This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0004
Decision of the EEA Joint Committee No 4/2007 of 27 April 2007 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 209, 9.8.2007, pp. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 4/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1). |
|
(2) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nr 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006/KE ta' l-1 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Anness I li jelenka il-prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf li għalihom japplikaw il-livelli massimi għall-pestiċidi (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Annessi I u II mal-Ftehim għandhom ikunu emendati kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 39 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003) fil-Kapitolu II ta' l-Anness I għall-Ftehim:
|
|
2. |
Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 54zzx (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2006) ta' Kapitolu XII ta' l-Anness II mal-Ftehim:
|
|
3. |
L-inciż li jsegwi hawn taħt ghandu jiġi miżjud fil-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II dwar il-Ftehim:
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 396/2005 u 178/2006 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Supplement taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(2) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.
(*) Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.