This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TJ0575
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017.
David Martinez De Prins et vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Aġenti – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja – Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-Gana minn 25 għal 20 % – Eċċezzjoni ta’ illegalità.
Kawża T-575/16.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2017.
David Martinez De Prins et vs Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Aġenti – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja – Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-Gana minn 25 għal 20 % – Eċċezzjoni ta’ illegalità.
Kawża T-575/16.
Kawża T-575/16
David Martinez De Prins et
vs
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Aġenti – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja – Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja fil-Gana minn 25 għal 20 % – Eċċezzjoni ta’ illegalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal‑14 ta’ Diċembru 2017
Eċċezzjoni ta’ illegalità – Portata – Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita – Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata – Neċessità ta’ rabta ġuridika bejn l-att ikkontestat u l-att ġenerali kkontestat
(Artikolu 277 TFUE)
Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Rendikont ta’ remunerazzjoni jew ta’ pensjoni li jirrifletti deċiżjoni li jkollha suġġett purament pekunjarju – Inklużjoni – Rendikont ta’ remunerazzjoni jew ta’ pensjoni purament konfermattiv tad-deċiżjonijiet amministrattivi preċedenti – Esklużjoni
(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90(2) u 91(1))
Uffiċjali – Remunerazzjoni – Sistema ta’ remunerazzjoni applikabbli għall-uffiċjali assenjati f’pajjiż terz – Allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja – Kundizzjonijiet għall-għoti – Obbligu għall-istituzzjonijiet li josservaw il-proċedura għall-iffissar tal-allowance għall-kundizzjonijiet ta’ ħajja – Ksur – Konsegwenzi
(Regolamenti tal-Persinal, Anness X, Artikolu 10)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 26)
L-eżistenza ta’ att li jikkawża preġudizzju, fis-sens tal-Artikolu 90(2) u tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, hija kundizzjoni għall-ammissibbiltà ta’ kull rikors ippreżentat mill-uffiċjali kontra l-istituzzjoni li jaqgħu taħtha. Il-miżuri li joħolqu effetti legali obbligatorji ta’ natura li taffettwa direttament u immedjatament l-interessi tar-rikorrent, billi tibdel b’mod serju s-sitwazzjoni legali tiegħu, jikkostitwixxu atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament ippreċedut minn ilment.
Fir-rigward tar-rendikonti tar-remunerazzjoni, dawn jistgħu jikkostitwixxu atti li jikkawżaw preġudizzju u jistgħu jkunu suġġetti għal ilmenti u eventwalment għal rikors. Dan iseħħ ukoll meta deċiżjoni li jkollha suġġett purament pekunjarju tkun tista’, minħabba n-natura tagħha, tkun riflessa minn tali rendikont tar-remunerazzjoni jew tal-pensjoni. F’dan il-każ, il-komunikazzjoni tar-rendikont mensili tar-remunerazzjoni jew tal-pensjoni għandha l-effett li tibda d-dekorriment tat-termini għall-preżentata ta’ lment jew ta’ rikors kontra deċiżjoni amministrattiva meta l-imsemmi rendikont ikun juri b’mod ċar u għall-ewwel darba, l-eżistenza u l-portata ta’ din id-deċiżjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta d-drittijiet affettwati, wara, pereżempju, emenda ta’ att ta’ portata ġenerali, ikunu essezjalment jew purament ta’ natura pekunjarja. Fil-fatt, f’tali każ, it-tneħħija ta’ pagament jew it-tnaqqis tal-ammont tiegħu, li jirriżultaw mir-rendikont tar-remunerazzjoni jew tal-pensjoni b’segwitu għal din l-emenda, jistgħu jirriżultaw biss mid-deċiżjoni tad-dipartiment kompetenti li japplika l-att ta’ portata ġenerali inkwistjoni lill-uffiċjal jew lill-uffiċjal irtirat ikkonċernat.
Madankollu, rendikont tar-remunerazzjoni jew tal-pensjoni, minħabba n-natura tiegħu u s-suġġett tiegħu, ma għandux il-karatteristiċi ta’ att li jikkawża preġudizzju meta dan sempliċement jittraduċi f’termini pekunjarji l-portata ta’ deċiżjonijiet ġuridiċi preċedenti, relatati mas-sitwazzjoni amministrattiva tal-uffiċjal jew tal-uffiċjal irtirat, jew, fi kliem ieħor, meta jkun jidher b’mod purament konfermattiv biss minn dawn id-deċiżjonijiet amministrattivi preċedenti. B’mod partikolari, għalkemm ir-rendikont tar-remunerazzjoni li juri, b’mod ċar u għall-ewwel darba, deċiżjoni purament pekunjarja jikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, ir-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti jikkostitwixxu atti purament konfermattivi tal-imsemmija deċiżjoni u ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament.
(ara l-punti 30-35)
Sabiex difett proċedurali jkun jista’ jwassal għall-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni sa fejn dawn japplikaw rata l-ġdida ta’ Allowance għall-Kundizzjonijiet tal-Ħajja (AKĦ), imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, hekk kif deċiża mid-deċiżjoni kkontestata, għad irid jiġi stabbilit li, fin-nuqqas ta’ din l-irregolarità, l-imsemmija deċiżjoni seta’ jkollha kontenut differenti u li, għaldaqstant, dawn ir-rendikonti tar-remunerazzjoni stess setgħu japplikaw rata ta’ AKĦ differenti. Tali irregolarità proċedurali għalhekk tista’ tiġi ssanzjonata mill-annullament tad-deċiżjoni kkontestata biss jekk jiġi stabbilit li din l-irregolarità seta’ jkollha influwenza fuq il-kontenut tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 56, 57)