EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DC0116

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għal-2015

/* COM/2015/0116 final */

52015DC0116

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għal-2015 /* COM/2015/0116 final */


              1.       INTRODUZZJONI

L-edizzjoni tal-2015 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE (“it-Tabella ta’ Valutazzjoni”) tiġi ppreżentata fi żmien fejn l-UE hija impenjata biex tagħti ħajja ġdida lit-tkabbir u biex tiġġenera momentum ġdid għal bidla. Sistemi ġudizzjarji effettivi għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta’ ambjent li jiffavorixxi l-investiment, il-bini mill-ġdid tal-fiduċja, jipprovdu prevedibbiltà regolatorja akbar u tkabbir sostenibbli.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-effettività tas-sistema ġudizzjarja tagħhom. Din l-edizzjoni tfittex li tidentifika x-xejriet attwali u fiha indikaturi ġodda u dejta aktar mirquma. 

Ir-rwol importanti tas-sistemi ġudizzjarji għat-tkabbir jikkumplimenta l-funzjoni kruċjali tagħhom fir-rispett tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-UE. L-aċċess għal sistema ġudizzjarja effettiva huwa dritt essenzjali li huwa fil-qalba tad-demokraziji Ewropej u rikonoxxut mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali li huma komuni għall-Istati Membri. Id-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

L-effettività tas-sistemi ġudizzjarji hija kruċjali wkoll għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u għat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka. Kull meta qorti nazzjonali tapplika l-leġiżlazzjoni tal-UE, hija taġixxi bħala "qorti tal-Unjoni" u trid tipprovdi protezzjoni ġudizzjarja effettiva lil kulħadd, kemm liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozji, li jkunu nkisru d-drittijiet tagħhom, iggarantiti fil-liġi tal-UE. In-nuqqasijiet fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali huma ta’ ostaklu għall-funzjonament tas-suq uniku, għall-funzjonament tajjeb tal-qasam tal-ġustizzja tal-UE u l-implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-UE.

Għal dawn ir-raġunijiet, mill-2011, ir-riformi ġudizzjarji nazzjonali saru parti integrali tal-komponenti strutturali fl-Istati Membri li huma soġġetti għal Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku[1]. Mill-2012, it-titjib fil-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji kien ukoll prijorità għas-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 iġġedded l-impenn biex isiru riformi strutturali fil-qasam tal-ġustizzja.[2]

Għaddej proċess kbir ta’ riformi fil-ġustizzja fl-Istati Membri...

Fl-2014, l-Istati Membri kollha kienu impenjati bir-riforma fis-sistemi ġudizzjarji tagħhom. L-ambitu, l-iskala u l-istat attwali tal-proċess ta’ riforma ivarjaw b’mod sinifikanti, kif ukoll l-għanijiet segwiti, li jistgħu jkunu qed jindirizzaw l-ineffiċjenzi, itejbu l-kwalità u l-aċċessibbiltà, jiġġestixxu r-restrizzjonijiet baġitarji, isaħħu l-fiduċja taċ-ċittadini jew irawwmu ambjent li jiffavorixxi n-negozju.

Grafika 1: L-immappjar tar-riformi tal-ġustizzja fl-UE fl-2014 (sors: il-Kummissjoni Ewropea[3])                                                                                          

Ir-riformi ivarjaw minn miżuri operattivi, bħall-immodernizzar tal-ġestjoni tal-proċess fil-qorti, l-użu tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni, l-iżvilupp ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim, għal aktar miżuri strutturali, bħar-ristrutturar tal-organizzazzjoni tal-qrati, ir-reviżjoni tal-mappa ġudizzjarja, is-simplifikazzjoni ta’ regoli proċedurali, ir-riforma ġudizzjarja u tal-professjonijiet legali u r-riforma tal-għajnuna legali.

... mħeġġa u appoġġati fil-livell tal-UE.

Dan il-proċess ta’ riforma huwa parti mir-riformi strutturali mħeġġa f’livell tal-UE li jpoġġu l-Ewropa fit-triq tal-irkupru ekonomiku. Flimkien mal-investiment u r-responsabilità fiskali, ir-riformi strutturali huma wieħed mit-tliet pilastri ta’ approċċ integrat għal politika ekonomika u soċjali tal-UE fl-2015. Ir-riformi strutturali meħtieġa biex tiġi żgurata l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji jwittu t-triq għal ambjent aktar favur iċ-ċittadini u n-negozju.

Is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2014, flimkien mal-valutazzjoni speċifika għall-pajjiż li saret għal kull Stat Membru kkonċernat, għenet lill-UE biex jiġu ddefiniti rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qasam tal-ġustizzja. Wara proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għamel rakkomandazzjonijiet lil tnax-il Stat Membru[4] biex itejbu, skont il-pajjiż ikkonċernat, l-indipendenza, il-kwalità u/jew l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja tagħhom. Minn dawn it-tnax-il Stat Membru, għaxar Stati Membri kienu diġà ġew identifikati fl-2013[5] u sitta fl-2012[6] li qed jiffaċċjaw sfidi relatati mal-funzjonament tas-sistema ġudizzjarji tagħhom. Il-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet permezz ta’ djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati fl-Istati Membri kkonċernati.

Biex tappoġġja dawn l-isforzi ta’ riforma, il-Kummissjoni intensifikat ukoll id-djalogu mal-Istati Membri permezz tal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt tagħha dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.[7] Id-diskussjonijiet ibbażaw ruħhom fuq għarfien espert[8] tal-Istati Membri u wasslu għal skambju ta’ informazzjoni dwar il-prattiki li jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji, b’mod partikolari, il-metodi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-politiki ta’ komunikazzjoni tal-qrati, l-isforzi lejn applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-UE u r-riformi riċenti mwettqa biex titjieb l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema ġudizzjarja (eż. f’termini tal-istruttura tagħha). Is-segwitu tal-isforzi biex jiġi mħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki huwa kruċjali biex tiġi appoġġjata l-kwalità tar-riformi fil-ġustizzja fl-Istati Membri.

Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) [9] jipprovdu appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. Fil-bidu tal-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni kienet involuta fi djalogu intensiv mal-Istati Membri dwar l-istabbilment ta’ prijoritajiet ta’ finanzjament strateġiku tal-Fondi SIE sabiex tinkoraġġixxi rabta mill-qrib bejn il-politika u l-finanzjament. Minn tnax-il Stat Membru li rċevew rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż fil-qasam tal-ġustizzja fl-2014, 11 minnhom identifikaw il-ġustizzja bħala qasam ta’ prijorità ta’ appoġġ għall-Fondi SIE. Il-ġustizzja hija wkoll prijorità fil-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja u Ċipru li se jużaw il-Fondi ESI f’dan il-qasam. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, l-evalwazzjoni speċifika għall-pajjiż u d-dejta pprovduta fit-Tabella ta’ Valutazzjoni huma elementi ewlenin għall-Istati Membri meta jistabbilixxu l-prijoritajiet ta’ finanzjament tagħhom.

L-Istati Membri li identifikaw is-sistema ġudizzjarja bħala qasam ta’ prijorità għandhom il-ħsieb li jużaw il-Fondi SIE l-aktar biex titjib l-effiċjenza tal-ġudikatura. Għalkemm l-attivitajiet konkreti jiddependu fuq il-ħtiġijiet partikolari ta’ kull Stat Membru kkonċernat, xi tipi ta’ attivitajiet jidhru li huma komuni għal bosta Stati Membri, bħall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ta’ każijiet, l-użu tal-ICT fil-qrati, għodod ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, u skemi ta’ taħriġ għall-imħallfin. Il-firxa ta’ dan l-appoġġ tvarja bejn l-Istati Membri: filwaqt li xi Stati Membri biħsiebhom jappoġġaw sezzjoni wiesgħa tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom, oħrajn se jikkonċentraw biss fuq ftit qrati li qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi jew huma magħżula għal skopijiet sperimentali. Il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ indikaturi b’saħħithom għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-għajnuna u ħarġet dokumenti ta’ gwida dwar l-indikaturi ta’ monitoraġġ f’konformità ma’ dawk użati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni. Huma se jiżguraw rappurtar regolari tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati milħuqa. Din id-dejta se tgħin l-evalwazzjoni tal-appoġġ tal-UE sabiex is-sistemi ġudizzjarji ta’ Stati Membri jsiru aktar effettivi.

X’inhi t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE hija għodda li tassisti lill-UE u lill-Istati Membri fil-kisba ta’ ġustizzja aktar effettiva billi tipprovdi dejta oġġettiva, affidabbli u paragunabbli dwar il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kollha.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tikkontribwixxi biex jiġu identifikati nuqqasijiet potenzjali, titjib u prattiki tajba. Hija turi x-xejriet fil-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fuq perjodu ta' żmien. Ma tippreżentax klassifikazzjoni unika globali iżda ħarsa ġenerali lejn il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji kollha bbażati fuq indikaturi varji li huma ta’ interess komuni għall-Istati Membri kollha.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni ma tippromwovix xi tip partikolari ta’ sistema ġudizzjarja u tittratta lill-Istati Membri kollha b’mod ugwali. Ikun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali jew it-traduzzjoni legali li tkun imsejsa fuqha, il-puntwalità, l-indipendenza, l-affordabbiltà, u l-aċċess faċli għall-utent huma wħud mill-parametri essenzjali ta’ sistema ġudizzjarja effettiva.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tiffoka fuq il-każijiet kontenzjużi ċivili u kummerċjali kif ukoll każijiet amministrattivi biex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex iwittu t-triq għal ambjent aktar favur in-negozju u ċ-ċittadin, li min-naħa tiegħu jwassal għal aktar investiment, kif ukoll suq intern aktar ġusti u profond. It-Tabella ta’ Valutazzjoni hija strument li jevolvi fi djalogu mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, bl-għan li jkunu identifikati l-parametri essenzjali ta’ sistema ġudizzjarja effettiva. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex progressivament twessa’ l-ambitu tat-Tabella ta’ Valutazzjoni u r-riflessjoni dwar kif dan għandu jsir.

It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja kif tagħlef lis-Semestru Ewropew?

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tipprovdi informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji u tgħin biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ riformi fil-ġustizzja. Prestazzjoni fqira żvelata mill-indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjonii dejjem tirrikjedi analiżi aktar profonda tar-raġunijiet wara r-riżultat. Din il-valutazzjoni speċifika għall-pajjiż għandha titwettaq fil-kuntest tal-proċess tas-Semestru Ewropew permezz ta’ djalogu bilaterali mal-awtoritajiet u l-partijiet kkonċernati. Din il-valutazzjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tas-sistema legali u l-kuntest tal-Istati Membri kkonċernati. Dan eventwalment jista’ jwassal lill-Kummissjoni biex tipproponi lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż dwar il-ħtieġa li jitjiebu s-sistemi ġudizzjarji.[10]

X’inhi l-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tuża sorsi differenti ta’ informazzjoni. Il-biċċa l-kbira tad-dejta kwantitattiva attwalment tiġi pprovduta mill-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Evalwazzjoni tal-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) li magħha l-Kummissjoni kkonkludiet kuntratt sabiex twettaq studju speċifiku kull sena[11]. Din id-dejta hi tal-2013 u kienet ipprovduta mill-Istati Membri skont il-metodoloġija tal-CEPEJ. Din is-sena id-dejta ġiet miġbura mis-CEPEJ speċifikament għall-Istati Membri tal-UE[12]. L-istudju jipprovdi wkoll l-iskedi tal-pajjiżi li jagħtu aktar kuntest u għandhom jinqraw flimkien ma’ dawn il-grafiki.

Għat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2015, il-Kummissjoni daret ukoll għal sorsi addizzjonali ta’ tagħrif, partikolarment, il-Eurostat, il-Bank Dinji, il-Forum Ekonomiku Dinji, u n-netwerks ġudizzjarji Ewropej, (b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura li pprovdew tweġibiet għal kwestjonarju dwar l-indipendenza ġudizzjarja) u l-grupp ta' persuni ta' kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. Aktar dejta inkisbet ukoll permezz ta’ eżerċizzji ta’ ġbir ta’ dejta u studji fuq il-post dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali meta dawn japplikaw il-liġi tal-UE fl-oqsma tal-kompetizzjoni, tal-protezzjoni tal-konsumaturi, it-Trademarks tal-Komunità u l-akkwist pubbliku.

Is-sistemi ġudizzjarji effettivi kif jikkontribwixxu għat-tkabbir?

Sistemi ġudizzjarji effettivi għandhom rwol importanti biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja tul iċ-ċiklu tan-negozju kollu. Meta' s-sistemi ġudizzjarji jiggarantixxu infurzar tajjeb ta’ drittijiet u kuntratti, il-kredituri huma aktar probabbli li jsellfu, il-kumpaniji huma dissważi minn imġiba opportunistika, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet huma mnaqqsa u l-investimenti jistgħu jmorru aktar faċilment għal setturi innovattivi li ta’ spiss jiddependu fuq assi intanġibbli (eż. drittijiet ta’ proprjetà intellettwali). Qrati aktar effettivi jippromwovu d-dħul ta’ intraprendituri fis-suq u jrawwmu l-kompetizzjoni. Ir-riċerka turi li hemm korrelazzjoni pożittiva bejn id-daqs tal-impriża u sistemi ġudizzjarji effettivi filwaqt li n-nuqqas ta’ inċentivi għall-investiment u l-impjiegi huwa riżultat tan-nuqqasijiet fil-funzjonament tal-ġustizzja. L-impatt ta' sistemi nazzjonali ġudizzjarji fuq l-ekonomija hu enfasizzat mill-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-OECD, il-Forum Ekonomiku Dinji u l-Bank Dinji[13].

              2.       Indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2015

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 evolviet: din it-tielet edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha l-għan li tidentifika x-xejriet possibbli filwaqt li tieħu approċċ kawt u sfumat hekk kif is-sitwazzjoni tvarja b’mod sinifikanti, skont kull Stat Membru u indikatur. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 fiha wkoll indikaturi ġodda u dejta aktar mirquma bbażata fuq sorsi ġodda ta’ informazzjoni, pereżempju, fuq l-effiċjenza tal-qrati fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, l-użu u l-promozzjoni tal-ADR, l-użu tal-ICT għat-talbiet żgħar, il-politika ta' komunikazzjoni tal-qrati, il-kompożizzjoni u s-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura. Għall-ewwel darba fiha wkoll dejta dwar is-sehem tal-imħallfin professjonali nisa, minħabba li d-diversità tas-sessi tista’ tikkontribwixxi għal kwalità aħjar tas-sistemi ġudizzjarji.

