Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62022TJ0235

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Mejju 2024.
Russian Direct Investment Fund vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-rikorrent – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Rikors għal annullament – Locus standi – Ammissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Libertà ta’ intrapriża – Proporzjonalità.
Kawża T-235/22.

Európai esetjogi azonosító: ECLI:EU:T:2024:311

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal‑15 ta’ Mejju 2024 –
Russian Direct Investment Fund vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑235/22) ( 1 )

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-rikorrent – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Rikors għal annullament – Locus standi – Ammissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Libertà ta’ intrapriża – Proporzjonalità”

1. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Dispożizzjoni ta’ portata ġenerali li tikkonċerna miżura restrittiva individwali – Inklużjoni

(Artikolu 29 TUE; Artikolu 256(1), ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/346)

(ara l-punti 22 sa 27)

2. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Atti li jipprojbixxu lill-operaturi kollha tal-Unjoni milli jinvestu, jipparteċipaw jew jikkpontribwixxu b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Rikors ippreżentat mir-Russian Direct Investment Fund – Ammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/346; Regolament tal-Kunsill 2022/345)

(ara l-punti 31 sa 33)

3. 

Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ ristrett għar-regoli ġenerali – Kriterji għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Evalwazzjoni politika u ekonomika tal-Kunsill riflessa fl-evalwazzjoni individwali fir-rigward tar-Russian Direct Investment Fund

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/346; Regolamenti tal-Kunsill Nri 833/2014 u 2022/345)

(ara l-punti 43, 44, 47sa 49, u 55)

4. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Evalwazzjoni tal-fatti u verifika tal-provi fir-rigward tar-Russian Direct Investment Fund – Assenza – Entità li tikkostitwixxi mezz ta’ investiment strateġiku fil-Federazzjoni Russa li jattira finanzjamenti minn investituri internazzjonali – Inklużjoni ta’ ismu fil-korp tal-atti kkontestati – Ammissibbiltà

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/346; Regolamenti tal-Kunsill Nri 833/2014 u 2022/345)

(ara l-punti 45, 51, 52, u 56 sa 59)

5. 

Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati – Limitu – Miżura bbażata fuq evalwazzjoni ġenerali

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/346; Regolamenti tal-Kunsill Nri 833/2014 u 2022/345)

(ara l-punti 46, 50 u 51)

6. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Natura xierqa tal-miżuri restrittivi – Miżuri restrittivi li għandhom għan leġittimu tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni

(Artikolu 21(2)(b) TUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/346; Regolamenti tal-Kunsill Nri 833/2014 u 2022/345)

(ara l-punti 53 u 54)

7. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Nuqqas ta’ adozzjoni mill-Kunsill ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi fil-konfront ta’ entitajiet oħra f’sitwazzjoni paragunabbli – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/346; Regolamenti tal-Kunsill Nri 833/2014 u 2022/345)

(ara l-punti 60 u 61)

8. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi inkriminanti – Portata – Illegalità tal-att li tiddependi mill-prova ta’ eventwali effett proċedurali tal-ksur – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li tinvoka l-ksur

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/346; Regolamenti tal-Kunsill Nri 833/2014 u 2022/345)

(ara l-punti 67 sa 69, u 72 sa 77)

9. 

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ investiment, ta’ parteċipazzjoni jew ta’ kontribut b’mod ieħor fi proġetti kofinanzjati mir-Russian Direct Investment Fund – Restrizzjoni tal-libertà ta’ intrapriża – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17(1) u 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/346; Regolamenti tal-Kunsill Nri 833/2014 u 2022/345)

(ara l-punti 86 sa 97)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Russian Direct Investment Fund huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


( 1 ) ĠU C 237, 20.6.2022.

Az oldal tetejére