Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 32024R2013
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/2013 of 23 July 2024 on measures to prevent the establishment and spread within the Union territory and to eradicate Pomacea (Perry) and repealing Implementing Decision 2012/697/EU
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2013 tat-23 ta’ Lulju 2024 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni u għall-qerda tal-Pomacea (Perry) u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2013 tat-23 ta’ Lulju 2024 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni u għall-qerda tal-Pomacea (Perry) u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE
C/2024/5055
ĠU L, 2024/2013, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2013/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Em vigor
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2013 |
26.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2013
tat-23 ta’ Lulju 2024
dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni u għall-qerda tal-Pomacea (Perry) u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (d) sa (g), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/697/UE (2) tistabbilixxi miżuri li jipprevjenu d-dħul u t-tixrid fl-Unjoni tal-ġeneru Pomacea (Perry) (“il-pest speċifikat”). |
|
(2) |
L-esperjenza miksuba matul l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE turi l-ħtieġa li jiġu aġġornati dawk il-miżuri biex ikun hemm regoli dettaljati għat-twettiq ta’ stħarriġiet u li jingħataw aktar dettalji dwar il-miżuri għall-eradikazzjoni tal-pest speċifikat. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (3) jistabbilixxi, fil-Parti B tal-Anness II, il-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni li huma magħrufa li jeżistu fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(4) |
Il-pest speċifikat huwa inkluż f’dik il-lista, peress li huwa magħruf li jseħħ f’ċerti partijiet tat-territorju tal-Unjoni, u għandu impatt sinifikanti fuq il-pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, li jistgħu jikbru biss f’ilma ħelu jew f’ħamrija li tkun mistagħdra b’mod permanenti bl-ilma ħelu (“il-pjanti speċifikati”). |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata detezzjoni bikrija tal-pest speċifikat u l-eradikazzjoni fil-pront tiegħu, jenħtieġ li jitwettqu stħarriġiet annwali f’żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li huwa preżenti, kif stabbilit fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 (4). Jenħtieġ li dawk l-istħarriġiet ikunu bbażati fuq il-karta tal-istħarriġ tal-pesti tal-pest speċifikat ippubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, peress li din tqis l-aħħar żviluppi xjentifiċi u tekniċi. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-bijoloġija tal-pest speċifikat, iż-żoni demarkati jenħtieġ li jikkonsistu minn żona infestata ta’ mill-inqas 10 m madwar il-post tas-sejba tal-pest speċifikat, jew l-għalqa kollha f’każ li s-sejba tkun f’għalqa kkultivata, u żona ta’ lqugħ ta’ mill-inqas 500 m madwar iż-żona infestata, iżda li tinkludi biss mogħdijiet tal-ilma u żoni li huma mistagħdra bl-ilma ħelu. Madankollu, meta ż-żona infestata tinkludi parti minn mogħdija tal-ilma, jenħtieġ li ż-żona ta’ lqugħ tinkludi wkoll dik il-mogħdija tal-ilma għal tul ta’ mill-inqas 1 000 m ’l isfel u 500 m ’il fuq mill-post fejn ikun instab il-pest speċifikat, sabiex jitqies it-tixrid potenzjali tal-pest speċifikat bil-mixja tal-ilma. |
|
(7) |
L-esperjenza bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE wriet li n-nies għandhom it-tendenza li jċaqalqu l-pest speċifikat barra miż-żoni demarkati, mingħajr ma jkunu konxji li huwa pest ta’ kwarantina li l-introduzzjoni u l-moviment tiegħu fit-territorju tal-UE huma pprojbiti. Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jrawmu sensibilizzazzjoni pubblika fiż-żoni demarkati rigward it-theddida ta’ dak il-pest u rigward il-miżuri fis-seħħ għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra minn dawk iż-żoni. |
|
(8) |
