten i Stockholm, Migrationsöverdomstolen (l-Iżvezja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 20(1)(d) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta' Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (ĠU 2003 L 50, p. 1) — Teħid lura minn Stat Membru ta' applikant għal ażil li jinsab fi Stat Membru ieħor u li ppreżenta applikazzjoni ġdida għal ażil hemmhekk — Bidu tal-perijodu li fih għandu jiġi ttrasferit l-applikant għal ażil
Dispożittiv
L-Artikolu 20(1)(d) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta' Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru rikorrenti tipprovdi għall-effett sospensiv ta' rikors, it-terminu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment jibda jiddekorri, mhux b'effett mid-deċiżjoni ġudizzjarja provviżorja li tissospendi l-implementazzjoni tal-proċedura tat-trasferiment, iżda biss b'effett mid-deċiżjoni ġudizzjarja li tiddeċiedi fuq il-mertu tal-proċedura u li ma tistax tostakola iżjed din l-implementazzjoni.