L-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 żżomm l-indikaturi relatati mal-effiċjenza tal-proċedimenti: it-tul tal-proċedimenti, ir-rata ta' għeluq tal-każijiet u n-numru ta’ kawżi pendenti. Barra minn hekk, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 turi r-riżultat ta’ erba’ eżerċizzji ta’ ġbir ta’ dejta immirata lejn il-provvista ta’ dejta aktar mirquma dwar it-tul ta’ proċedimenti ġudizzjarji fl-oqsma tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE, il-liġi tal-konsumatur, fit-trade marks komunitarji u l-akkwist pubbliku. L-effettività tas-sistemi ġudizzjarji f’dawn l-oqsma regolati mil-liġi tal-UE hija ta' importanza partikolari għall-ekonomija.

Il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji

Bħal f’edizzjonijiet preċedenti, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tiffoka fuq ċerti fatturi li jistgħu jgħinu biex titjieb il-kwalità tal-ġustizzja, bħat-taħriġ, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qorti, l-użu ta’ stħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-klijent, il-baġit, u r-riżorsi umani. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tikkumplimenta d-dejta dwar id-disponibbiltà tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT) b’ħarsa aktar fil-fond lejn kif jistgħu jintużaw fil-prattika l-għodod elettroniċi. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali waslet għal għarfien siewi dwar il-prattiki ta’ komunikazzjoni tal-qrati u l-metodi konkreti użati mill-Istati Membri biex jippromwovu metodi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim (il-metodi ADR). Barra minn hekk, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tipprovdi dejta aktar mirquma dwar l-għajnuna legali u tal-bilanċ bejn is-sessi fil-ġudikatura.

Indipendenza tal-ġudikatura

It-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta dejta dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja kif ipprovdut mill-Forum Ekonomiku Dinji (WEF) fir-Rapport tiegħu dwar il-Kompetittività Globali annwali. Filwaqt li l-perċezzjoni tal-indipendenza hija importanti, għaliex tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet dwar l-investiment, dak li huwa aktar importanti hu li l-indipendenza ġudizzjarja tkun protetta b’mod effettiv f’sistema ġudizzjarja permezz ta' salvagwardji legali (indipendenza strutturali). Il-Kummissjoni kompliet tikkoopera fil-qasam tal-indipendenza strutturali tal-ġudikatura man-netwerks ġudizzjarji Ewropej, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar is-salvagwardji legali ppreżentati s-sena li għaddiet u ċerti ċifri kwantitattivi dwar is-sitwazzjonijiet li għalihom japplikaw dawn is-salvagwardji. Espandiet ukoll il-ħarsa ġenerali komparattiva dwar l-indipendenza strutturali. B’mod partikolari, hija tippreżenta paragun bejn il-kompożizzjoni u s-setgħat prinċipali tal-Kunsilli tal-Ġudikatura eżistenti fl-UE, informazzjoni dwar liema livell tal-gvern jadotta kriterji għad-determinazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura u liema huma dawn il-kriterji.

Il-kuntest tal-analiżi

L-indikaturi dwar l-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza huma l-parametri prinċipali għal analiżi tal-effettività tas-sistemi ġudizzjarji. Id-dejta dwar l-ammont ta’ xogħol tal-qrati fl-Istati Membri tipprovdi informazzjoni importanti dwar il-kuntest li fih joperaw is-sistemi ġudizzjarji (pereż. il-kompiti tal-qrati, il-qasam kontenżjuż). Irrispettivament mid-diverġenzi fost l-Istati Membri, kull sistema ġudizzjarja għandha tkun f’pożizzjoni li tiffaċċja l-piż tax-xogħol tagħha fi żmien raġonevoli, filwaqt li tilħaq l-aspettattivi ta’ kwalità u indipendenza.  

Grafika 2: Numru ta' kawżi ġodda ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn għal kull 100 abitant * (Fl-ewwel istanza, 2010, 2012 u 2013) (sors: studju tas-CEPEJ)       

                                                                                                              

* Din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi ta’ eżekuzzjoni ,il- kawżi tar-reġistru tal-artijiet, il-kawżi tal-liġi amministrattiva (kontenzjużi jew mhux kontenzjużi) u kawżi oħrajn mhux kriminali. IT: L-interpretazzjoni possibilment ħażina dwar il-paragun bejn l-2010, l-2012 u l-2013 tista’ tiġi spjegata permezz tal-implimentazzjoni ta’ klassifikazzjoni differenti tal-kawżi ċivili.

Grafika 3: Numru ta’ kawżi ġodda kontenżjużi ċivili u kummerċjali għal kull 100 abitant * (L-ewwel istanza, 2010, 2012 u 2013) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-kawżi kontenzjużi ċivili u kummerċjali jikkonċernaw tilwim bejn il-partijiet, pereżempju tilwim fuq kuntratti, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Min-naħa l-oħra, il-kawżi ċivili (u kummerċjali) mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, pereżempju, ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Il-kawżi kummerċjali huma indirizzati minn qrati kummerċjali speċjali f’xi pajjiżi, u ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn. IT: L-interpretazzjoni possibilment ħażina dwar il-paragun bejn l-2010, l-2012 u l-2013 tista’ tiġi spjegata permezz tal-implimentazzjoni ta’ klassifikazzjoni differenti tal-kawżi ċivili.

              3.       IS-Sejbiet ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2015

3.1 L-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji

Ġustizzja mtawla hija ġustizzja miċħuda. Id-deċiżjonijiet f’waqthom huma essenzjali għan-negozji u l-investituri. Fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment, il-kumpaniji jqisu r-riskju li jkunu involuti f’tilwim kummerċjali, tilwim fuq ix-xogħol jew it-tassazzjoni jew insolvenzi. L-effiċjenza li biha sistema ġudizzjarja fi Stat Membru tindirizza t-tilwim legali hija importanti ħafna. Pereżempju, l-eżekuzzjoni ġudizzjarja ta’ kuntratt ta’ provvista jew ta’ servizzi ssir tiswa ħafna flus aktar ma t-tilwim ġudizzjarju jieħu żmien, u saħansitra jsir inutli wara ċertu żmien, peress li tonqos il-probabbiltà li jiġu rkuprati l-flus minn ħlasijiet u penali.

              3.1.1 It-tul tal-proċedimenti

It-tul tal-proċedimenti juri ż-żmien (f’jiem) meħtieġ biex tiġi solvuta kawża l-qorti, jiġifieri ż-żmien li tieħu il-qorti sabiex tieħu deċiżjoni fl-ewwel istanza. L-indikatur taż-"żmien għat-tlestija" huwa n-numru ta’ kawżi mhux solvuti diviż bin-numru ta’ kawżi solvuti sa tmiem is-sena mmultiplikat bi 365 jum[14]. Minbarra l-Grafiki 13 sa 17, il-grafiki kollha jikkonċernaw proċedimenti fl-ewwel istanza u jqabblu, fejn disponibbli, id-dejta għall-2010 mad-dejta għall-2012 u l-2013[15]. Minkejja li proċeduri differenti tal-appell jista' jkollhom impatt kbir fuq it-tul tal-proċedimenti, l-effiċjenza ta’ sistema ġudizzjarja diġà għandha tiġi riflessa fl-ewwel istanza, peress li l-ewwel istanza hija fażi obbligatorja għal kull min jiftaħ kawża l-qorti.

Grafika 4: Iż-żmien meħtieġ biex jiġu riżolti kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn* (Fl-ewwel istanza/f'jiem) (sors: studju tas-CEPEJ[16])

* Din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi ta’ eżekuzzjoni, il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet, il-kawżi tal-liġi amministrattiva (kontenzjużi jew mhux kontenzjużi) u kawżi oħrajn mhux kriminali. Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU).

Grafika 5: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi*  (Fl-ewwel istanza/f'jiem) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-kawżi ċivili (u kummerċjali) kontenzjużi jikkonċernaw tilwim bejn partijiet, pereżempju tilwim fuq kuntratti, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Min-naħa l-oħra, il-kawżi ċivili (u kummerċjali) mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, pereżempju, ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Il-kawżi kummerċjali huma indirizzati minn qrati kummerċjali speċjali f’xi pajjiżi, u ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn. Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-Pajjiżi l-Baxxi pprevedew għal żmien biex tiġi deċiża kawża b'mod imkejjel, imma dan mhuwiex ikkalkulat mis-CEPEJ.

Grafika 6: Żmien meħtieġ biex jinqatgħu il-kawżi amministrattivi* (Fl-ewwel istanza/f'jiem) (sors: studju CEPEJ)                                                                                                         

*Il-kawżi tal-liġi amministrattiva jikkonċernaw tilwim bejn iċ-ċittadini u awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Il-kawżi tal-liġi amministrattiva jinstemgħu minn qrati amministrattivi speċjali f’xi pajjiżi, u minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn. Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (HU), riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qorti amministrattiva (HR) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin allegatament jistgħu jispjegaw il-varjazzjonijiet f’LT.

              3.1.2 Rata ta' kklirjar

Ir-rata tal-ikklirjar hija l-proporzjon tan-numru ta’ kawżi solvuti meta mqabbel man-numru ta’ kawżi li jkunu deħlin. Hija tkejjel jekk qorti hijiex tlaħħaq mal-ammont ta’ kawżi deħlin. It-tul tal-proċedimenti huwa marbut mar-rata li biha l-qrati jistgħu jsolvu l-kawżi, ir-“rata tal-ikklirjar”, u man-numru ta’ kawżi li għadhom jistennew li jiġu solvuti, il-"kawżi pendenti". Meta r-rata tal-ikklirjar tkun ta' madwar 100% jew aktar, dan ifisser li s-sistema ġudizzjarji għandha l-kapaċità li tal-inqas issolvi kawżi bl-istess rata li jidħlu. Meta r-rata tal-ikklirjar tkun inqas minn 100 %, dan ifisser li l-qrati jkunu qegħdin isolvu inqas kawżi min-numru ta’ kawżi li jkunu deħlin, u b'hekk, fl-aħħar tas-sena n-numru ta’ kawżi mhux solvuti jingħadd bħala kawżi pendenti. Jekk din is-sitwazzjoni tippersisti għal bosta snin, dan jista’ jkun sinjal ta’ problema aktarx sistemika, hekk kif ix-xogħol b’lura jkompli jaggrava l-ammont ta’ xogħol tal-qrati, u jwassal sabiex it-tul tal-proċedimenti jkompli jitwal.

Grafika 7: Rata' li biha jinqatgħu il-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn*  (Fl-ewwel istanza/f'% - valuri ogħla minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti iktar kawżi milli jidħlu, filwaqt li valuri inqas minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti inqas kawżi milli jidħlu) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet fil-kawżi li deħlin jistgħu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet f'LT u SK. Fil-LV l-fatturi interni u esterni bħal proċedimenti ta' falliment ġodda allegatament kellhom impatt fuq il-varjazzjonijiet.

Grafika 8: Rata li biha jinqatgħu il-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi* (Fl-ewwel istanza/f’%) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-Pajjiżi l-Baxxi pprovdew għal żmien biex tiġi deċiża kawża b'mod imkejjel, imma dan mhuwiex ikkalkulat mis-CEPEJ.

Grafika 9: Rata li biha jinqatgħu il-kawżi amministrattivi* (Fl-ewwel istanza/f’%) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (HU), riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qorti amministrattiva (HR) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin jistgħu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet fil-LT.

3.1.3 Kawżi pendenti

In-numru ta’ kawżi pendenti juri n-numru ta’ kawżi li għad iridu jiġu indirizzati fi tmiem perjodu. Hija tinfluwenza wkoll iż-żmien għar-riżoluzzjoni tal-kawża. Għalhekk, sabiex jitjieb it-tul tal-proċedimenti hemm bżonn ta' miżuri biex inaqqsu l-għadd ta’ kawżi pendenti.

Grafika 10: Numru ta' kawżi pendenti ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn* (Fl-ewwel istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet fil-kawżi deħlin jistgħu allegatament jispjegaw varjazzjonijiet f'LT u SK. Fid-DK id-diġitalizzazzjoni tar-reġistru tal-artijiet tista' allegatament tispjega t-tnaqqis fil-kawżi pendenti.

Grafika 11: Numru ta' kawżi pendenti ċivili u kummerċjali kontenzjużi* (Fl-ewwel istanza/kull 100 abitant) (sors:studju tas-CEPEJ)

*Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin allegatament jistgħu jispjegaw il-varjazzjonijiet f’EL, LT u SK.

Grafika 12: Numru ta' kawżi amministrattivi pendenti* (Fl-ewwel istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (HU), riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qorti amministrattiva (HR) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin allegatament jistgħu jispjegaw il-varjazzjonijiet f’LT u SK.

              3.1.4 L-effiċjenza f'oqsma speċifiċi

Sabiex tikkumplimenta id-dejta ġenerali dwar kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tippreżenta informazzjoni dwar it-tul medju tal-proċedimenti f’ċerti oqsma li huma rilevanti għall-ambjent tan-negozju. Is-sistema ta' ġbir ta' dejta eżistenti fl-Istati Membri mhux dejjem jipprovdu dejta għal oqsma speċifiċi tal-liġi. Peress li din l-informazzjoni tagħtina viżjoni aktar mirquma dwar l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri, din it-Tabella ta’ Valutazzjoni tat ħarsa lejn l-oqsma tal-insolvenza[17], il-liġi tal-kompetizzjoni, il-liġi tal-konsumatur, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-akkwist pubbliku.

Grafika 13: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi ta’ insolvenza* (fi snin) (sors: Il-Bank Dinji: Twettiq ta’ Negozju)

*Iż-żmien għall-kredituri biex jirkupraw il-kreditu tagħhom. Il-perjodu ta’ żmien mill-inadempjenza tal-kumpanija sal-ħlas ta’ parti mill-flus jew l'ammont ta' flus dovut kollu lill-bank. Jiġu kkunsidrati t-tattiki ta’ dewmien potenzjali mill-partijiet, bħalma huma l-preżentata ta’ appelli dilatorji jew talbiet għal estensjoni. Id-dejta tinġabar minn tweġibiet għall-kwestjonarju mill-professjonisti ta’ insolvenza lokali u vverifikata permezz ta’ studju tal-liġijiet u r-regolamenti kif ukoll informazzjoni pubblika dwar is-sistemi ta’ falliment.

Id-dejta ppreżentata hawn taħt tirreferi għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE quddiem il-qrati nazzjonali, b'mod partikolari ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-liġi tal-konsumatur, it-trade mark Komunitarja u l-liġi dwar l-akkwist pubbliku.[18] Din id-dejta titfa’ dawl fuq l-effettività tal-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE f’dawn l-oqsma. Hemm informazzjoni pprovduta fuq l-għadd medju ta’ jiem meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni quddiem il-qrati nazzjonali fl-ewwel u fit-tieni istanza f’kawżi li jikkonċernaw dawn l-oqsma speċifiċi.

