This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1277
Council Decision (EU) 2015/1277 of 13 October 2014 on the signing, on behalf of the European Union and its Member States, and provisional application of the Additional Protocol to the Trade Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and Colombia and Peru, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Croatia to the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1277 tat-13 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1277 tat-13 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 204, 31.7.2015, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1277/oj
31.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1277
tat-13 ta' Ottubru 2014
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2) u 207, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u l-Kroazja, mal-Kolombja u l-Perù sabiex jiġi konkluż Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll Addizzjonali”). |
(2) |
Dawk in-negozjati ġew konklużi b’suċċess fl-1 ta’ April 2014. |
(3) |
Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. |
(4) |
Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta’ Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali.
It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll Addizzjonali f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja kif previst fl-Artikolu 12(4) tiegħu sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Luxembourg, it-13 ta’ Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MARTINA