This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D1000
2002/1000/EC: Council Decision of 16 December 2002 on the signing, on behalf of the Community, and the provisional application of the Agreement between the European Community and the Kingdom of Cambodia, on trade in textile products, initialled in Phnom Penh on 18 October 2002
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-2002, fid-data ta’ l-iffirmar f’isem il-Komunità, u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Cambodia, dwar il-kummerċ tat-tessuti, inizjalat ġo Phnom Penh fit-18 ta’ Ottubru ta’ l-2002
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-2002, fid-data ta’ l-iffirmar f’isem il-Komunità, u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Cambodia, dwar il-kummerċ tat-tessuti, inizjalat ġo Phnom Penh fit-18 ta’ Ottubru ta’ l-2002
ĠU L 349, 24.12.2002, p. 66–66
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/1000/oj
Official Journal L 349 , 24/12/2002 P. 0066 - 0066
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru ta’ l-2002, fid-data ta’ l-iffirmar f’isem il-Komunità, u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Cambodia, dwar il-kummerċ tat-tessuti, inizjalat ġo Phnom Penh fit-18 ta’ Ottubru ta’ l-2002 (2002/1000/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel paragrafu ta l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Filwaqt illi: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim f’isem il-Komunità Ewropea dwar il-kummerċ tat-tessuti mar-Renju tal-Cambodia. (2) Dan il-Ftehim kien inizjalat fit-18 ta’ Ottubru ta’ l-2002. (3) Huwa approprijat li tapplika dan il-ftehim fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003 sakemm tiġi t-komplija tal-proċeduri rilevanti għal-konklużjoni formali tiegħu, bla ħsara għar-reċiproċità. (4) Il-Ftehim għandu jigi ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea, bla ħsara għal possibbiltà tal-konkluzjoni tiegħu aktar tard, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Iffirmar ta’ dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Cambodia, dwar il-kummerċ tat-tessuti, huwa hawnhekk approvat fl-interess tal-Komunità dwar il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim. It-test ta’ dan il-Ftehim hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat illi jinnomina l-persuni bil-poter li jiffirmaw dan il-ftehim f’isem il-Komunità soġġett għal-konkluzjoni tiegħu. Artikolu 3 Bla ħsara għar-reċiproċità, dan il-ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2003 sakemm tiġi t-komplija tal-proċeduri rilevanti għal-konklużjoni formali taggħa. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Dicembru 2002, F’isem il-Kunsill Il-President M. Fischer Boel --------------------------------------------------