Id-dejta nġabret permezz ta’ varjetà ta’ sorsi. L-informazzjoni dwar it-tul medju ta’ każijiet marbuta mal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-liġi tal-konsumatur inġabret f’kooperazzjoni ma’ netwerks Ewropej ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta’ dawn l-oqsma tal-leġiżlazzjoni tal-UE.[19] Id-dejta dwar it-trade mark Komunitarja inġabret mill-membri tal-Osservatorju dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fl-Ewropa, li bbażaw ruħhom fuq statistika speċifika - fejn disponibbli -jew fuq kampjuni rappreżentattivi ta’ każijiet. Id-dejta dwar l-akkwist pubbliku inġabret permezz ta’ eżerċizzju tad-dejta pilota kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea. Minħabba d-diverġenzi fil-mod kif tiġi ppreżentata din id-dejta għal dawn l-istanzi, l-Istati Membri huma mniżżla b’mod alfabetiku fil-lingwi oriġinali tagħhom.

Il-liġi dwar il-kompetizzjoni tinkoraġġixxi l-effiċjenza u l-innovazzjoni u tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż. L-eżekuzzjoni effettiva ta’ dawn ir-regoli hija essenzjali għall-ambjent tan-negozju. It-tul medju sabiex jiġu solvuti kawżi ta’ rieżami ġudizzjarju fil-liġi tal-kompetizzjoni fl-ewwel istanza jikkorrispondi xi ftit jew wisq mal-medja taż-żmien għar-riżoluzzjoni tal-kawżi amministrattivi u jidher li huwa ogħla mit-tul medju għall-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u każijiet oħra. It-tul li jirriżulta minn każijiet identifikati f’xi Stati Membri jippreżenta, madankollu, valuri ħafna ogħla.[20] Din id-differenza tista' tkun dovuta għall-kumplessità involuta f’dan it-tip ta’ litigazzjoni speċjalizzata. Il-grafika ta’ hawn taħt turi wkoll li f’bosta Stati Membri jistgħu jiġu osservati differenzi sinifikanti fit-tul bejn l-ewwel u t-tieni istanza ta' stħarriġ ġudizzjarju. F’ħafna Stati, iż-żmien meħtieġ sabiex kawża tiġi riżolta għandha t-tendenza li tippreżenta valuri ogħla fit-tieni istanza minn tal-ewwel.

Grafika 14: Medja ta’ żmien meħtieġ biex jinqatgħu kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE* (f’jiem) (sors: eżerċizzju pilota ta’ ġbir ta’ dejta mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea man-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni)

*L-ebda każijiet ma ġew identifikati f'dan il-perjodu f'BG, EE, IE, HR, CY, LU, MT u NL. Il-kalkolu fuq it-tul medju sar fuq il-bażi ta’ eżerċizzju ta' dejta pilota li fittex li jidentifika l-każijiet kollha tal-appell tad-deċiżjonijiet tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li għalihom inħarġu deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar is-sustanza bejn l-2012 u l-2013. Il-figuri huma pprovduti għall-ewwel u t- tieni istanza. Għal dan ix-xenarju ta' stħarriġ ġudizzjarju mhemmx it-tieni istanza fil-AT u fis-SI tapplika biss minn Awwissu 2013.

Ħarsien tal-konsumatur xieraq jirrikjedi wkoll il-funzjonament effettiv tal-qrati dwar l-applikazzjoni ta’ regoli li jipproteġu lill-konsumaturi. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tesplora t-tul meħtieġ biex jinqata' appell kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur li japplikaw id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali, id-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti u d-Direttiva dwar il-Garanziji tal-Bejgħ fl-Istati Membri. Għalkemm it-tul medju sabiex jiġu solvuti kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju fil-liġi tal-konsumatur fl-ewwel istanza jidher li huwa ogħla mill-medja tat-tul għall-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn oħra, id-diverġenza ġeneralment hija iċken minn dik osservata f’każijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Grafika 15: Żmien meħtieġ biex jinqatgħu l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur * (f’jiem) (sors: eżerċizzju pilota ta’ ġbir ta’ dejta mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea man-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni)

* Ix-xenarju kkunsidrat għal din iċ-ċifra ma kinitx applikabbli għal BE, DE, IE, FI, LU, MT, AT, SE u UK minħabba li ċerti awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur ma għandhomx is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet li jiddikjaraw il-ksur ta’ dawn ir-regoli. Fi FR il-każijiet ta’ appell huma marġinali. *Il-kalkolu fuq it-tul medju sar fuq il-bażi ta’ kampjuni ta’ kawżi relatati mal-appelli minn deċiżjoni ta' awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur li tkun applikat id-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti, id-Direttiva dwar Bejgħ lill-Konsumatur u Garanzija, id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom fejn id-deċiżjonijiet kienu maħruġa bejn l-2012 u l-2013. Id-daqs tal-kampjuni jvarja minn Stat Membru għall-ieħor[21].

It-tkabbir f’setturi aktar innovattivi, b’mod partikolari dawk li ta’ spiss jiddependu fuq assi intanġibbli bħad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, jiddependi fuq sistema ta’ infurzar tal-liġi li tiffunzjona tajjeb[22]. Għal din ir-raġuni, din is-sena t-Tabella ta’ Valutazzjoni qed tiġbor dejta speċifika dwar it-tul ta’ żmien medju meħtieġ għal każijiet ta’ ksur tat-trade mark Komunitarja ttrattati mill-qrati nazzjonali fl-ewwel u fit-tieni istanza. B’xi eċċezzjonijiet, id-differenzi fit-tul ta' żmien meta mqabbla mat-tul ta' żmien medju għall-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn huma iżgħar minn dawk fiż-żewġ każijiet li ġew ikkunsidrati preċedentement.

Grafika 16: Żmien meħtieġ biex jiġu deċiżi l-kawżi ta' ksur ta' trade mark Komunitarja* (f’jiem) (sors: eżerċizzju ta’ ġbir ta’ dejta pilota mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea mal-Osservatorju għall-Ksur ta’ Dritt tal-Proprjetà Intellettwali fis-suq intern)

 

*L-ebda każ ma kien identifikat fl-HR. Il-kalkolu fuq it-tul ta' żmien sar abbażi ta' kampjuni ta' każijiet marbuta mal-ksur tat-trade marks Komunitarji meta d-deċiżjonijiet ingħataw fl-2012 u l-2013. Il-kampjuni ta’ każijiet ġew miġbura minn membri tal-Osservatorju għall-Ksur tal-Liġi dwar il-Propjetà Intellettwali[23]. Meta l-istatistika dwar it-tul ta' żmien għal dawn il-każijiet kienet disponibbli, ma ġewx użati kampjuni ta’ każijiet.

Fl-aħħar nett, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tiġbor dejta dwar iż-żmien meħud biex jissolvew każijiet relatati mal-akkwist pubbliku. Ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jiżguraw li l-kuntratti pubbliċi jingħataw b’mod miftuħ, ġust u trasparenti. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta dejta għall-ewwel, it-tieni u t-tielet istanzi f’każijiet fejn il-qrati nazzjonali japplikaw rimedji addizzjonali għall-azzjonijiet introdotti qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Id-dejta pprovduta tirreferi għas-snin 2009-2012. Il-grafika turi li entitajiet mhux ġudizzjarji li jiddeċiedu fl-ewwel istanza (id-Direttiva dwar ir-Rimedji tal-Prokurament Pubbliku tipprovdi għal din il-possibilità) għandhom tendenza li jkollhom proċeduri iqsar minn korpi ġudizzjarji. Filwaqt li r-rimedji jidhru li jiffunzjonaw mingħajr problemi fl-ewwel istanza, l-appelli fi stadji ulterjuri jieħdu aktar fit-tul.

Grafika 17: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi fejn kienu japplikaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku* (f’jiem) (sors: studju pilota[24])

*Il-kalkolu fuq it-tul medju sar abbażi ta' kampjuni ta' każijiet marbuta mar-rimedji previsti skont id-Direttiva dwar il-Prokurament Pubbliku qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt meta' d-deċiżjonijiet ingħataw bejn l-2009 u l-2012. F’dawk l-Istati Membri fejn l-appelli tal-ewwel istanza jiġu deċiżi minn korp mhux ġudizzjarju (BG, CZ, DK, EE, ES, CY, LV, HU, MT, AT sal-2014, PL, RO, SI and SK)id-dejta għal dan l-istanza tidher bl-abjad. L-istudju ma jkoprix lill-HR li ssieħbet fl-UE f'Lulju tal-2013.[25] It-tul medju ma setax jinġieb għall-ewwel istanza fl-ES u PT u għat-tieni istanza fl-IE u MT. 

Għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015, twettqet riċerka inizjali[26] biex titfassal il-proċedura tal-infurzar u ż-żmien meħtieġ għas-sodisfazzjoni tat-talbiet. Minħabba li ftit sorsi biss jiġbru dejta komparattiva dwar it-tul ta’ infurzar, ġiet elaborata metodoloġija xierqa. Dan wassal għal approċċ li ffoka fuq il-ġbir ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ dejta dwar it-tul ta’ żmien bejn il-mument li fih tingħata deċiżjoni ġudizzjarja finali u, rispettivament, il-mument li fih jiġi ffriżat il-kont bankarju tal-konvenut, kif ukoll il-mument li fih jiġu rkuprati l-fondi ffriżati. Sar kuntatt estensiv mal-partijiet interessati rilevanti, bħall-qrati jew il-bailiffs f’diversi postijiet ġeografiċi sabiex jappoġġja l-adegwatezza tal-metodoloġija użata għar-riċerka.  Minkejja l-iskarsezza ta’ dejta, ingħatat ċerta informazzjoni dwar it-tul tal-proċedimenti ta’ infurzar. Pereżempju, fl-Italja, ir-riċerka turi li jridu jgħaddu 136 jum mid-deċiżjoni ġudizzjarja definittiva għall-irkupru tal-assi li jinkludu 13-il jum mid-deċiżjoni ġudizzjarja sal-iffriżar tal-kont tal-bank. Id-dejta mill-Finlandja turi li, bħala medja, jridu jgħaddu 21 jum mid-deċiżjoni ġudizzjarja sakemm il-kont bankarju jiġi ffriżat.

Konklużjonijiet dwar l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji · It-tielet edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għandha l-għan li tidentifika x-xejriet possibbli[27]. Huwa meħtieġ approċċ kawt u sfumat, minħabba li s-sitwazzjoni tvarja b’mod sinifikanti, skont l-Istat Membru rispettiv u l-indikatur[28]. Il-ħsad tal-frott ta’ riforma tal-ġustizzja jieħu ż-żmien. Peress li t-Tabella ta’ Valutazzjoni hija eżerċizzju regolari, se żżomm rekord tal-progress. · B’mod ġenerali, jista' jiġi osservat xi titjib fl-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri. Matul is-snin koperti[29], jidher li aktar Stati Membri qed juru tendenza pożittiva milli tendenza negattiva f’termini ta’ żmien biex tinqata' kawża u r-rata ta’ kklirjar f’każijiet ċivili u kummerċjali kontenzjużi kif ukoll każijiet amministrattivi. Għal każijiet pendenti mhux possibbli illi tiġi identifikata xi tendenza komuni ċara f’xi kwalunkwe direzzjoni, ħlief għal tnaqqis sostnut ta’ kawżi pendenti ċivili, kummerċjali, amministrattivi u każijiet oħra. · Fost l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi partikolari, jidhru qed jipprevalu xejriet pożittivi, bi ftit eċċezzjonijiet. Is-sinjali pożittivi li jidhru f’ċerti Stati Membri[30] li qed iwettqu riformi ambizzjużi għandhom jiġu mħeġġa jkomplu l-isforzi tagħhom b’determinazzjoni u impenn. · It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 turi wkoll li l-prestazzjoni tal-qrati ħafna drabi tiddependi fuq il-qasam tal-liġi kkonċernata. Pereżempju, il-litigazzjoni f’ċerti oqsma fejn il-qrati nazzjonali jaġixxu bħala qrati tal-Unjoni, bħal-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, jistgħu jieħdu aktar żmien biex jiġu riżolti milli fil-qasam usa’ ta’ kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri jaqtgħu il-każijiet f'perjodi iqsar. · Id-dejta dwar oqsma speċifiċi turi differenzi bejn il-proċedimenti tal-ewwel u t-tieni istanza. Madankollu, ma tistax tiġi identifikata tendenza komuni fit-tul tal-proċedimenti bejn dawn iż-żewġ istanzi madwar l-UE.

[1] Fl-2014, il-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku fil-Greċja, il-Portugall (li ġie fi tmiemu f'Ġunju 2014) u Ċipru inkludew il-kondizzjonalità fir-riformi fil-ġustizzja.

[2] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015, COM(2014) 902 finali.

[3] Id-dejta inġabret b'kooperazzjoni mal-grupp ta' persuni ta' kuntatt tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[4] Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Bulgarija u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Bulgarija, 2014 (2014/C 247/02); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Kroazja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Kroazja 2014 (2014/C 247/10); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Irlanda u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Irlanda, 2014 (2014/C 247/07); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Italja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Italja, 2014 (2014/C 247/11); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Latvja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Latvja, 2014 (2014/C 247/12); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 ta' Malta u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà ta' Malta, 2014 (2014/C 247/16); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Polonja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Polonja, 2014 (2014/C 247/19); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Portugall u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Portugall, 2014 (2014/C 247/20); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tar-Rumanija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konvergenza tar-Rumanija, 2014 (2014/C 247/21); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tas-Slovakkja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tas-Slovakkja, 2014 (2014/C 247/23); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tas-Slovenja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tas-Slovenja, 2014 (2014/C 247/22); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma ta' Spanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà ta' Spanja, 2014 (2014/C 247/08)

[5] BG, ES, HU, IT, LV, MT, PL, RO, SI, SK.

[6] BG, IT, LV, PL, SI, SK.

[7] Fl-2013, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fid-dawl tat-tħejjija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji. Għal dan l-għan, l-Istati Membri ġew mitluba jinnominaw żewġ persuni ta’ kuntatt, waħda minn fost il-ġudikatura u l-oħra mill-Ministeru tal-Ġustizzja, u saru laqgħat regolari fl-2014 u l-2015. Stat Membru wieħed għadu ma nnominax persuni ta’ kuntatt u erba' nnominaw biss persuna waħda mill-Ministeru tal-Ġustizzja iżda mhux mill-ġudikatura.

[8] AT, BE, DE, IE, EL, HR, IT, LT, NL, PT, RO għamlu preżentazzjonijiet f'dan il-grupp dwar ċerti aspetti tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. 

[9] Regolament 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, ĠU L 347, 20.12.2013.

[10]    Ir-raġunijiet għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ġew ippreżentati mill-Kummissjoni fid-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/europe2020/making-it-happen/country-specific-recommendations/index_en.htm

[11] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/index_en.htm

[12] Il-ġbir regolari tad-dejta mis-CEPEJ għas-47 Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa sseħħ kull sentejn (l-aħħar Rapport Ġenerali tas-CEPJ ġie ppubblikat fl-2014 b’dejta tal-2012). L-Istati Membri kollha barra tlieta wieġbu għall-kwestjonarju tas-CEPEJ dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni.

