This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TJ0670
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021.
Fernando Carbajo Ferrero vs Il-Parlament Ewropew.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura ta’ ħatra għal pożizzjoni ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent u ħatra ta’ kandidat ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-atti li jistabbilixxu r-regoli proċedurali interni – Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ineżattezza tal-informazzjoni kkomunikata lill-Awtorità tal-Ħatra – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà – Dannu materjali u morali.
Kawża T-670/19.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021.
Fernando Carbajo Ferrero vs Il-Parlament Ewropew.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura ta’ ħatra għal pożizzjoni ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent u ħatra ta’ kandidat ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-atti li jistabbilixxu r-regoli proċedurali interni – Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ineżattezza tal-informazzjoni kkomunikata lill-Awtorità tal-Ħatra – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà – Dannu materjali u morali.
Kawża T-670/19.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:435
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021 – Carbajo Ferrero vs Il‑Parlament
(Kawża T‑670/19)
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura ta’ ħatra għal pożizzjoni ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent u ħatra ta’ kandidat ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-atti li jistabbilixxu r-regoli proċedurali interni – Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ineżattezza tal-informazzjoni kkomunikata lill-Awtorità tal-Ħatra – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà – Dannu materjali u morali”
|
1. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Portata – Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita – Deċiżjoni li tiffissa l-istadji ta’ proċedura tal-għażla – Kontestazzjoni fl-okkażjoni ta’ rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent – Ammissibbiltà (Artikolu 277 TFUE) (ara l-punti 52-58) |
|
2. |
Uffiċjali – Reklutaġġ – Proċedura tal-appell ta’ impjieg ta’ direttur – Deċiżjoni li tiffissa l-istadji tal-proċedura – Eżami komparattiv tal-merti – Nuqqas tal-indikazzjoni tal-kriterji ta’ analiżi komparattiva tal-merti jew tal-modalitajiet ta’ stabbiliment tal-lista tal-kandidati rrakomandati għal intervista – Ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ċertezza legali – Assenza (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 27(1) u l-Artikolu 29(2)) (ara l-punti 66, 67, 69-73) |
|
3. |
Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Ċaħda ta’ kandidatura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Osservanza tas-sigriet tax-xogħlijiet tal-Kumitat tal-għażla – Limiti – Komunikazzjoni tal-kriterji ta’ evalwazzjoni bħala bażi tal-għażla – Ammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25) (ara l-punti 94, 101) |
|
4. |
Uffiċjali – Reklutaġġ – Proċedura tal-appell ta’ impjieg ta’ direttur – Eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati – Obbligu li jiġu ffissati minn quddiem kriterji ta’ analiżi komparattiva – Portata – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-istess kriterji matul fażijiet differenti tal-proċedura – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 29(2) u l-Artikolu 45(1)) (ara l-punti 111, 112, 116-119, 124) |
|
5. |
Uffiċjali – Reklutaġġ – Proċedura tal-appell ta’ impjieg ta’ direttur – Eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati – Obbligu li jiġu trażmessi l-kriterji ta’ analiżi komparattiva lill-Awtorità tal-Ħatra – Portata (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 29(2) u l-Artikolu 45(1)) (ara l-punti 113, 121–124) |
|
6. |
Uffiċjali – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Suġġett – Eżami komparattiv tal-merti tal-kandidati – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Limiti – Osservanza tal-kundizzjonijiet imposti mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Trażmissjoni lill-Awtorità tal-Ħatra ta’ informazzjoni ineżatta fuq l-esperjenza professjonali ta’ kandidat – Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 29(2)) (ara l-punti 133-137, 142-145) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent u l-ħatra ta’ kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-midja tad-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent u l-ħatra ta’ kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-midja tad-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni hija annullata. |
|
2) |
Il‑Parlament huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent, abbażi tal-kumpens għad-dannu materjali, somma ta’ EUR 40000. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż. |