EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0845

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/845 tal-24 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

ST/8006/2023/INIT

ĠU L 109I, 24.4.2023, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/845/oj

24.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 109/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/845

tal-24 ta’ April 2023

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, żewġ persuni u grupp wieħed jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) 2016/1686 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrati li ġejjin jinżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3”:

“15.

Abu Yasir HASSAN (magħruf ukoll bħala Sheikh Hassan, Ahmed Mahmoud Hassan, Yaseer Hassan, Abu Qasim); data tat-twelid: mill-1981 sal-1983; post tat-twelid: Pwani Region, Tanzania; sess: raġel; nazzjonalità: Tanzanija.

16.

Bonomade Machude OMAR (magħruf ukoll bħala Ibn Omar, Abu Sulayfa Muhammad, Abu Sorraca, Abu Surakha, Abu Suraqa Suraqa Filho, Omar Saide, Sheikh Omar); data tat-twelid: 15 ta’ Ġunju 1988; post tat-twelid: Palma district, Cabo Delgado province, Mozambique; sess: raġel; nazzjonalità: Mozambiquejana.”;

(2)

l-entrata li ġejja tinżdied taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3”:

“5.

ISIS-Mozambique (magħruf ukoll bħala Islamic State of Iraq and Syria — Mozambique, Islamic State — Mozambique, ISIL-M, Ansar Al-Sunna, Al-Shabaab, Al-Shabaab in Mozambique, Mozambique Wilaya of the Islamic State, Ahlu Sunna wa Jamaah (ASwJ), Ahl al-Sunna wa al-Jamaa, Ahlu al-Sunnah wal-Jamaah, Ahlu Sunnah Wajamo, Swahili Sunna).”.


Top