[13] Dwar l-impatt ekonomiku ta’ sistemi ġudizzjarji effettivi, ara t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2014, fit-Taqsima "L-effettività tas-sistemi nazzjonali ġudizzjarji bħala komponent strutturali għat-tkabbir”; ara wkoll “L-Impatt Ekonomiku tar-Riformi fil-Ġustizzja Ċivili”, Kummissjoni Ewropea, Economic Papers 530, Settembru 2014.

[14] It-tul tal-proċedimenti, ir-rata tal-ikklirjar u n-numru ta’ każijiet pendenti huma indikaturi standard definiti mis-CEPEJ. http://www.coe.int/t/dghl/cooperation/cepej/evaluation/default_en.asp

[15] Id-dejta tal-2010 tinkludi aġġornamenti li saru mis-CEPEJ wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tagħha tal-2013, kif trażmess lill-Kummissjoni.

[16] Studju tal-2015 dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE, imwettaq mis-Segretarjat tas-CEPEJ għall-Kummissjoni. Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/index_en.htm

[17] Ara wkoll l-istudju ppreparat mid-Direttorat-Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprendatorjat u l-SMEs tal-Kummissjoni Ewropea dwar Il-Falliment u t-tieni ċans għall-intraprendituri falluti onesti disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/enterprise/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=7962&lang=en

[18] L-ispeċifiċità tas-sitwazzjonijiet ikkunsidrati tispjega li mhux dejjem kien possibbli li jiġu koperti l-Istati Membri kollha tal-UE fil-grafiki billi ċertu tip ta’ każijiet ma setgħux jinstabu f’xi wħud minnhom.

[19] Fil-każijiet ta’ rieżami ġudizzjarju fil-mira tal-eżerċizzju, dawn l-awtoritajiet huma parti fil-proċedimenti.

[20] In-numru ta’ każijiet ta’ stħarriġ ġudizzjarju għal kull Stat Membru. F'xi każijiet, in-numru limitat ta' kawżi rilevanti (BE, CZ, DK, IT, PL, u SK) jfisser illi każ wieħed li jieħu ħafna fit-tul jista' jaffettwa konsiderevolment l-medja. Fi ES, it-tul ta' żmien għat-tieni istanza jirreferi ukoll għall-appelli fuq bażi ta' ksur ta' dritt fundamentali li normalment jinqatgħu fi żmien iqsar.

[21] B’mod ġenerali, id-dejta ma tkoprix servizzi u prodotti finanzjarji. Fiċ-CZ id-dejta ġiet miġbura mill-awtoritajiet responsabbli għad-Direttiva dwar il-Prattiċi Kummerċjali Żleali. In-numru ta’ każijiet rilevanti f’DK, EE, FR, HR, NL, SI u SK huwa baxx, li jfisser illi każ wieħed b'tul twil ħafna jista' jaffettwa konsiderevolment il-medja. Għal Spanja, id-dejta ma tkoprix ir-reġjuni kollha. Id-dejta mill-IT u r-RO hija bbażata fuq stima pprovduta mill-awtorità tal-protezzjoni tal-konsumatur.

[22] Ara pereżempju “X'jagħmel lill-ġustizzja ċivili effettiva?”, Notamenti tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ekonomiċi ta’ Politika tal-OECD, Nru 18, Ġunju 2013 u "L-Ekonomija tal-Ġustizzja Ċivili: Dejta u Empiriċi ġodda transnazzjonali", Dokumenti ta’ Ħidma tad-Dipartiment tal-Ekonomija tal-OECD, Nru 1060.

[23] Id-daqs tal-kampjuni jvarja minn Stat Membru għall-ieħor. Għad-DK, id-dejta statistika għandha x’taqsam ukoll ma’ każijiet li fihom ġie applikat id-dritt nazzjonali tat-trade marks mill-Qorti Marittima u tal-Kummerċ. Il-DE ma kellhiex statistika speċifika għal kawżi dwar it-trade mark Komunitarja għaliex l-istatistika tinġabar għall-każijiet kollha relatati ma’ proprjetà industrijali. Iċ-ċifri mogħtija huma bbażati fuq stimi mill-qrati. Fis-SK, it-tieni istanza tirreferi għall-Qorti Suprema fl-2012 u għal każijiet mismugħa fit-tieni istanza mill-Qorti Distrettwali ta’ Bratislava fl-2013. F’xi Stati Membri (EE, LT, LU, HU, FI u SI għat-tieni istanza) in-numru ta’ każijiet rilevanti huwa limitat. Fl-IE kien hemm biss każ wieħed rilevanti għal dan il-perjodu.

[24] L-effiċjenza ekonomika u l-effettività legali tal-proċeduri ta' reviżjoni u rimedji għal kuntratti pubbliċi, mill-Europe Economics, studju ppreparat mid-Direttorat-Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorjat u l-SMEs tal-Kummissjoni Ewropea, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement/modernising-rules/evaluation/index_en.htm

[25] Id-dejta għal HR hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni tal-Istat tal-Kroazja għas-superviżjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku fir-rapporti annwali tagħha

[26] Studju ta’ każ dwar il-funzjonament ta’ proċedimenti ta’ infurzar relatati ma’ deċiżjoni ġudizzjarja fl-Istati Membri, Matriċi, studju ppreparat għall-Kummissjoni Ewropea (id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi), disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/index_en.htm0

[27] Xejra, kif rifless f’dawn it-tliet Tabelli ta’ Valutazzjoni, tista' tiżvela sitwazzjonijiet differenti ħafna; pereżempju, bidliet fit-tul tal-proċedimenti jistgħu jvarjaw minn 10 ijiem (jew anqas) għal 100 jum (jew aktar).

[28]Għal aktar dettalji dwar il-varjazzjonijiet    ara l-iskeda partikolari tal-pajjiż fl-Istudju tal-2015 dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE, imwettaq mis-Segretarjat tas-CEPEJ għall-Kummissjoni.

[29] 2010, 2012, 2013.

[30] Pereżempju l-EL.

3.2 Il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji

Istituzzjonijiet ta' kwalità għolja, inklużi sistemi ġudizzjarji nazzjonali, huma fattur determinanti għal prestazzjoni ekonomika. Ġustizzja effettiva teħtieġ il-kwalità matul il-katina kollha tal-ġustizzja. In-nuqqas ta’ kwalità fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jżidu r-riskji ta' negozju għal kumpaniji kbar u SMEs u jaffettwaw l-għażliet tal-konsumaturi.

L-Istati Membri kollha qed jieħdu miżuri biex jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. Għalkemm ma hemm ebda mod miftiehem kif titkejjel il-kwalità tas-sistema ġudizzjarja, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tuża ċerti parametri, li huma ġeneralment aċċettati bħala relevanti[1] u li jistgħu jgħinu biex itejbu l-kwalità tal-ġustizzja.

              3.2.1 Għodda ta' monitoraġġ, evalwazzjoni u stħarriġ biex jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji

Id-definizzjoni ta’ politiki dwar il-kwalità u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qrati huma għodod li jgħinu biex tittejjeb il-previdibbiltà u l-puntwalità tad-deċiżjonijiet tal-ġustizzja, il-funzjonament tal-qorti u d-distribuzzjoni bilanċjata tax-xogħol bejn il-qrati[2]. Dawn l-għodod jistgħu jikkonsistu fil-monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ kuljum tal-qrati grazzi għall-ġbir tad-dejta[3] jew l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tal-qorti bl-użu ta’ indikaturi jew bl-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kwalità fil-qrati. Stħarriġ li sar fost il-professjonisti li jaħdmu fil-qrati u/jew l-utenti tal-qrati jistgħu jipprovdu wkoll tagħrif rilevanti dwar biex tiżdied il-kwalità tas-sistema ġudizzjarja.

Grafika 18: Disponibbiltà ta’ monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ġudikatura fl-2013* (sors: studju tas-CEPEJ)

*Sistemi ta’ monitoraġġ bil-għan li tevalwa l-attivitajiet ta’ kuljum tal-ġudikatura, jiġifieri dak li jipproduċu, grazzi b’mod partikolari għal ġabriet ta’ dejta u analiżi statistika. Għad-differenzi FR minn l-edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni preċedenti ġejjin mill-korrezzjoni ta’ dejta li hija stabbli għal dawn is-sentejn. Id-dejta għal El, ES u PL toħroġ mill-2012.

Grafika 19: Disponibbiltà tal-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-ġudikatura fl-2013* (sors: Studju tas-CEPEJ)

*Is-sistema ta’ evalwazzjoni tirreferi għall-prestazzjoni tal-ġudikatura, ġeneralment bl-użu ta’ indikaturi u miri. Barra minn hekk, xi Stati Membri jiddefinixxu politiki u standards ta' kwalità għas-sistema ġudizzjarja kollha. Fir-RO, indikaturi tal-prestazzjoni dwar l-attività tal-ġudikatura huma użati b’mod regolari. Għall-Istati Membri l-oħra kollha r-riżultati huma identiċi għad-dejta miġbura għall-2012. Id-dejta għal ES, EL u PL toħroġ mill-2012.

Grafika 20: Stħarriġ li sar fost l-utenti tal-qorti jew il-professjonisti legali fl-2013* (sors: Studju tas-CEPEJ)

* Stħarriġ immirat lejn prosekuturi pubbliċi ġie irrappurtat bħala tnaqqis fil-NL, filwaqt li dak immirat għal avukati, partijiet u utenti oħra tal-Qorti ġie irrappurtat bħala żieda fl-HU u fil-LT rispettivament. Għall-Istati Membri l-oħra kollha r-riżultati huma identiċi għad-dejta miġbura għall-2012. Id-dejta għal ES, EL u PL toħroġ mill-2012.

              3.2.2 Is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jgħinu biex jonqos it-tul tal-proċedimenti u biex jitħaffef l-aċċess għall-ġustizzja

Is-sistemi tal-ICT għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-kawżi huma għodod fundamentali għad-dispożizzjoni tal-qrati għall-ġestjoni effettiva taż-żmien tal-kawżi, peress li jgħinu sabiex titjieb ir-rata li biha l-qorti tista' timmaniġġa l-kawżi u b’hekk tnaqqas it-tul ġenerali tal-proċedimenti. Is-sistemi tal-ICT għall-komunikazzjoni bejn il-qrati u l-partijiet (pereż. sottomissjoni elettronika tal-pretensjonijiet) jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis fid-dewmien u l-kostijiet għaċ-ċittadini u n-negozji billi jħaffu l-aċċess għall-ġustizzja. Is-sistemi tal-ICT għandhom rwol dejjem aktar importanti fil-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u b’hekk iħaffu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Grafika 21: Sistemi tal-ICT għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-każijiet*(( (indikatur peżat -min=0, mass=4) (sors: studju tas-CEPEJ)

* Indikatur komposti mibnija minn diversi indikaturi tal-ICT (sistema ta' reġistrazzjoni tal-każijiet, sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-qorti, is-sistema tal-informazzjoni finanzjarja, vidjokonferenzi) li jkejjel id-disponibbiltà ta’ dawn is-sistemi minn 0 sa 4 (0= disponibbli f’ 0 % tal-qrati; 4=disponibbli f’100 % tal-qrati).

Grafika 22: Komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet* (indikatur peżat -min=0, mass=4) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Indikatur kompost mibni fuq diversi indikaturi tal-ICT (formoli elettroniċi tal-web, websajt, segwitu tal-kawżi fuq l-internet, reġistri elettroniċi, ipproċessar elettroniku ta’ talbiet żgħar, ipproċessar elettroniku ta’ rkupru ta’ dejn mhux ikkontestat, sottomissjoni elettronika tat-talbiet, vidjokonferenzi, faċilitajiet ta’ komunikazzjoni elettroniċi oħra) li jkejjel id-disponibbiltà ta’ dawn is-sistemi minn 0 sa 4 (0=disponibbli f’ 0 % tal-ġudikatura; 4=disponibbli f’100 % tal-qrati).

Grafika 23: Ipproċessar elettroniku ta' irkupru ta' dejn mhux ikkontestat(0 =disponibbli f’0 % tal-ġudikatura; 4 = disponibbli f'100 % tal-ġudikatura) (sors: studju tas-CEPEJ)

Grafika 24: Sottomissjoni elettronika ta’ talbiet (0 =disponibbli f’0 % tal-ġudikatura; 4.= disponibbli f'100 % tal-ġudikatura) (sors: studju tas-CEPEJ)

Proċedura effettiva għal Talbiet Żgħar, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew, hija fundamentali għat-titjib tal-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja u biex huma jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar tad-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. Wieħed minn dawn l-għanijiet ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea huwa għalhekk li jissimplifika u jħaffef proċeduri għal talbiet żgħar billi tittejjeb il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u billi jsir użu intelliġenti tal-ICT. L-għan eventwali hu li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-gruppi tal-utenti kollha: il-ġudikatura, l-atturi ġudizzjarji u l-utenti aħħarin.

Il-11 ir-rapport ta' valutazzjoni komparattiva tal-gvern elettroniku[4] ikkummisjonat mill-Kummissjoni Ewropea jkejjel għall-ewwel darba l-kwalità ta' proċeduri għal talbiet żgħar onlajn fl-Istati Membri tal-UE. Għal dan l-istudju, il-valutazzjoni tal-Proċedura għal Talbiet Żgħar saret minn riċerkaturi (imsejħa “Xerrejja Anonimi”)[5]. L-iskop kien sabiex isir magħruf jekk dispożizzjonijiet tas-servizzi pubbliċi onlajn huma organizzati madwar il-bżonnijiet tal-utenti. Għal dan l-għan kull riċerkatur aġixxa bħala ċittadin regolari u l-“vjaġġ” tiegħu/tagħha kien limitat fiż-żmien, jiġifieri kull xerrej anonimu kellu ġurnata waħda biex jivvaluta avveniment wieħed tal-ħajja. Dan jimplika li meta karatteristika partikolari ma setgħetx tinstab f’dan iż-żmien, ingħatat risposta fin-negattiv. Risposta negattiva ma tfissirx għalhekk per se li l-karatteristika partikolari ma kinitx disponibbli onlajn — madankollu, tissuġġerixxi li ma kienx faċli li tinstab b’mod intuwittiv, mingħajr wisq ikklikkjar, u li huwa ferm probabbli li ċ-ċittadini regolari jew l-intraprendituri ma jużawhix/jsibuhix.