Ladarba l-pest speċifikat ikun ġie identifikat, jenħtieġ li l-miżuri ta’ eradikazzjoni jinkludu t-tneħħija u l-qerda tal-pest speċifikat, inkluż il-bajd tiegħu, il-protokolli tal-iġjene għall-makkinarju u t-tagħmir, kif ukoll taħlita ta’ trattamenti u strateġiji għall-ġestjoni tal-ilma għall-qerda tiegħu. |
|
(9) |
Madankollu, f’każijiet ta’ sejbiet iżolati jew sejbiet f’pajjiżi fejn, minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi, il-pest speċifikat ma jistax jistabbilixxi ruħu, l-istabbiliment ta’ żona demarkata jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ meta l-pest speċifikat jinqered immedjatament u jkun hemm evidenza li s-sejba ma tkunx mistennija li twassal għall-istabbiliment. Dan huwa l-aktar approċċ xieraq għal sejbiet iżolati, dment li jitwettqu stħarriġiet biex tiġi kkonfermata l-assenza tal-pest speċifikat. |
|
(10) |
Għalhekk, u għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE titħassar, peress li d-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid tal-pest speċifikat jenħtieġ li jiġu sostitwiti parzjalment b’dan ir-Regolament u parzjalment bl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. |
|
(11) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mis-26 ta’ Jannar 2025 sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet rispettivi dwar il-pest speċifikat japplikaw mill-istess data bħal dawk stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2004 (5) dwar dak il-pest. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Pomacea (Perry) u miżuri għall-eradikazzjoni tiegħu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pest speċifikat” tfisser l-istadji kollha tal-ħajja tal-ġeneru Pomacea (Perry); |
|
(2) |
“pjanti speċifikati” tfisser pjanti għat-tħawwil, għajr żrieragħ, li jistgħu jikbru biss f’ilma ħelu jew f’ħamrija li tkun mistagħdra b’mod permanenti bl-ilma ħelu; |
|
(3) |
“il-karta tal-istħarriġ tal-pesti” tfisser il-pubblikazzjoni “Il-karta tal-istħarriġ tal-pesti dwar il-Pomacea spp.” (6) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel. |
Artikolu 3
Stħarriġ tat-territorju tal-Unjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju għall-preżenza tal-pest speċifikat barra miż-żoni demarkati msemmija fl-Artikolu 4, fiż-żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li huwa preżenti, iżda jista’ jiġi stabbilit, filwaqt li titqies l-informazzjoni msemmija fil-karta tal-istħarriġ tal-pesti.
2. L-istħarriġ għandu jikkonsisti minn eżamijiet viżwali, fl-aktar żminijiet xierqa, biex jiġi identifikat il-pest speċifikat, fl-għelieqi tal-pjanti speċifikati u fl-artijiet mistagħdra naturali jew artifiċjali, bħal xmajjar, lagi, għadajjar, kanali tal-irrigazzjoni.
Artikolu 4
Stabbiliment ta’ żoni demarkati
1. Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, l-Istat Membru kkonċernat, mingħajr dewmien, għandu jistabbilixxi żona demarkata li tikkonsisti minn:
|
(a) |
żona infestata, inkluża mill-inqas iż-żona f’raġġ ta’ 10 m madwar il-post fejn ikun instab il-pest speċifikat jew fil-każ fejn il-pest speċifikat jinstab f’għalqa kkultivata, l-għalqa kollha u |
|
(b) |
żona ta’ lqugħ wiesgħa mill-inqas 500 m madwar iż-żona infestata. |
2. Iż-żona ta’ lqugħ għandha tinkludi biss mogħdijiet tal-ilma u żoni mistagħdra bl-ilma ħelu. Fejn iż-żona infestata tinkludi parti minn mogħdija tal-ilma, iż-żona ta’ lqugħ għandha tinkludi dik il-mogħdija tal-ilma għal tul ta’ mill-inqas 1 000 m ’l isfel u 500 m ’il fuq mill-post fejn instab preżenti l-pest speċifikat.
3. F’każijiet fejn iż-żoni ta’ lqugħ ta’ żoni demarkati differenti jiltaqgħu, għandha tiġi stabbilita żona demarkata ġdida li tinkludi ż-żona koperta miż-żoni infestati u miż-żoni ta’ lqugħ rilevanti, sabiex tiġi żgurata delimitazzjoni ċara taż-żona demarkata.
4. Jekk il-pest speċifikat jinstab li jkun preżenti fiż-żona ta’ lqugħ, id-delimitazzjoni taż-żona infestata u taż-żona ta’ lqugħ għandha tiġi emendata kif xieraq.
5. Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom irawmu sensibilizzazzjoni pubblika rigward it-theddida tal-pest speċifikat u rigward il-miżuri adottati għall-prevenzjoni tat-tixrid ulterjuri tiegħu barra minn dawk iż-żoni. Huma għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonali jkunu konxji tad-delimitazzjoni taż-żoni demarkati.
