EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1549
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/1549 of 17 September 2015 laying down temporary exceptional measures for the milk and milk product sector in the form of extending the public intervention period for butter and skimmed milk powder in 2015 and advancing the public intervention period for butter and skimmed milk powder in 2016
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1549 tas-17 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015 u l-avvanzar tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2016
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1549 tas-17 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015 u l-avvanzar tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2016
ĠU L 242, 18.9.2015, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/28 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1549
tas-17 ta' Settembru 2015
li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma tal-estensjoni tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għall-2015 u l-avvanzar tal-perjodu ta' intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2016
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta' Awwissu 2014, ir-Russja introduċiet projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inklużi l-ħalib u prodotti tal-ħalib. Din il-projbizzjoni ħolqot disturbi fis-suq bi tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li suq importanti tal-esportazzjoni f'daqqa waħda ma baqax disponibbli. |
(2) |
Fil-25 ta' Ġunju 2015, ir-Russja estendiet il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-Unjoni għal sena oħra, sas-6 ta' Awwissu 2016. |
(3) |
Barra minn hekk, id-domanda globali għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib iddeterjorat b'mod ġenerali matul l-2014 u fl-ewwel xhur tal-2015. |
(4) |
B'konsegwenza ta' dan, il-prezzijiet tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat fl-Unjoni komplew jiddeterjoraw u l-pressjoni 'l isfel x'aktarx li tibqa' għaddejja. |
(5) |
Għaldaqstant inħolqot sitwazzjoni fejn il-miżuri normali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jidhru li mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw id-disturb fis-suq. |
(6) |
L-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jiprevedi li l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun disponibbli mill-1 ta' Marzu sat-30 ta' Settembru. F'konformità mal-miżuri eċċezzjonali temporanji stabbiliti bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2014 (2), fl-2015 l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat sar disponibbli mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru. |
(7) |
Sabiex tiġi prevista l-possibbiltà li l-miżuri kollha tas-suq jintużaw u li tiġi indirizzata sitwazzjoni fejn il-prezzijiet jiddeterjoraw aktar u d-disturbi tas-suq jiżdiedu, huwa essenzjali li l-intervent pubbliku jibqa' disponibbli mingħajr xkiel sal-bidu tal-perjodu ta' intervent li jmiss fl-1 ta' Marzu 2016. |
(8) |
Għaldaqstant jixraq li jiġi estiż il-perjodu tax-xiri ta' intervent għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, u biex il-bidu tal-perjodu ta' xiri ta' intervent għall-2016 jiġi ffissat għall-1 ta' Jannar. |
(9) |
Sabiex ikun żgurat ili l-miżuri temporanji previsti f'dan ir-Regolament ikollhom impatt immedjat fuq is-suq u jikkontribwixxu għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-perjodu li matulu huwa disponibbli l-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2015 għandu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2015.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fl-2016 l-intervent pubbliku għall-butir u għat-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun disponibbli mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-forma ta' estensjoni tal-perjodu tal-intervent pubbliku għall-butir u t-trab tal-ħalib xkumat fl-2015, (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 13).