Grafika 25: Valutazzjoni komparattiva ta’ Proċeduri għal Talbiet Żgħar onlajn (għal kull kategorija massimu ta’ 100 punt, b’total massimu ta’ 700 punt) (sors: Il-kisba ta’ Vantaġġ Ewropew? “Kif il-gvernijiet Ewropej jistgħu u għandhom jibbenefikaw minn servizzi pubbliċi innovattivi”, studju ppreparat għall-Kummissjoni Ewropea (Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija[6])

              3.2.3 Il-politiki ta' komunitarizzazzjoni tal-ġudikatura

L-isforzi ta’ komunikazzjoni tal-ġudikatura huma kruċjali biex jgħinu liċ-ċittadini u n-negozji jieħdu deċiżjonijiet informati dwar mezzi ta’ rimedju (ġudizzjarji jew le) u jikkontribwixxu għall-fiduċja meħtieġa fis-sistema ġudizzjarja. Il-midja għandha rwol kruċjali fir-rappurtar dwar każijiet tal-Qorti. Billi tfittex li ttejjeb l-kuntatt bejn il-qrati u l-midja, il-ġudikatura tista' tinforma aħjar lill-pubbliku bix-xogħol ġudizzjarju (l-ambitu, il-limitazzjonijiet u l-kumplessitajiet) u tikkontribwixxi għall-kwalità ta’ rappurtar (eż. tevita żbalji fattwali).

Fl-2014, il-Kummissjoni nediet skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-prattiki u l-politiki dwar il-komunikazzjoni mill-ġudikatura. Dan wera l-ħtieġa sabiex ikollha ħarsa ġenerali aħjar ta’ prattiki f’dan il-qasam. Bħala segwitu, il-Kummissjoni wettqet immappjar tal-prattiki attwali b’kooperazzjoni mal-Istati Membri,[7] dwar il-parametri importanti ta’ politika effettiva ta’ komunikazzjoni tal-ġudikatura[8]. Dan kien jinkludi d-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-pubbliku ġenerali; il-modi li bihom il-ġudikatura torganizza ir-relazzjonijiet tagħha mal-istampa bil-miktub/midja; it-taħriġ għall-imħallfin u komunikazzjoni ma’ persuni u mal-istampa bil-miktub; id-disponibbiltà u il-prattiki rigward il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti onlajn (fil-livelli kollha tas-sistema ġudizzjarja).

Grafika 26: Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni onlajn dwar is-sistema ġudizzjarja għall-pubbliku ġenerali * (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[9])

* Għal kull waħda mill-kategoriji fil-grafika jista' jingħata punt 1. Bħala stat federali, DE hija kkaratterizzata minn strutturi deċentralizzati. Għalhekk, l-istati federali jiddeċiedu huma stess liema informazzjoni jipprovdu onlajn u huma, għaldaqstant, inkarigati li jżommu l-informazzjoni aġġornata. L-istess japplika fil-livell federali.

Grafika 27: Ir-relazzjonijiet bejn il-ġudikatura u l-istampa bil-miktub/midja * (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[10])

* Għal kull istanza (l-ewwel, it-tieni u t-tielet) żewġ punti jistgħu jingħataw jekk hemm uffiċjal tal-istampa bil-miktub jew "imħallef għall-istampa bil-miktub" li jkopru kemm każistika ċivili/kummerċjali u kif ukoll każistika amministrattiva. Jekk kategorija waħda biss ta’ każistika hija koperta (pereż. ċivili/kummerċjali jew amministrattiva) jingħata punt wieħed biss. Jekk hemm uffiċjal tal-istampa bil-miktub għal ċerti qrati jingħataw 0,5 punti għal kull istanza (l-ewwel, it-tieni u t-tielet). Fl-IE id-Dipartiment tal-Ġudikatura ma għandux Konsulent għar-Relazzjonijiet tal-Midja li jfassal u jħabbar stqarrijiet għall-istampa lill-midja.

Grafika 28: Disponibbiltà ta' taħriġ għall-imħallfin dwar komunikazzjoni ma’ persuni u mal-istampa bil-miktub * (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[11])

* Għal kull waħda mill-kategoriji fil-grafika jista' jingħata punt 1.

Grafika 29: Aċċess onlajn għal sentenzi ppubblikati* (każistika ċivili u kummerċjali, l-okkorrenzi kollha) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[12])

* Għall-kategoriji "Aċċessibbiltà onlajn tas-sentenzi", "L-informazzjoni fil-bażi ta’ dejta hija aġġornata tal-inqas darba fix-xahar" u "Aċċess għas-sentenzi ppubblikati huwa b'xejn" jingħataw 3 punti meta dan hu l-każ għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u t-tielet).  Meta dan is-servizz hu disponibbli biss għal ċerti istanzi tal-qrati (jingħataw 1 jew 2 punti). Meta dan is-servizz ikun disponibbli biss għal ċerti qrati jingħata 0,5 punt għal kull istanza. Għall-kategorija “Il-partijiet ikkonċernati għandhom aċċess għall-bażi ta’ dejta (l-imħallfin, l-avukati, il-prattikanti legali l-oħra u/jew il-pubbliku ġenerali”, jingħata punt 1 meta l-partijiet ikkonċernati kollha huma koperti. Jekk il-pubbliku ġenerali ma għandux aċċess, jingħata 0,25 punt għal kull parti ikkonċernata li għandha aċċess (pereż. imħallfin = 0,25 punt, avukati = 0,25 punt, prattikanti legali l-oħra = 0,25 punt).

Grafika 30: Aċċess onlajn għal sentenzi ppubblikati* (każistika amministrattiva, l-okkorrenzi kollha) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[13])

* Għall-kategoriji "Disponibbiltà onlajn tas-sentenzi", "L-informazzjoni fil-bażi ta’ dejta hija aġġornata tal-inqas darba fix-xahar" u "Aċċess għas-sentenzi ppubblikati huwa b'xejn" jingħataw 3 punti meta dan hu l-każ għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u t-tielet).  Meta dan is-servizz hu disponibbli biss għal ċerti istanzi tal-qrati (jingħataw 1 jew 2 punti). Meta dan is-servizz ikun disponibbli biss għal ċerti qrati jingħata 0,5 punt għal kull istanza. Għall-kategorija “Il-partijiet ikkonċernati għandhom aċċess għall-bażi ta’ dejta (l-imħallfin, l-avukati, il-prattikanti legali l-oħra u/jew il-pubbliku ġenerali”, jingħata punt 1 meta l-partijiet ikkonċernati kollha huma koperti. Jekk il-pubbliku ġenerali ma għandux aċċess, jingħata 0,25 punt għal kull parti ikkonċernata li għandha aċċess (pereż. imħallfin = 0,25 punt, avukati = 0,25 punt, prattikanti legali l-oħra = 0,25 punt). Fl-IE il-websajt tad-Dipartiment tal-Ġudikatura hija l-pjattaforma uffiċjali għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet kollha tal-qrati kollha li għandhom ġurisdizzjoni ċivili u kriminali. Ma hemm l-ebda kategorija speċifika magħrufa bħala “każistika amministrattiva”.

Grafika 31: Prattiki rigward il-pubblikazzjonijiet ta’ sentenzi online * (kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi, l-istanzi kollha) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[14])

* Għall-kategoriji “Il-pubblikazzjoni ta’ sentenzi huwa magħmul fuq il-bażi ta’ kriterji tal-għażla”, “Is-sentenzi huma assenjati Identifikatur Ewropew tal-Każistika (jew se jkunu fil-futur)”, “Is-sentenzi huma mmarkati bi kliem ewlieni” u “Is-sentenzi huma anonimizzati”, jiġu allokati 3 punti meta dan ikun il-każ għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u t-tielet).  Meta dan is-servizz hu disponibbli biss għal ċerti istanzi tal-qrati (jingħataw 1 jew 2 punti skont in-numru ta' istanzi li huma koperti). F’Malta l-qorti tat-tieni istanza hija l-ogħla Qorti.

Grafika 32: Prattiki rigward il-pubblikazzjonijiet ta’ sentenzi onlajn (kawżi amministrattivi, l-istanzi kollha)* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[15])

* Għall-kategoriji kollha "Il-pubblikazzjoni ta’ sentenzi huwa magħmul fuq il-bażi ta’ kriterji tal-għażla”, “Is-sentenzi huma assenjati Identifikatur Ewropew tal-Każistika (jew se jkunu fil-futur)”, “Is-sentenzi huma mmarkati bi kliem ewlieni” u “Is-sentenzi huma anonimizzati”, jiġu allokati 3 punti meta dan ikun il-każ għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u t-tielet).  Meta dan is-servizz hu disponibbli biss għal ċerti istanzi tal-qrati (jingħataw 1 jew 2 punti skont in-numru ta' istanzi li huma koperti). F’Malta, il-qorti tat-tieni istanza hija l-ogħla qorti. Fl-IE il-websajt tad-Dipartiment tal-Ġudikatura hija l-pjattaforma uffiċjali għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet kollha tal-qrati kollha li għandhom ġurisdizzjoni ċivili u kriminali. Ma hemm l-ebda kategorija speċifika magħrufa bħala “każistika amministrattiva”.

              3.2.4 Il-metodi ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jgħinu fit-tnaqqis tal-ammont ta’ xogħol tal-qrati

L-ADR tkopri kull metodu biex jissolva t-tilwim ħlief permezz ta’ kawża fil-qrati. Medjazzjoni, konċiljazzjoni u arbitraġġ huma l-forom l-aktar użwali tal-ADR. B'paragun mal-medja ta' tilwim legali, huma jistgħu jgħinu l-partijiet sabiex jaslu għall-kompromess f'perjodu qasir ta' żmien u jrawmu kultura aktar armonjuża li fiha mhemmx rebbieħa jew telliefa. L-ADR tista’ tikkontribwixxi għal ġustizzja effettiva u fl-aħħar mill-aħħar għal ambjent li jiffavorixxi l-investiment u t-tkabbir ekonomiku. L-Istati Membri kollha li taw d-dejta rrappurtaw id-disponibbiltà ta’ mill-inqas tliet metodi ta’ ADR, b’maġġoranza kbira tirraporta erba’ metodi, jiġifieri medjazzjoni ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji, konċiljazzjoni u arbitraġġ. Minkejja d-disponibbiltà ta’ diversi possibbiltajiet biex tilwima tissolva barra mill-awla tal-qorti, il-metodi tal-ADR jibqgħu fil-biċċa l-kbira mhux użati biżżejjed fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, kif iddokumentat fil-Grafika 37. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tipprovdi dejta dwar l-attivitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri biex jippromwovu u jinċentivaw l-użu ta’ dawn il-metodi.  Filwaqt li l-attivitajiet promozzjonali huma kkunsidrati passi volontarji, l-inċentivi huma kkodifikati b’liġi jew digriet tal-gvern u għalhekk huma rekwiżit. Il-Grafika 33 u 34 huma bbażati fuq it-tweġibiet għal kwestjonarju mibgħut lill-persuni ta’ kuntatt tal-Istati Membri. Il-Grafika 35 hija bbażata fuq stħarriġ tal-Ewrobarometru. Din tistabbilixxi t-tweġibiet ta’ kumpaniji li rrappurtat li rċeviet l-ilmenti tal-konsumaturi permezz ta’ diversi kanali f’dawn l-aħħar 12-il xahar.

Grafika 33: Promozzjoni tal-użu tal-ADR mis-settur pubbliku* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[16])

* Indikatur aggregat ibbażat fuq id-dejta li ġejja: 1) websajts li jipprovdu informazzjoni dwar l-ADR, 2) kampanja tar-reklamar fil-midja, 3) fuljetti għall-pubbliku ġenerali, 4) sessjonijiet ta’ informazzjoni speċifiċi fuq l-ADR huma disponibbli fuq domanda, 5) attivitajiet speċifiċi ta’ komunikazzjoni organizzati mill-qrati, 6) pubblikazzjoni ta’ valutazzjonijiet dwar l-użu tal-ADR, 7) pubblikazzjoni ta’ statistika dwar l-użu tal-ADR, 8) oħrajn. Għal kull għodda ta’ promozzjoni spjegata fil-kwestjonarju punt wieħed huwa allokat. Għal ċerti Stati Membri attivitajiet addizzjonali jistgħu jitwettqu (DE).

Grafika 34: Inċentivi għall-użu tal-ADR* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[17])

*Indikatur aggregat ibbażat fuq id-dejta li ġejja: 1) l-għajnuna legali tkopri (parzjalment jew bis-sħiħ) l-ispejjeż sostnuti mal-ADR, 2) rifużjoni sħiħa jew parzjali ta’ miżati tal-qorti, inkluż taxxi tal-bolla, jekk l-ADR tirnexxi, 3) l-ebda avukat għal proċedura tal-ADR mhuwa meħtieġ, 4) l-imħallef jista’ jaġixxi bħala medjatur, 5) l-ADR/il-koordinatur tal-medjazzjoni fil-qrati, 6) oħrajn. Għal kull għodda ta’ inċentiv spjegata fil-kwestjonarju punt wieħed huwa allokat. Ċerti Stati Membri rreferew għal metodu addizzjonali biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ADR (IE).

Grafika 35: L-ilmenti tal-konsumaturi riċevuti minn kumpanniji permezz ta’ diversi kanali* (sors: Stħarriġ tal-Ewrobarometru[18])

*Iċ-ċifra ma tqisx dawk it-tweġibiet fejn il-bejjiegħa bl-imnut ma rċievewx ebda ilmenti mill-konsumatur permezz tal-kanali kollha.

              3.2.5 Il-promozzjoni tat-taħriġ tal-imħallfin tista’ tgħin biex titjieb l-effettività tal-ġustizzja

It-taħriġ tal-imħallfin huwa element importanti għall-kwalità ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji. Informazzjoni li toħroġ mir-rapport annwali tal-2014 dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew[19] dwar il-perċentwali attwali ta’ mħallfin li jipparteċipaw f’taħriġ kontinwu fil-liġi tal-UE, jew fil-liġi ta’ Stat Membru ieħor, ġiet inkluża wkoll.

Grafika 36: Taħriġ obbligatorju għall-imħallfin fl-2013* (sors: studju tas-CEPEJ)

*DE u HU ġew irrapurtati li żiedu u EL li naqqas l-għadd ta’ kategoriji ta’ taħriġ obbligatorju f'paragun mal-2012.

Grafika 37: L-imħallfin li jipparteċipaw f'attivitajiet kontinwi ta' taħriġ fil-Liġi tal-UE jew fil-liġi ta' Stat Membru ieħor (bħala % tan-numru totali ta' mħallfin) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea, Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew, 2014[20])

*Din is-sena, id-dejta ġiet provduta għall-UK (SC). Għall-FR, hija tinkludi l-prosekuturi. Fi ftit każijiet irrappurtati mill-Istati Membri l-proporzjon ta’ parteċipanti għall-membri eżistenti tal-professjoni legali jaqbeż il-100 %, li jfisser li l-parteċipanti ħadu sehem f’aktar minn attività waħda ta’ taħriġ dwar il-liġi tal-UE.

