This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015R2205-20240211
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/2205 of 6 August 2015 supplementing Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards on the clearing obligation (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02015R2205 — MT — 11.02.2024 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314 1.12.2015, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 |
L 113 |
15 |
29.4.2017 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/667 tad-19 ta' Diċembru 2018 |
L 113 |
1 |
29.4.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/447 tas-16 ta’ Diċembru 2019 |
L 94 |
5 |
27.3.2020 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/237 tal-21 ta’ Diċembru 2020 |
L 56 |
6 |
17.2.2021 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/750 tat-8 ta’ Frar 2022 |
L 138 |
6 |
17.5.2022 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/315 tal-25 ta’ Ottubru 2022 |
L 43 |
4 |
13.2.2023 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/363 tal-11 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
22.1.2024 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205
tas-6 ta' Awwissu 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Klassijiet ta' derivattivi OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar
▼M3 —————
Artikolu 2
Għall-iskopjiet tal-Artikoli 3 u 4, il-kontropartijiet suġġetti għall-obbligi tal-ikklerjar ikunu maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:
Il-Kategorija 1, li tinkludi l-kontropartijiet li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikunu membri li jikklerjaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal mill-anqas klassi waħda ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ta' mill-anqas waħda mis-CCPs awtorizzati jew rikonoxxuti qabel dik id-data li jikklerjaw tal-anqas waħda minn dawk il-klassijiet;
Il-kategoriji 2 tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 li jappartjenu għal grupp li l-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tiegħu ta' ammont nozzjoni gross pendenti ta' derivattivi kklerjati mhux ċentralment għal Jannar, Frar u Marzu 2016 tkun aktar minn EUR 8 biljun u li jkunu xi waħda mis-segwenti:
Kontropartijiet finanzjarji;
Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.
Il-Kategorija 3 li tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 jew Kategorija 2 li jkunu xi waħda minn dawn li ġejjin:
Kontropartijiet finanzjarji;
Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.
Il-Kategorija 4 li tinkludi kontropartijiet mhux finanzjarji li ma jappartjenux għall-Kategorija 1, il-Kategorija 2 jew il-Kategorija 3.
Artikolu 3
Id-data li minnha jibda l-obbligu tal-ikklerjar.
Għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:
fil-21 ta' Ġunju 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;
fil-21 ta' Diċembru 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;
fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;
fil-21 ta' Diċembru 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.
Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet, id-data li minnha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal dak il-kuntratt tkun id-data tal-aħħar.
B’deroga mill-paragrafi 1, 1a u 1b, għar-rigward ta’ kuntratti li jappartjenu għal klassi ta’ derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:
fit-30 ta’ Ġunju 2025, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta’ derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-pajjiż terz relevanti;
l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta’ derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ ekwivalenza adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta’ derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.
Din id-deroga tapplika biss meta l-kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;
Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun:
Kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija finanzjarja possedenti, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja; jew
Jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;
Iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazjoni fuq bażi sħiħa skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
Iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju;
Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tagħha bil-miktub li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (d) ikunu ssodisfati u, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1, 1a, 1b u 2, għar-rigward ta’ kuntratti li jappartjenu għal klassi ta’ derivattivi OTC msemmija fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar għandu jidħol fis-seħħ mit-18 ta’ Frar 2022 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-obbligu tal-ikklerjar ma jkunx ġie skattat sat-18 ta’ Frar 2021;
il-kuntratti jiġu nnovati għall-iskop uniku li tiġi sostitwita l-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit ma’ kontroparti stabbilita f’xi Stat Membru.
▼M4 —————
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament ikun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Klassijiet ta’ derivattivi b’rata tal-imgħax OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar
Tabella 1
Klassijiet bażiċi ta’ swaps
|
id |
Tip |
Indiċi ta’ Referenza |
Munita ta’ Saldu |
Maturità |
Tip ta’ Munita ta’ Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
|
A.1.1 |
Klassijiet bażiċi ta’ swaps |
Euribor |
EUR |
28D-50Y |
Il-munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
Tabella 2
Klassijiet ta’ Fixed-to-Float interest rate swaps
|
id |
Tip |
Indiċi ta’ Referenza |
Munita ta’ Saldu |
Maturità |
Tip ta’ Munita ta’ Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
|
A.2.1 |
Fixed-to-float |
Euribor |
EUR |
28D-50Y |
Il-munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
Tabella 3
Klassijiet ta’ forward rate agreement
|
id |
Tip |
Indiċi ta’ Referenza |
Munita ta’ Saldu |
Maturità |
Tip ta’ Munita ta’ Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
|
A.3.1 |
FRA |
Euribor |
EUR |
3D-3Y |
Il-munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
Tabella 4
Klassijiet ta’ overnight index swap
|
id |
Tip |
Indiċi ta’ Referenza |
Munita ta’ Saldu |
Maturità |
Tip ta’ Munita ta’ Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
|
A.4.2 |
OIS |
FedFunds |
USD |
7D-3Y |
Il-munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
|
D.4.1 |
OIS |
EURSTR |
EUR |
7D-3Y |
Il-munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
|
D.4.2 |
OIS |
SONIA |
GBP |
7D-50Y |
Il-munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
|
▼M7 ————— |
|||||||
|
E.4.1 |
OIS |
SOFR |
USD |
7D-50Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
|
E.4.2 |
OIS |
TONA |
JPY |
7D-30Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
( 1 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).