Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TJ0058

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2024.
Supermac's (Holdings) Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIG MAC – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ prova tal-użu ġenwin tat-trade mark fir-rigward ta’ ċerti prodotti u servizzi – Nuqqas ta’ provi konkreti u oġġettivi – Assenza ta’ sottokategorija awtonoma – Interpretazzjoni tal-lista ta’ servizzi.
Kawża T-58/23.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2024:360

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal‑5 ta’ Ġunju 2024 –
Supermac’s vs EUIPO – McDonald’s International Property (BIG MAC)

(Kawża T‑58/23) ( 1 )

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BIG MAC – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ prova tal-użu ġenwin tat-trade mark fir-rigward ta’ ċerti prodotti u servizzi – Nuqqas ta’ provi konkreti u oġġettivi – Assenza ta’ sottokategorija awtonoma – Interpretazzjoni tal-lista ta’ servizzi”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(1)(a); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3))

(ara l-punti 23 sa 25)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea – Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati mit-trade mark – Użu tal-indikazzjonijiet ġenerali tal-Intestaturi tal-Klassijiet tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice – Portata

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 2(1))

(ara l-punti 30, 31, 87 u 88)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Trade mark verbali BIG MAC

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1) Artikolu 51(1)(a))

(ara l-punti 47, 55, 71, 93, 105, 107 u 112)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Bord tal-Appell – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punt 58)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu parzjali – Effett – Kunċett ta’ parti mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1) u 51(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 22(3))

(ara l-punti 64 sa 66)

6. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 188; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72)

(ara l-punt 81)

7. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(3))

(ara l-punt 109)

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal‑14 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 543/2019-4) hija parzjalment annullata u rriformata fis-sens li r-rikors ippreżentat minn McDonald’s International Property Co. Ltd quddiem l-imsemmi Bord tal-Appell tal-EUIPO kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal‑11 ta’ Jannar 2019 huwa miċħud sa fejn jikkonċerna l-prodotti “sandwiches bit-tiġieġ”, li jaqgħu fil-Klassijiet 29 u 30, il-prodotti “prodotti tat-tajr”, li jaqgħu fil-Klassi 29, u s-“servizzi pprovduti minn, jew assoċjati ma’, ristoranti li huma miftuħa għan-negozju u stabbilimenti jew faċilitajiet oħra li jfornu ikel u xorb ippreparat għall-konsum u għall-faċilitajiet ta’ drive‑through; preparazzjoni ta’ ikel li ma jittikilx fil-post”, li jaqgħu fil-Klassi 42, li fir-rigward tagħhom it-trade mark ikkontestata kienet ġiet irrevokata.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


( 1 ) ĠU C 112, 27.3.2023.

Top