              3.2.6 Riżorsi

It-tabella ta’ hawn taħt turi t-total ġenerali tal-baġit approvat tal-ġudikatura għal kull abitant għall-2010, 2012 u 2013. It-tabella tirrifletti stabbiltà relattiva fil-baġit għal qrati għal kull abitant tul l-aħħar tliet snin, b’żieda żgħira fil-medja.

Grafika 38: Baġit għall-qrati* (f’EUR għal kull abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-Grafika 38 tindika l-baġit annwali approvat allokat għall-funzjonament tal-qrati kollha, ikun xi jkun is-sors u l-livell ta’ dan il-baġit (nazzjonali jew reġjonali). Il-paraguni għandhom ikunu meħuda b’ċerta ħsieb billi ċ-ċifri għal AT, BE, FR, EL u LU jikkorrispondu għall-baġit kollu tas-sistema ġudizzjarja u jinkludi għajnuna legali u s-servizzi tal-prosekuzzjoni, id-dejta għal DE mhijiex kompluta peress li ma tkoprix l-Länder kollha u xi Stati Membri jirċievu finanzjament minn istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej. It-tnaqqis sinifikanti għal ES bejn l-2010 u l-2012 jirrifletti l-fatt li d-dejta mingħand il-Komunitajiet Awtonomi u mill-Kunsill għall-Ġudikatura ma ġewx inklużi fid-dejta tal-2012.

L-Artikolu 47(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-għajnuna legali tkun disponibbli lil dawk li ma jkollhomx riżorsi biżżejjed, sa fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tinkludi informazzjoni dwar l-infiq per capita għall-għajnuna legali fl-Istati Membri fl-2010, 2012 u 2013. It-tabella ta’ hawn taħt turi li jistgħu jinstabu differenzi sinifikanti f’dawn l-ammonti bejn gruppi ta’ pajjiżi (li jirriflettu qasma bejn it-Tramuntana/in-Nofsinhar u l-Lvant). Kien hemm stabbiltà relattiva dwar l-ammonti li ntefqu fuq l-għajnuna legali għal kull abitant tul is-snin koperti fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. It-tabella ma tagħtix informazzjoni dwar kif l-ammonti globali allokati għall-għajnuna legali huma distribwiti fost il-benefiċjarji jew il-każijiet.

Grafika 39: Il-baġit pubbliku annwali allokat għal għajnuna legali għal kull abitant fl-2010, fl-2012 u fl-2013 * (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-Grafika 39 tindika l-ammont ta’ baġit pubbliku annwali allokat għal għajnuna legali fl-2010, 2012 u 2013 għal kull abitant. Il-baġit għal DE mhix kompluta minħabba li ma jkoprix l-Länder kollha. F’ċerti Stati Membri, il-professjonisti legali jistgħu wkoll ikopru parti tal-għajnuna legali, li mhuwiex rifless fil-figuri ta’ hawn fuq.

Grafika 40: Nefqa totali tal-amministrazzjoni pubblika għall-"ġudikatura"* (f' EUR għal kull abitant) (sors: Eurostat)

Dan l-indikatur addizzjonali fuq ir-riżorsi jibni fuq id-dejta tal-Eurostat dwar in-nefqa tal-gvern. Hu jippreżenta l-baġit li attwalment intefaq, li jikkomplimenta l-indikatur eżistenti fuq il-baġit allokat għall-ġudikatura. Il-paragun qed isir bejn l-2011, l-2012 u l-2013.

*Filwaqt li l-Grafika 38 tindika l-baġit annwali approvat allokat għall-funzjonament tal-qrati kollha, ikun xi jkun is-sors u l-livell ta’ dan il-baġit (nazzjonali jew reġjonali), il-Grafika 40 tippreżenta n-nefqa totali (reali) tal-amministrazzjoni pubblika għall-ġudikatura (Dejta tal-Kontijiet Nazzjonali, Klassifikazzjoni tal-Funzjonijiet tal-Gvern, grupp 03.3). Il-Grafika 40 tinkludi wkoll sistemi ta’ probation u għajnuna legali.

Grafika 41: In-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika għall-ġudikatura bħala perċentwali tal-PGD (sors: Eurostat)

It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi umani fis-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri. Rigward in-numru ta’ mħallfin għal kull 100 000 abitant, tista’ tinstab stabbiltà relattiva f’ħafna Stati Membri bejn l-2010 u l-2013, b’żieda żgħira fil-medja. Bl-istess mod, tista' tiġi osservata żieda fil-proporzjon ta’ avukati għal kull 100 000 abitant f’bosta Stati Membri. Dawn il-proporzjonijiet huma differenti ħafna bejn il-pajjiżi.

Grafika 42: Numru ta’ avukati* (għal kull 100 000 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Avukat huwa persuna kkwalifikata u awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tinvoka u taġixxi f’isem il-klijenti tagħha, biex tinvolvi ruħha fil-prattika tal-liġi, biex tidher quddiem il-qrati jew tagħti pariri u tirrappreżenta lill-klijenti tagħha fi kwistjonijiet legali (Rakkomandazzjoni Rec(2000)21 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat).

Grafika 43: Numru ta’ mħallfin* (għal kull 100 000 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-kategorija tikkonsisti minn imħallfin li jaħdmu full-time, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Ma tinkludix reġistraturi (Rechtspfleger)/skrivani tal-qorti li jeżistu f’xi Stati Membri. In-numru totali ta’ imħallfin professjonali għal EL jinkludi kategoriji differenti matul is-snin murija hawn fuq, li parzjalment jispjega l-varjazzjoni tagħhom.

Grafika 44: Varjazzjoni ta’ għadd assolut tal-qrati kollha (postijiet ġeografiċi) bejn l-2010-2013 * (sors: studju tas-CEPEJ)

Il-grafika 1 dwar "Immappjar tar-riformi tal-ġustizzja fl-UE fl-2014" turi li numru importanti ta’ Stati Membri bdew, adottaw jew implimentaw riforma tal-mappa ġudizzjarja u/jew tal-istruttura tal-ġudikatura. Il-grafika hawn taħt tikkumplimenta din l-informazzjoni li tipprovdi dejta dwar il-varjazzjoni tan-numru tal-qrati kollha bħala postijiet ġeografiċi[21] għall-perjodu 2010-2013. Il-varjazzjoni fin-numru tal-qrati bħala entitajiet legali mhijiex rappreżentata f’din iċ-ċifra.

*L-IT implimentat ir-riorganizzazzjoni tad-distribuzzjoni ġeografika tal-qrati f’Settembru 2013. Dan inkluda l-għeluq (permezz ta’ fużjoni ma’ uffiċċji oħra) ta’ 30 Qrati Ġenerali, 30 Uffiċċji tal-Prosekuzzjoni, 220 fergħa ta’ Qrati Ġenerali u 346 Imħallfin tal-paċi. Il-LT naqset l-għadd ta’ qrati distrettwali minn 54 għal 49, f’Jannar 2013. NL organizzat mill-ġdid distribuzzjoni ġeografika tal-qrati fl-2013 (tnaqqis minn 64 għal 40). Din ir-riorganizzazzjoni rriżultat fl-għeluq ta’ qrati subdistrettwali. Għal HR u SI ż-żieda hija spjegata permezz ta' interpretazzjoni differenti mogħtija għal mistoqsija tas-CEPEJ fl-2013 meta mqabbel mal-2010.

3.2.7 Is-sehem ta' mħallfin professjonisti nisa

Id-diversità fost l-impjegati żżid l-għarfien kumplimentari, il-ħiliet u l-esperjenza u tirrifletti r-realtà fil-post. Dan huwa partikolarment minnu għall-ġudikatura. Korp aktar ta’ ġeneru divers tal-imħallfin jista' jikkontribwixxi għal kwalità aħjar ta’ sistema ġudizzjarja.

Iċ-ċifri ta’ hawn taħt dwar l-imħallfin nisa fl-ewwel u fit-tieni istanza u fil-qrati supremi jipprovdu stampa differenti. Id-dejta tikkonferma relazzjoni inversa: aktar ma tkun għolja l-qorti, aktar baxx is-sehem tan-nisa imħallfin. Filwaqt li għal ħafna mill-Istati Membri s-sehem attwali ta’ nisa imħallfin fl-ewwel u fit-tieni istanza hija relattivament għolja u fi ħdan iż-żona ta’ bilanċ bejn is-sessi ta' sehem ta’ 40-60 %[22]; is-sitwazzjoni hija differenti ħafna għal nisa mħallfin fi qrati supremi. Wara li ntqal dan, ix-xejriet matul l-aħħar tliet snin għal qrati tal-ewwel u tat-tieni istanza, u matul dawn l-aħħar seba’ snin għal qrati supremi huma fil-biċċa l-kbira pożittivi. Huma jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri qed jaħdmu lejn il-kisba taż-żona ta’ bilanċ bejn is-sessi.

Grafika 45: Sehem ta’ nisa mħallfin professjonisti fl-ewwel u fit-tieni istanza u qrati supremi (sors: Il-Kummissjoni Ewropea u studju tas-CEPEJ)

Grafika 46: Varjazzjoni f’sehem ta’ mħallfin professjonisti nisa kemm fl-ewwel u fit-tieni istanza mill-2010 sal-2013 kif ukoll fi qrati supremi mill-2007 sal-2014 * (sors: Il-Kummissjoni Ewropea u studju tas-CEPEJ)

* Għall-qrati tal-Prim’Istanza fil-Qorti Suprema ta' SI u UK, id-dejta ma weriet l-ebda varjazzjoni matul il-perjodu ta’ referenza.

Konklużjonijiet dwar il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji · It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja fl-UE tal-2015 turi li hemm ambitu biex tkompli u ttejjeb l-isforzi li jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji. · Komplew l-isforzi biex jittejbu l-għodod tal-ICT għas-sistema ġudizzjarja. Madankollu, l-indikaturi jiżvelaw nuqqasijiet f’għadd ta’ Stati Membri, kemm għal għodod tal-ICT disponibbli għall-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-ġudikatura u għal komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet. L-ipproċessar elettroniku ta’ talbiet żgħar u l-irkupru tad-dejn mhux ikkontestat mhuwiex possibbli f’numru sinifikanti ta’ Stati Membri. Dejta komparattiva aktar dettaljata hija meħtieġa biex jiġu identifikati aħjar l-isfidi fil-modernizzazzjoni tal-għodod tal-ICT għas-sistemi ġudizzjarji u l-aħjar prattiki. Tali ħarsa ġenerali tappoġġja lill-Istati Membri li bdew jew huma fil-proċess ta’ modernizzazzjoni tal-għodod tal-ICT. Il-Kummissjoni tappoġġja tali sforzi, b'kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. · Maġġoranza kbira tal-Istati Membri qed jużaw għodod tal-valutazzjoni sabiex jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-ġudikatura. Rapporti ta’ attività annwali dwar il-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja huma ppubblikati b’mod wiesa’. Madankollu, mhux kull sistema ta’ ġbir ta’ dejta tipprovdi informazzjoni biżżejjed dwar il-funzjonament tas-sistema jew dejta komparabbli madwar l-UE, inklużi dawk mitluba mis-CEPEJ. · Ftit Stati Membri jsegwu approċċ komprensiv għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-ġudikatura. Il-maġġoranza tal-Istati Membri jużaw stħarriġ biex tinġabar informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. Madankollu, kienu ftit Stati Membri biss li għamlu stħarriġ lill-partijiet interessati rilevanti kollha (l-imħallfin, il-persunal tal-qorti, prosekuturi pubbliċi, avukati, il-partijiet u utenti oħra tal-ġudikatura). · L-aċċess għall-ġustizzja tirrikjedi li l-għajnuna legali tkun disponibbli lil dawk li ma jkollhomx riżorsi biżżejjed sa fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja. Iċ-ċifri dwar l-allokazzjoni tal-baġit għal kull abitant jindikaw li tingħata prijorità ogħla għal għajnuna legali fil-pajjiżi tat-Tramuntana. · Hemm lok sinifikanti għat-titjib tal-proċeduri għal talbiet żgħar onlajn. L-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva mwettqa f’dan il-qasam turi lok għal titjib kemm ta’ aspetti tal-ipproċessar u kif ukoll tal-kwalità u l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni. Biex jiġi żviluppat onlajn l-ipproċessar ta’ talbiet żgħar huma meħtieġa aktar passi biex jintegraw elementi ta' faċilitazzjoni ewlenin, bħalma huma l-identità elettronika (jew identifikatur ieħor) u d-dokumenti awtentikati, fi stadji differenti tal-proċedura għal talbiet żgħar. · Fil-maġġoranza tal-Istati Membri aktar minn 20 % ta’ mħallfin ħadu sehem f’taħriġ kontinwu dwar il-liġi tal-UE jew dwar il-liġi ta’ Stati Membri oħra. Dan jaqbeż il-5 % tal-mira annwali ta’ prattikanti legali li jeħtieġ li jkunu mħarrġa biex jintlaħaq, sal-2020, l-objettiv ta’ 50 %. Fl-2013, l-Istati Membri kollha li pprovdew id-dejta dwar taħriġ għall-imħallfin laħqu l-mira annwali. · L-Istati Membri kollha qed jagħmlu sforzi biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għaċ-ċittadini dwar is-sistemi ġudizzjarji tagħhom, inkluż dwar il-qrati individwali, u dwar kif wieħed għandu jipproċedi meta jitressaq il-qorti. Madankollu, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-proċeduri u dwar l-għajnuna legali f’għadd ta’ Stati Membri. Maġġoranza kbira ta’ Stati Membri jorganizzaw taħriġ dwar ħiliet ta’ komunikazzjoni għall-imħallfin. · The majority of Member States enable free online access to civil and commercial judgments for the general public, b'xejriet li jindikaw l-aġġornament frekwenti tad-dejta (tal-inqas darba fix-xahar). L-aċċess huwa pprovdut bla ħlas fi kważi l-Istati Membri kollha. Disponibbiltà onlajn ta’ sentenzi dwar każijiet amministrattivi hija kemmxejn inqas mifruxa. Aċċess onlajn għal deċiżjonijiet mogħtija minn qrati ta’ prim’istanza huwa wkoll inqas komuni għall-kategoriji kollha ta’ każijiet (ċivili, kummerċjali, amministrattivi). L-anonimizzazzjoni ta’ sentenzi tal-qorti ppubblikati onlajn u t-tikkettar ta’ sentenzi bi kliem prinċipali huma prattiċi komuni. Madwar terz tal-Istati Membri kollha qed jużaw jew qed jippjanaw li jużaw Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Każistika Ewropea. Huma ftit ħafna l-Istati Membri li jittraduċu sentenzi tal-ogħla qorti f’lingwa barranija. · Id-dejta dwar l-użu ta’ metodi ta’ ADR turi li fi kważi nofs l-Istati Membri, l-ADR huwa użat aktar spiss minn qrati għal soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi. F’aktar minn terz tal-Istati Membri l-konsumaturi dahru lejn l-ADR aktar ta’ spiss milli lejn l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumatur jew l-awtoritajiet pubbliċi. · Kważi l-Istati Membri kollha li pprovdew dejta rrapportaw attivitajiet promozzjonali għas-settur pubbliku u inċentivi biex jiżdied l-użu ta’ metodi tal-ADR. Kemm għal promozzjoni u kif ukoll għal inċentivi, grupp kbir ta’ Stati Membri rrapportaw l-istess numru ta’ għodda li hemm fis-seħħ fit-tilwim ċivili u kummerċjali, t-tilwim industrijali u t-tilwim tal-konsumaturi. · Matul l-aħħar tliet snin kien hemm bħala medja żieda żgħira fir-riżorsi allokati għall-ġudikatura fl-Ewropa. Ġustizzja effettiva teħtieġ livell xieraq ta’ riżorsi. Huwa f’idejn kull Stat Membru biex jaċċerta ruħu, wara li ssir valutazzjoni globali u dettaljata tas-sitwazzjoni tas-sistema tiegħu, fuq il-livell eżatt ta’ riżorsi li jeħtieġ. Għal dan l-għan, l-użu ta’ għodod li jippermetti lill-Istati Membri li jimmonitorjaw u jevalwaw il-ġudikatura hija essenzjali. L-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti għandhom jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-riżorsi. · Filwaqt li livell xieraq ta’ riżorsi huwa dejjem indispensabbli, varjetà ta’ fatturi huwa element determinanti għat-titjib tal-effettività. Pereżempju, funzjonament aħjar tal-qrati jista' jkun marbuta ma’ miżuri mmirati lejn it-titjib tal-ġestjoni ta’ każijiet, riformi fil-proċedura jew l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni ta’ prestazzjoni tajba fis-sistema. · Aktar ma tkun għolja l-qorti, aktar baxx is-sehem tan-nisa mħallfin. Anke jekk is-sehem ta’ nisa mħallfin professjonisti kemm għall-ewwel u t-tieni istanza u kif ukoll il-qrati supremi juri xejra pożittiva għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, fir-rigward tal-qrati supremi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għad fadlilhom x’jaqdfu biex jintlaħaq il-bilanċ bejn is-sessi ta’ 40-60 %.

