Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TJ0747

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2022.
Borussia VfL 1900 Mönchengladbach GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Fohlenelf – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a), Artikolu 94(1), u Artikolu 97(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001.
Kawża T-747/21.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2022:773

 Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (It‑Tieni Awla) tas‑7 ta’ Diċembru 2022 –
Borussia VfL 1900 Mönchengladbach vs EUIPO – Neng (Fohlenelf)

(Kawża T‑747/21) ( 1 )

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Fohlenelf – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a), Artikolu 94(1), u Artikolu 97(1)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża – Persuni kkonċernati minn deċiżjoni li ma tilqax it-talbiet tagħhom – Deċiżjoni li tirrikonoxxi l-użu ġenwin tat-trade mark ikkontestata għal parti minn prodotti – Talba għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni għal dawn il-prodotti – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2017/1001, Artikolu 72(4))

(ara l-punti 13 sa 15)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikoli 58(1)(a) u 97(1)(f); Regolament tal-Kummissjoni 2018/625, Artikoli 10(3) u (4), u 19(1))

(ara l-punti 30 sa 34, 41)

3. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Trade mark verbali Fohlenelf

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 58(1)(a))

(ara l-punti 39, 40, 45, 51, 53, 55, 58, 62, 63)

4. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Użu tat-trade mark taħt forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tat-trade mark – Għan u kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament 2017/1001

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 58(1)(a))

(ara l-punti 79, 80)

5. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu parzjali – Effett – Kunċett ta’ parti mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 18(1)(a) u 58(1)(a) u (2))

(ara l-punti 36, 98, 99)

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat‑28 ta’ Settembru 2021 (Każ R 2126/2020‑4) hija annullata sa fejn il-prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Fohlenelf ġiet miċħuda fir-rigward ta’ “sapun », taħt il-klassi 3, ta’ “folji adeżivi tal-karti jew tal-plastik, tikketti adeżivi”, taħt il-klassi 16, ta’ “oġġetti tal-porċellana u tal-fuħħar”, taħt il-klassi 21, kif ukoll fir-rigward ta’ “fliexken tax-xorb għall-isports fliexken tax-xorb għall-isports”, sa fejn din hija subkategorija ta’ prodotti fi ħdan “kontenituri għal użu domestiku jew għal użu fil-kċina”, ukoll taħt il-klassi 21, ta’ “xugamani tal-banju kbar”, taħt il-klassi 24, u ta’ “logħob, ġugarelli”, taħt il-klassi 28.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


( 1 ) ĠU C 37, 24.1.2022.

Top