This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2436
Council Decision (EU, Euratom) 2017/2436 of 18 December 2017 appointing a member, proposed by the Italian Republic, of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/2436 tat-18 ta' Diċembru 2017 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2017/2436 tat-18 ta' Diċembru 2017 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 344, 23.12.2017, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2020
|
23.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2017/2436
tat-18 ta' Diċembru 2017
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Settembru 2015 u fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/1600 (1) u (UE, Euratom) 2015/1790 (2) li jaħtru l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Giancarlo DURANTE, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Giovanni SABATINI, Direttore Generale dell'ABI (Associazione Bancaria Italiana), huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. SIMSON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1600 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 53).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/1790 tal-1 ta' Ottubru 2015 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2015 sal-20 ta' Settembru 2020 (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 23).