3.3 Indipendenza

L-Indipendenza Ġudizzjarja hija wkoll rekwiżit li joħroġ mid-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 47). Din importanti wkoll għal ambjent ta’ investiment attraenti, billi hi tassigura l-ġustizzja, l-prevedibbiltà, ċ-ċertezza, u l-istabbiltà tas-sistema legali li fiha joperaw in-negozji.

Barra mill-informazzjoni dwar il-perċezzjoni fuq l-indipendenza ġudizjarja, li tista' tinfluwenza d-deċiżjonijiet ta' investiment, it-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-2014 ppreżentat l-ewwel ħarsa ġenerali komparattiva dwar kif is-sistemi ġudizzjarji huma organizzati biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tagħhom tista’ tkun f'riskju.

F’kooperazzjoni kontinwa man-netwerks ġudizzjarji Ewropej, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ), il-Kummissjoni espandiet il-ħarsa ġenerali komparattiva dwar l-indipendenza strutturali. Iċ-ċifri ppreżentati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-2015 huma bbażati fuq it-tweġibiet għal kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ u fuq il-Gwida tal-ENCJ.[23]

              3.3.1 Perċezzjoni dwar l-indipendenza ġudizzjarja

Grafika 47: Perċezzjoni dwar l-indipendenza ġudizzjarja* (perċezzjoni - valur ogħla jfisser perċezzjoni aħjar) (sors: Forum Ekonomiku Dinji - WEF[24])

* In-numru fil-parentesi juri l-klassifika l-iktar riċenti fost 144 pajjiż fid-dinja.

              3.3.2 Indipendenza strutturali

Billi diversi Stati Membri qed jippjanaw riformi li jikkonċernaw l-Kunsilli tagħhom għall-Ġudikatura jew qed jirriflettu dwar l-istabbiliment ta’ korpi indipendenti li l-ħidma ewlenija tagħhom tkun il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja, iċ-ċifri jippreżentaw tqabbil ta’ kompożizzjoni (skont il-proċess ta’ nomina) u s-setgħat ewlenin tal-Kunsilli tal-Ġudikatura eżistenti fl-UE (Grafiki 48 u 49). Dawn ir-rapporti komparattivi jistgħu jassistu l-Istati Membri sabiex jadottaw riformi li jiżguraw l-effettività tal-Kunsilli għall-Ġudikatura bħala istituzzjonijiet nazzjonali indipendenti b’responsabbiltà finali għall-appoġġ tal-ġudikatura fl-għoti indipendenti tal-ġustizzja, filwaqt li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi ġudizzjarji.

Id-determinazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura hija kwistjoni sensittiva li tista’ taffettwa l-indipendenza ġudizzjarja. Il-Grafika 51 il-ġdida tippreżenta informazzjoni dwar liema fergħa tal-gvern taddotta kriterji għad-determinazzjoni ta' riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura u xinhuma dawn il-kriterji.

Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza strutturali jenħtieġu salvagwardji legali li jipproteġuha b’sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji tista’ tkun f’riskju. Jintużaw ħames indikaturi biex juru salvagwardji f'tali sitwazzjonijiet: is-salvagwardji rigward it-trasferiment ta' mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom (Grafika 51), it-tkeċċija ta' mħallfin (Grafika 52), l-allokazzjoni ta' kawżi li jkunu deħlin (Grafika 53), l-irtirar jew l-iskwalifika ta' mħallfin (Grafika 54) u t-theddida kontra l-indipendenza ta' mħallef (Grafika 55). Għal sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-imħallfin: l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabiltajiet (“ir-Rakkomandazzjoni”) tippreżenta standards biex jiġi żgurat li l-indipendenza tal-ġudikatura hija rispettata.[25] Iċ-ċifri ġew aġġornati f’każijiet fejn il-qafas legali jew prattika fl-Istati Membri nbidlet mill-pubblikazzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2014. F’ċerti ċifri, ġew ippreżentati salvagwardji addizzjonali, bħall-awtorità li tiddeċiedi dwar l-appell kontra t-tkeċċija ta’ mħallef, u saff kwantitattiv u ġdid ġie miżjud, li turi n-numru ta’ drabi li sitwazzjoni partikolari seħħet fl-2013, pereżempju l-għadd ta' trasferimenti ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom u l-għadd ta’ sensji tal-imħallfin. Iċ-ċifri jippreżentaw l-ewwel ħarsa ġenerali lejn is-salvagwardji legali f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet mingħajr ma jagħmlu valutazzjoni tal-effettività tagħhom.[26]

Grafika 48: Kompożizzjoni tal-Kunsilli għall-Ġudikatura skont il-proċess ta’ nominazzjoni *[27]

Il-grafika tippreżenta l-kompożizzjoni tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, il-membri tal-ENCJ, skont il-proċess ta’ nomina, skont jekk il-membri humiex imħallfin/prosekuturi magħżula mill-pari tagħhom, il-membri nnominati mill-fergħa eżekuttiva jew leġiżlattiva, jew membri nominati minn korpi u awtoritajiet oħra. Mhux inqas minn nofs il-membri tal-Kunsilli għall-Ġudikatura għandhom ikunu mħallfin magħżula mill-pari tagħhom mil-livelli kollha tal-ġudikatura u b’rispett tal-pluraliżmu fi ħdan il-ġudikatura.[28]

*BE: il-membri tal-ġudikatura huma l-imħallfin jew il-prosekuturi; BG: Il-kategorija dwar il-prosekuturi jinkludu maġistrat investigattiv elett wieħed; DK: il-membri kollha huma maħtura formalment mill-Ministru tal-Ġustizzja; Il-kategorija Maħtur/appuntat minn korpi/awtoritajiet oħra tinkludi żewġ rappreżentanti tal-qorti (appuntati mit-trejdjunjin għall-persunal amministrattiv u mit-trejdjunjin għall-pulizija); FR: il-Kunsill għandu żewġ formazzjonijiet — waħda b’ġurisdizzjoni fuq l-imħallfin "in sede" u waħda b’ġurisdizzjoni fuq il-prosekuturi; IT-CSM: Consiglio superiore della Magistratura (li jkopri l-ġudikatura ċivili u penali); IT-CPGA: Consiglio di għall-Presidenza della Giustizia amministrativa (li jkopri l-ġudikatura amministrattiva); IT-CSM: il-kategorija dwar l-imħallfin tinkludi żewġ maġistrati (l-imħallfin u/jew il-prosekuturi) eletti mill-Qorti Suprema; ES: il-membri tal-Kunsill li ġejjin mill-ġudikatura huma maħtura mill-Parlament - il-Kunsill jikkomunika lill-Parlament lista ta’ kandidati li rċevew l-appoġġ ta' assoċjazzjoni tal-imħallfin jew ta’ ħamsa u għoxrin imħallef; NL: il-membri maħtura formalment b’Ordni Amministrattiv fuq proposta tal-Ministru tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja; SI: il-membri eletti mill-Assemblea Nazzjonali dwar il-proposta tal-President tar-Repubblika; RO: il-maġistrati eletti huma validati mis-Senat.

Grafika 49: Is-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura *[29]

Il-grafika tippreżenta ċerti setgħat ewlenin tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, il-membri tal-ENCJ, bħalma huma dawk li jirrigwardaw il-ħatra u t-tkeċċija tal-imħallfin, it-trasferiment ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom, il-proċeduri dixxiplinari fil-konfront tal-mħallfin, l-adozzjoni ta’ standards etiċi u l-promozzjoni tal-imħallfin.

*IT: iż-żewġ kunsilli għall-ġudikatura (CSM: il-ġudikatura ċivili/kriminali, u CPGA: il-ġudikatura amministrattiva).

Grafika 50: Kriterji għad-determinazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura*[30]

Il-figura turi liema fergħa tal-gvern (ġudizzjarja, leġiżlattiva jew eżekuttiva) tiddefinixxi l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura. Hija tippreżenta wkoll, għal kull pajjiż, x’inhuma dawn il-kriterji: l-ammont ibbażat fuq l-ispejjeż storiċi/realizzati, li huwa l-aktar kriterju komuni, jew, inqas frekwentement, l-għadd ta’ kawżi li jkunu deħlin/kawżi solvuti, l-ispejjeż antiċipati jew ħtiġijiet/talbiet mill-ġudikatura.

*DE: għall-baġit tal-Qorti Suprema biss - għall-ewwel u t-tieni istanzi, is-sistemi ġudizzjarji jvarjaw bejn l-istati federali; EE: għall-qrati tal-ewwel u tat-tieni istanzi biss; DK: numru ta’ kawżi li jkunu deħlin u ta' kawżi attwalment solvuti f'qorti tal-ewwel istanza huma kkunsidrati; HU: il-Ieġiżlazzjoni tipprovdi li s-salarji tal-imħallfin huma stabbiliti fl-Att dwar il-baġit ċentrali b’tali mod li l-ammont ma għandux ikun aktar baxx milli kien fis-sena ta’ qabel; NL: in-numru ta’ kawżi solvuti bbażat fuq l-evalwazzjoni tal-ispejjeż għall-qrati huwa kkunsidrat.

Grafika 51: Is-salvagwardji dwar it-trasferiment ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom (il-pożizzjoni fissa tal-imħallfin) [31]

Il-grafika teżamina x-xenarju tat-trasferiment ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom u turi jekk tali trasferiment huwiex permess u, jekk iva, liema awtoritajiet jiddeċiedu dwar kwistjonijiet bħal dawn, ir-raġunijiet (pereż. organizzattivi, dixxiplinarji) li għalihom tali trasferiment huwa permess u jekk appell kontra d-deċiżjoni huwiex possibbli.[32] Għall-ewwel darba, il-grafika turi wkoll in-numru ta’ mħallfin li ġew trasferiti mingħajr il-kunsens tagħhom fl-2013.

* In-numru fuq il-kolonna jindika n-numru ta’ mħallfin trasferiti mingħajr kunsens fl-2013 (in-nuqqas ta' numru jindika li mhemmx dejta disponibbli); PL: wara r-riorganizzazzjoni tal-qorti, madwar ħames mitt imħallfin minn qrati magħluqa ġew ittrasferiti lil qrati oħrajn.

Grafika 52: It-tkeċċija tal-imħallfin tal-ewwel u t-tieni istanza*[33]

Din il-grafika tippreżenta l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jipproponu u jiddeċiedu dwar it-tkeċċija ta’ mħallef tal-ewwel u tat-tieni istanza fl-Istati Membri differenti.[34] Il-parti ta’ fuq tal-kolonna tindika min jieħu d-deċiżjoni finali[35] u l-parti t’isfel turi – fejn relevanti – min jipproponi t-tkeċċija jew min għandu jiġi kkonsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni. Għall-ewwel darba, il-grafika turi wkoll in-numru ta’ mħallfin li ġew imkeċċija fl-2013 u jekk analiżi tat-tkeċċija quddiem qorti, qorti kostituzzjonali jew korp indipendenti ieħor hijiex possibbli.

* In-numru fuq il-kolonna jindika n-numru ta’ mħallfin imkeċċija fl-2013 (in-nuqqas ta' numru jindika li mhemmx dejta disponibbli). Mhemmx informazzjoni dwar reviżjoni disponibbli għal AT u LU.

Grafika 53: L-allokazzjoni tal-kawżi fi ħdan il-qorti[36]

Il-grafika tippreżenta f’liema livell il-kriterji għad-distribuzzjoni tal-kawżi fi ħdan il-qorti huma definiti (pereżempju leġiżlazzjoni, prattika stabbilita sew), kif jiġu allokati l-kawżi (pereż. mill-president tal-qorti, mill-persunal tal-qorti, allokazzjoni każwali, ordni definita minn qabel) u liema awtorità tissorvelja l-allokazzjoni.[37]

Grafika 54: L-irtirar u l-iskwalifika ta’ mħallef[38]

Il-grafika tippreżenta jekk l-imħallfin jistgħux jiġu suġġetti għal sanzjonijiet jekk jonqsu li jirrispettaw l-obbligu tal-irtirar milli jaġġudikaw każ li fih l-imparzjalità tagħhom hija fid-dubju, kompromessa, jew fejn hemm perċezzjoni raġonevoli ta’ preġudizzju. Il-grafika tippreżenta wkoll liema awtorità[39] tiddeċiedi fuq talba għal skwalifika minn parti li tkun immirata biex imħallef jiġi kkontestat.[40]

Grafika 55: Il-proċeduri f’każ ta’ theddida kontra l-indipendenza ta’ mħallef[41]

Il-grafika tippreżenta liema awtoritajiet jistgħu jaġixxu fi proċeduri speċifiċi biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja meta l-imħallfin jikkunsidraw li l-indipendenza tagħhom tkun mhedda.[42] Hi tippreżenta wkoll il-miżuri li jistgħu jadottaw dawn l-awtoritajiet (pereż. li joħorġu dikjarazzjoni formali, iressqu ilmenti jew sanzjonijiet kontra persuni li jippruvaw jinfluwenzaw l-imħallfin b’mod mhux xieraq). Azzjoni meħuda għall-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja tirriżulta minn servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jew qorti (f’każ ta’ sanzjonijiet), jew mill-Kunsill għall-Ġudikatura fil-każ ta’ miżuri oħra.

