Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TJ0775

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2022.
PB vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-Haut conseil judiciaire u lill-awtoritajiet Ukreni – Irregolaritajiet fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratti – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Nota ta’ debitu – Amministratur tal-kumpannija – Bażi legali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Kawża T-775/20.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2022:542

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Settembru 2022 –
PB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑775/20) ( 1 )

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-Haut conseil judiciaire u lill-awtoritajiet Ukreni – Irregolaritajiet fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratti – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Nota ta’ debitu – Amministratur tal-kumpannija – Bażi legali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1. 

Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Sanzjonijiet amministrattivi – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Impossibbiltà li jiġu imposti tali sanzjonijiet abbażi tal-Artikoli 5 u 7 biss tal-imsemmi regolament

(Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 5 u 7)

(ara l-punti 53 sa 58, 65 sa 71)

2. 

Rikors għal annullament – Ammissibbiltà – Ċaħda ta’ rikors fuq il-mertu mingħajr ma tingħata deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà – Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 79)

3. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(Artikolu 340(2) TFUE)

(ara l-punti 82, 83)

4. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert ikkawżat minn att illegali – Danni materjali u morali – Oneru tal-prova

(Artikolu 340(2) TFUE)

(ara l-punti 84, 85)

Dispożittiv

1) 

Id-deċiżjoni C(2020) 7151 finali tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Ottubru 2020, dwar l-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva kontra l-amministratur tal-kumpannija [Kunfidenzjali], intiża biex jittieħdu lura mingħandu l-ammonti mħallsa indebitament abbażi tal-kuntratti TACIS/2006/101-510 u CARDS/2008/166-429, hija annullata.

2) 

Ir-rikors huwa miċħud.

3) 

PB, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


( 1 ) ĠU C 72, 1.3.2021.

Top