Artikolu 5
Deroga mill-istabbiliment ta’ żoni demarkati
1. B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li ma jistabbilux żona demarkata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-pest speċifikat ikun instab f’wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
ikun hemm evidenza li l-pest speċifikat ma ħariġx mill-post fejn ikun instab; |
|
(c) |
ikun hemm evidenza li hija sejba iżolata li ma hijiex mistennija li twassal għall-istabbiliment tal-pest speċifikat; |
|
(d) |
ma jkun hemm l-ebda konnessjoni tal-ilma li tippermetti t-tixrid naturali tal-pest speċifikat bejn il-post tas-sejba u l-ambjent naturali fil-każijiet deskritti fil-punti 1(a)(i) u (ii); |
|
(e) |
f’każ li jkun hemm sistema ta’ tisfija fil-korp tal-ilma, dik is-sistema tkun tnaddfet biex tiġi żgurata l-assenza tal-pest speċifikat. |
2. Meta l-awtorità kompetenti tapplika d-deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:
|
(a) |
tieħu l-miżuri biex tiżgura l-eradikazzjoni minnufih tal-pest speċifikat u teskludi l-possibilità tat-tixrid tiegħu; |
|
(b) |
tittraċċa lura l-oriġini tal-infestazzjoni u tinvestiga l-mogħdijiet assoċjati mas-sejba tal-pest speċifikat kemm jista’ jkun; |
|
(c) |
tqajjem sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat; kif ukoll |
|
(d) |
twettaq eżamijiet viżwali fis-sit fejn ikun instab il-pest speċifikat u fl-inħawi ta’ madwaru, għal mill-inqas sentejn wara s-sejba, biex tiżgura l-assenza tal-pest speċifikat fil-każijiet deskritti fil-punti 1(a)(i) u (ii). |
Artikolu 6
Miżuri ta’ qerda
Il-miżuri ta’ eradikazzjoni għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
it-tneħħija u l-qerda tal-pest speċifikat; |
|
(b) |
monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-pest speċifikat, bi spezzjonijiet darbtejn fis-sena u b’attenzjoni speċifika fuq iż-żona ta’ lqugħ; |
|
(c) |
protokoll tal-iġjene għall-makkinarju kollu tal-agrikoltura u tal-akkwakultura użat, li jista’ jiġi f’kuntatt mal-pest speċifikat u jkun kapaċi jxerrdu; |
|
(d) |
protokoll tal-iġjene għat-tagħmir kollu għall-attivitajiet nawtiċi u għad-dgħajjes tas-sajd, inklużi x-xbieki tas-sajd, li jibqgħu statiċi fiż-żona demarkata; |
|
(e) |
taħlita ta’ trattamenti kontra l-pest speċifikat u l-ġestjoni tal-ilma, inkluż it-tnixxif ta’ plottijiet, lagi artifiċjali, għadajjar u kanali tal-irrigazzjoni, f’dawk iż-żoni fejn huwa possibbli. |
Artikolu 7
Stħarriġ annwali fiż-żoni demarkati
1. Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, biex jidentifikaw il-preżenza tal-pest speċifikat, filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fil-karta tal-istħarriġ tal-pesti.
2. Dawk l-istħarriġiet għandhom jikkonsistu minn:
|
(a) |
eżamijiet viżwali, fl-aktar żminijiet xierqa biex jiġi identifikat il-pest speċifikat, fl-għelieqi tal-pjanti speċifikati u fl-artijiet mistagħdra naturali jew artifiċjali, bħal xmajjar, lagi, għadajjar, kanali tal-irrigazzjoni; kif ukoll |
|
(b) |
kampjunar u ttestjar, fil-każ ta’ sejbiet jew suspett ta’ sejbiet tal-pest speċifikat. |
Artikolu 8
Tneħħija tad-demarkazzjoni
Id-demarkazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tista’ titneħħa jekk, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 7, il-pest speċifikat ma jiġix identifikat fiż-żona demarkata għal mill-inqas 4 snin konsekuttivi.
Artikolu 9
Obbligi ta’ rappurtar
Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra r-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa, fis-sena kalendarja preċedenti, skont:
|
(a) |
l-Artikolu 3, barra miż-żoni demarkati, matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1231; |
|
(b) |
l-Artikolu 7, fiż-żoni demarkati, matul is-sena kalendarja preċedenti, bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 10
Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/697/UE titħassar.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mis-26 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/697/UE tat-8 ta’ Novembru 2012 dwar miżuri li jipprevjenu d-dħul u t-tixrid fl-Unjoni tal-ġeneru Pomacea (Perry) (ĠU L 311, 10.11.2012, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/697/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1231 tas-27 ta’ Awwissu 2020 dwar il-format u l-istruzzjonijiet għar-rapporti annwali rigward ir-riżultati tal-istħarriġ u dwar il-format tal-programmi ta’ stħarriġ pluriennali u l-arranġamenti prattiċi, previsti rispettivament fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 280, 28.8.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1231/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2004 tat-23 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar tal-pesti u r-regoli dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra (OJ L, 2024/2004, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2004/oj).