Konklużjonijiet dwar l-indipendenza ġudizzjarja

Matul dawn l-aħħar tliet snin, f’bosta Stati Membri l-perċezzjoni tal-indipendenza tjiebet jew baqgħet stabbli. Madankollu, f’xi Stati Membri, il-livell diġà baxx tal-perċezzjoni ta’ indipendenza kompla jiddeterjora. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 espandiet l-immappjar ta’ salvagwardji legali li għandhom l-għan li jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti sitwazzjonijiet fejn jista’ tkun f’riskju. Din turi wkoll in-numru tat-trasferimenti ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom u l-għadd ta’ sensji tal-imħallfin fl-2013. Barra minn hekk, din tippreżenta informazzjoni dwar il-kriterji użati fl-Istati Membri biex jiġu stabbiliti riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura. Billi diversi Stati Membri qed jippjanaw riformi dwar il-kunsilli għall-ġudikatura, jew qed jikkunsidraw li jistabbilixxu tali korpi indipendenti, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal- 2015 tipprovdi ħarsa ġenerali komparattiva tal-poteri tal-kunsilli u l-kompożizzjoni. Dan jista’ jassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar tal-effettività tal-kunsilli għas-salvagwardja tal-indipendenza tal-ġudikatura, filwaqt li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi ġudizzjarji. Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi n-netwerks ġudizzjarji sabiex japprofondixxu l-valutazzjoni tagħhom tal-effettività ta’ salvagwardji legali u se tirrifletti dwar kif dawn ir-riżultati jistgħu jiġu ppreżentati f'Tabelli ta’ Valutazzjoni futuri.

              4.       L-INDIRIZZAR TAN-NUQQAS TA' DEJTA

Il-ġbir ta’ dejta dwar l-elementi ewlenin tas-sistemi ġudizzjarji li jkopru l-Istati Membri kollha jibqa’ jikkostitwixxi sfida. Il-grafika ta’ hawn taħt turi lakuni fid-dejta. Hija tippreżenta l-perċentwali ta’ informazzjoni disponibbli għal kull Stat Membru għal kull wieħed mill-komponenti ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni (l-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza).

Grafika 56: Lakuni fid-dejta u d-disponibbiltà tal-informazzjoni (l-effiċjenza, il-kwalità, l-indipendenza/il-perċentwali mill-Istat Membru) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[43])

L-informazzjoni dwar l-indipendenza kienet saret disponibbli minn kważi l-Istati Membri kollha. Fil-qasam tal-kwalità, id-disponibbiltà tal-informazzjoni hija ġeneralment ogħla minn 50 %. Id-diffikultajiet ewlenin jibqgħu fil-qasam tal-effiċjenza. Għalkemm kważi l-Istati Membri kollha ħadu sehem fil-ġbir ta’ dejta mis-CEPEJ għat-tħejjija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015, il-livell ta’ tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi għad trid tittejjeb.

Id-diffikultajiet fil-ġbir tad-dejt huma dovuti għal diversi raġunijiet, b’mod partikolari: in-nuqqas ta’ dejta rilevanti minħabba kapaċità statistika insuffiċjenti; il-fatt li kategoriji nazzjonali għall-ġbir ta’ dejta ma jikkorrispondux ma’ dawk użati mis-CEPEJ, jew, f’xi każijiet, in-nuqqas ta’ rieda li jipparteċipaw fil-ġbir ta’ dejta għat-Tabella ta' Valutazzjoni.

Biex jinstab rimedju għal-lakuni fid-dejta, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jipprovdu d-dejta kollha rilevanti għat-Tabella ta' Valutazzjoni u għandha l-ħsieb li ssaħħaħ l-attivitajiet li ġejjin:

· taħdem mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali meta tkun qed tiġbor id-dejta u, billi ġie espress interess biex jiġu żviluppati indikaturi ġodda fi ħdan il-grupp; li tiżviluppa indikaturi ġodda possibbli;

· li tikkopera ma’ korpi tal-UE f’oqsma speċifiċi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE relatata mat-tkabbir, bħall-kompetizzjoni, id-drittijiet tal-konsumatur, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li tespandi l-kooperazzjoni għal oqsma oħra;

· li tikkopera man-netwerks Ewropej fil-qasam tal-ġustizzja, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-UE, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva Suprema, n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u mal-assoċjazzjonijiet ta’ prattikanti legali, b’mod partikolari l-avukati;

· li ssegwi l-eżerċizzju ta’ ġbir ta’ dejta konġunta bejn Eurostat/UNODC u l-gruppi esperti fil-qasam tal-Affarijiet Interni; kif ukoll

· li tindirizza ċertu nuqqas ta’ kapaċità tal-Istati Membri sabiex jiġbru statistika ġudizzjarja rilevanti fil-qafas tas-Semestru Ewropew;

             

              5.       KONKLUŻJONIJIET

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja tal-2015 tirrifletti l-isforzi li saru mill-Istati Membri biex jagħmlu s-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom aktar effettivi. Dan juri ċertu titjib iżda fl-istess ħin jiżvela li l-ħsad tal-benefiċċju tar-riformi ġudizzjarji jieħu ż-żmien. L-impenn u d-determinazzjoni huma għalhekk indispensabbli għall-kisba ta' ġustizzja aktar effettiva.

Il-Kummissjoni ġġedded l-impenn tagħha li tappoġġa dawn l-isforzi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kollha. Il-ġustizzja effettiva jistħoqqilha tali sforzi konġunti minħabba fir-rwol tagħha għall-infurzar tal-valuri komuni tal-Unjoni u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku.

             

[1]    Ara pereżempju CEPEJ “Lista ta’ kontroll biex tiġi promossa l-kwalità tal-ġustizzja u l-ġudikatura”; Opinjoni Nru 6 tal-Kunsill Konsultattiv tal-Opinjonijiet ta' Mħallfin Ewropej.

[2]    Opinjoni tas-CCJE Nru 6 (2004) § 34 (...) l-evalwazzjoni ta’ “kwalità” tas-sistema ġudizzjarja, jiġifieri tal-prestazzjoni tas-sistema tal-qrati kollha kemm hi jew ta’ kull qorti individwali jew grupp lokali tal-qrati, m’għandhix tiġi konfuża mal-evalwazzjoni tal-abbiltà professjonali ta’ kull imħallef.

[3]    Dejta dwar “elementi oħrajn” jinkludu pereżempju każijiet appellati (EE, LV), seduti ta’ smigħ (SE), jew numru ta’ każijiet solvuti fi żmien limitu speċifiku (DK).

[4] Il-11 ir-rapport ta' Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern elettroniku (SMART 2013/0053-3). Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/eu-egovernment-report-2014-shows-usability-online-public-services-improving-not-fast

[5] Ix-xerrejja anonimi huma mħarrġa u infurmati sabiex josservaw, jesperjenzaw u jkejlu proċess ta' (servizz pubbliku) billi jaġixxu bħala utenti prospettivi. Kull xerrej anonimu għandu jum wieħed biex jivvaluta avveniment tal-ħajja.

[6] Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/eu-egovernment-report-2014-shows-usability-online-public-services-improving-not-fast

[7] Id-dejta nġabret u ġiet ivverifikata mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[8] Il-parametri tal-kwestjonarju taw lok għall-Opinjoni Nru 7 tal-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej dwar “Il-ġustizzja u s-soċjetà”, ir-rapport tan-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura “Il-ġustizzja, is-soċjetà u l-midja” u huwa kumplimentari għad-dejta miġbura mill-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) tal-Kunsill tal-Ewropa.

[9] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[10] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[11] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. Għal kull waħda mill-kategoriji fil-grafika 1 jista' jingħata punt 1.

[12] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[13] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[14] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[15] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[16] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[17] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

[18] L-istħarriġ sar fost in-negozji tal-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu lill-konsumaturi finali fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut u tas-servizzi li jħaddmu 10 persuni jew aktar (għal kull pajjiż) fit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa eskluda kummerċ bl-ingrossa u kummerċ bil-kummissjoni (kodiċi NACE G 51), minbarra ta’ vetturi bil-mutur u muturi, attivitajiet awżiljari għall-intermedjazzjoni finanzjarja (J 67), riċerka u żvilupp (K 73) kif ukoll attivitajiet oħra ta’ negozju (K 74).

[19] Fl-2011 il-Kummissjoni Ewropea kellha bħala mira li nofs il-prattikanti legali kollha fl-UE kien imisshom jattendu taħriġ fil-liġi Ewropea jew fil-liġi ta' Stat Membru ieħor sal-2020  u tappoġġja dan it-taħriġ b'fondi tal-UE għal 20 000 prattikanti għal kull sena sal-2020. Ir-Rapport għall-2014 dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew jiddeskrivi l-progress lejn il-mira stabbilita u jikkontjeni wkoll informazzjoni dwar taħriġ iffinanzjat mill-UE.

[20] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/criminal/files/final_report_2014_en.pdf

[21] Is-CEPEJ tiddefinixxi l-qrati kollha bħala postijiet ġeografiċi; dawn huma postijiet jew bini tal-qrati fejn isiru s-seduti ġudizzjarja. Jekk ikun hemm diversi bini tal-qrati fl-istess belt, dawn għandhom jiġu kkunsidrati. Iċ-ċifri jinkludu l-postijiet tal-qrati tal-ewwel istanza ta' ġurisdizzjoni ġenerali u qrati speċjalizzati tal-ewwel istanza, kif ukoll il-postijiet għal Qrati Għolja u/jew Qrati Supremi.

[22] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Progress fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2013 li Jakkumpanja d-dokument Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u r-Rapport għall-2013 tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (COM(2014) 224 finali).

[23] Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux (CZ, DE, EE, EL, CY, LU, AT and FI), it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

   Ara l-Gwida għan-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, Ġunju 2014, disponibbli fuq: http://www.encj.eu/index.php?option=com_content&view=article&id=9&Itemid=11

[24]             L-indikatur tad-WEF huwa bbażat fuq it-tweġibiet tal-istħarriġ għall-mistoqsija: “Sa liema punt il-ġudikatura f’pajjiżek hija indipendenti mill-influwenzi tal-membri tal-gvern, iċ-ċittadini, jew id-ditti?” L-istħarriġ twieġeb minn kampjun rappreżentattiv ta’ ditti fil-pajjiżi kollha li jirrappreżentaw is-setturi ewlenin tal-ekonomija (l-agrikoltura, l-industrija tal-manifattura, l-industrija mhux tal-manifattura, u s-servizzi). It-twettiq tal-istħarriġ sar f'formati differenti, inklużi intervisti wiċċ imb wiċċ mal-eżekuttivi fin-negozju, intervisti bit-telefon u l-posta, bi stħarriġ onlajn bħala alternattiva. Disponibbli fuq: http://www.weforum.org/reports/global-competitiveness-report-2013-2014

[25] Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lil Stati Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet.

[26] Din il-ħarsa ġenerali tinkludi biss informazzjoni bażika dwar kif is-sistemi ġudizzjarji huma organizzati u ma għandhiex l-intenzjoni li tirrifletti l-kumplessità u d-dettalji ta’ dawn is-sistemi. L-objettiv ta’ din it-taqsima huwa li jipprovdi mmappjar ta’ salvagwardji għall-indipendenza ġudizzjarja u għalhekk il-grafiki jippreżentaw lill-Istati Membri skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa oriġinali.

[27] Ibbażat fuq il-Gwida ENCJ (disponibbli fuq:

http://www.encj.eu/index.php?option=com_content&view=article&id=9&Itemid=11)

[28] Il-Kunsilli għall-Ġudikatura huma korpi indipendenti, stabbiliti skont il-liġi jew skont il-kostituzzjoni, li jfittxu li jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-imħallfin individwali u b’hekk jippromwovu l-funzjonament effiċjenti tas-sistema ġudizzjarja. Ara r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet, paragrafi 26-27.

[29]Ibbażata fuq il-Gwida ENCJ (disponibbli fuq:

http://www.encj.eu/index.php?option=com_content&view=article&id=9&Itemid=11)

[30] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

[31] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

[32] § 52 tar-Rakkomandazzjoni tikkontjeni garanziji dwar il-pożizzjoni fissa tal-imħallfin, b’mod partikolari li mħallef ma għandux jiġi trasferit għall-kariga ġudizzjarju oħra mingħajr il-kunsens tiegħu stess, ħlief f’każijiet ta’ sanzjonijiet dixxiplinarji jew ir-riforma tal-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja.

[33] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

[34] § 46 u 47 tar-Rakkomandazzjoni jirrikjedu li s-sistemi nazzjonali jipprovdu għal salvagwardji rigward it-tkeċċija ta’ mħallfin.

[35] Jista’ jkun wieħed jew żewġ korpi differenti skont ir-raġuni għat-tkeċċija jew it-tip ta’ mħallef (pereż. president, eċċ.).

[36] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

[37]             § 24 tar-Rakkomandazzjoni tirrikjedi li s-sistemi għad-distribuzzjoni ta’ kawżi f’qorti jsegwu il-kriterji oġġettivi stabbiliti minn qabel sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt ta' mħallef indipendenti u imparzjali.

[38] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

[39] Xi drabi aktar minn awtorità waħda tista’ tieħu din id-deċiżjoni, skont il-livell tal-qorti fejn jirrisjedi l-imħallef skwalifikat.

[40] § 59, 60 u 61 tar-Rakkomandazzjoni jipprovdu li l-imħallfin għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u imparzjali fil-kawżi kollha u għandhom jirtiraw minn kawża jew jirrifjutaw li jaġixxu fejn hemm raġunijiet validi definiti mil-liġi, u mhux mod ieħor.

[41] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

[42]             § 8, 13 u 14 tar-Rakkomandazzjoni jipprovdu li fejn l-imħallfin jikkunsidraw li l-indipendenza tagħhom hija mhedda, għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għal mezzi effettivi ta’ rimedju.

[43] Il-perċentwali ta’ informazzjoni disponibbli tieħu kont ta': għall-effiċjenza, l-indikaturi ta’ effiċjenza li jirriżultaw mill-istudju tas-CEPEJ u fuq l-oqsma tal-kompetizzjoni, l-konsumaturi u t-trade mark Komunitarja; għall-kwalità, l-indikaturi li jirriżultaw mill-istudju tas-CEPEJ u d-dejta miġbura permezz tal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar il-ġustizzja nazzjonali; għall-indipendenza, l-indikaturi li jirriżultaw mill-kwestjonarju tal-Kummissjoni.

Top