Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TO0626(01)

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2017.
Mylène Troszczynski vs Il-Parlament Ewropew.
Rikors għal annullament – Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Ilment – Ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.
Kawża T-626/16.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Marzu 2017 –
Troszczynski vs Il-Parlament

(Kawża T‑626/16)

“Rikors għal annullament – Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Allowance ta’ assistenza parlamentari – Irkupru tas-somom imħallsa indebitament – Ilment – Ċaħda tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà”

1. 

Proċedura ġudizzjarja–Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura–Talba ta’ rtirar mill-proċess ta’ dokumenti interni ta’ istituzzjoni–Regola ġenerali–Ammissibbiltà–Eċċezzjonijiet–Dokumenti deċiżivi sabiex jiġi żgurat l-istħarriġ ġudizzjarju

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 89)

(ara l-punti 27, 28)

2. 

Proċedura ġudizzjarja–Produzzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali tal-opinjonijiet tas-servizzi legali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni–Kundizzjonijiet

(ara l-punt 29)

3. 

Il-Parlament Ewropew–Leġiżlazzjoni dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri–Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament–Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament–Ilment–Tressiq simultanju quddiem il-qorti tal-Unjoni ta’ rikors għal annullament–Ammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, Artikoli 68 u 72)

(ara l-punti 35, 37-48)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, tat‑23 ta’ Ġunju 2016, dwar l-irkupru, mingħand ir-rikorrenti, tas-somma ta’ EUR 56554 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relattiva.

Dispożittiv

1) 

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2) 

Ir-rikors huwa inammissibbli sa fejn huwa jirrigwarda t-talba intiża sabiex il-Parlament Ewropew jiġi kkundannat iħallas lil Mylène Troszczynski s-somma ta’ EUR 50000 bħala spejjeż li jistgħu jinġabru.

3) 

It-talba, imressqa minn M. Troszczynski fl-osservazzjonijiet dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, intiża sabiex il-Parlament jiġi kkundannat iħallasha s-somma ta’ EUR 5000 bħala spejjeż li jistgħu jinġabru tal-proċedura dwar l-imsemmija eċċezzjoni, hija inammissibbli.

4) 

Id-dokumenti annessi mal-osservazzjonijiet ta’ M. Troszczynski dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà huma rtirati mill-proċess.

5) 

L-ispejjeż huma rriżervati.

Top