(6) L-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2020. Il-karta tal-istħarriġ tal-pesti dwar il-Pomacea spp. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2020:EN-1877. 37 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1877.
ANNESS
MUDELLI GĦAR-RAPPORTI TAR-RIŻULTATI TAL-ISTĦARRIĠIET ANNWALI MWETTQA SKONT L-ARTIKOLU 7
PARTI A
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Id-data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
|
Numru |
Data |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
A |
B |
C |
D |
E |
F |
G |
H |
I |
i |
ii |
iii |
iv |
i |
ii |
iii |
iv |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell
Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.
Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.
Fil-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.
Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Eradikazzjoni jew Trażżin. Jekk jogħġbok, inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.
Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta jkun il-każ, indika ż-żona taż-ŻL fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km maġenb iż-ŻL, madwar mixtla, eċċ.) f’ringieli differenti.
Għall-kolonna 6: Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
1. |
Fil-beraħ (żona tal-produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. imsaġar/vinji; 1.3. mixtla; 1.4. foresta; |
|
2. |
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġnien privat; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ); |
|
3. |
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam). |
Għall-kolonna 7: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.
Għall-kolonna 8: Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.
Għall-kolonna 9: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.
Għall-kolonna 10: Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta.
Għall-kolonna 11: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.
Għall-kolonna 12: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.
Fil-kolonni 13 u 14: Indika r-riżultati, jekk applikabbli, u pprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell tad-detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat mhux identifikat, antik).
Għall-kolonna 15: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).
PARTI B
1. Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem |
Id-data tal-istabbiliment |
Deskrizzjoni |
Numru |
Speċijiet ospitanti |
Żona (ettari jew unità oħra iktar rilevanti) |
Unitajiet tal-ispezzjoni |
Deskrizzjoni |
L-unitajiet |
Testijiet viżwali |
Insib |
Ittestjar |
Metodi oħra |
Fattur ta’ riskju |
Livelli ta’ riskju |
Nru ta’ postijiet |
Riskji relattivi |
Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti |
Pożittiv |
Negattiv |
Mhux definit |
Numru |
Data |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
||||||||||||||||||||||||
2. Struzzjonijiet dwar kif timla l-mudell
Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għat-tfassil tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:
|
— |
il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet tal-ispezzjoni; |
|
— |
il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu; |
|
— |
il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti. |
Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.
Fil-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.
Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Eradikazzjoni jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni jkunu soġġetti għalihom.
Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi kemm hemm bżonn ringieli: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL), bl-użu ta’ ringieli separati. Meta applikabbli, indika l-erja taż-ŻI fejn twettaq l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻL, madwar il-mixtliet, eċċ.) f’ringieli differenti.
Għall-kolonna 6: Indika l-għadd u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:
|
1. |
Fil-beraħ (żona tal-produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, bur); 1.2. imsaġar/vinji; 1.3. mixtla; 1.4. foresta; |
|
2. |
Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.); |
|
3. |
Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam). |
Għall-kolonna 7: Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.
Għall-kolonna 8: Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif ikun xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa definit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer, eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla magħmula fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.
Għall-kolonna 9: Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi li ġew mistħarrġa, li jindikaw id-deskrizzjoni u l-unità tal-kejl. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi għandha tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.
Għall-kolonna 10: Indika l-metodi li ntużaw matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolarti ma tkunx disponibbli.
Għall-kolonna 11: Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.
Għall-kolonna 12: “Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).
Għall-kolonna 13: Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.
Għall-kolonna B: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.
Għall-kolonna 18: Indika n-numru ta’ siti tal-insib f’każ li dan in-numru jkun differenti min-numru ta’ nases (il-kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).
Għall-kolonna 21: Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell tad-detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat mhux identifikat, antik).
Għall-kolonna 22: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).
Għall-kolonna 23: Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżura Fitosanitarja (ISPM) Nru 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn.
Fil-kolonna 24: Indika l-prevalenza tat-tfassil ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza reali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2013/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)