Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TJ0406

Gossio vs Il-Kunsill

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015 — Gossio vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑406/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Użu ħażin ta’ poter — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali”

1. 

Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li jissostitwixxu l-att ikkontestat fil-mori tal-kawża — Element ġdid — Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 31)

2. 

Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Att purament konfermattiv ta’ att eżistenti — Esklużjoni — Kundizzjonijiet — Att li ma jinkludi ebda element ġdid fir-rigward tal-att eżistenti — Kundizzjoni mhux issodisfatta (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 35, 37)

3. 

Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett (ara l-punt 46)

4. 

Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Stħarriġ limitat għar-regoli ġenerali — Stħarriġ estiż għall-evalwazzjoni tal-fatti u għall-verifika tal-provi għall-atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi (Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005, Artikolu 11a(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, Artikolu 7(1) u (2)) (ara l-punti 55-57)

5. 

Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire u deċiżjoni li ġġedded dawn il-miżuri — Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/656/PESK u 2012/144/PESK) (ara l-punt 70)

6. 

Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni tal-innoċenza — Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Kompatibbiltà ma’ dan il-prinċipju — Kundizzjonijiet (Artikolu 6(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK) (ara l-punti 93, 94)

7. 

Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u għal-libertà ta’ intrapriża — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17 u 52(1); Regolament tal-Kunsill Nru 560/2005; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK) (ara l-punti 100-113)

8. 

Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Restrizzjoni tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, tad-dritt għad-dinjità tal-bniedem u tad-dritt għal projbizzjoni ta’ trattamenti inumani u degradanti — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 1, 4, 7 u 52(1)) (ara l-punti 116-120)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005, tat-12 ta’ April 2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (ĠU L 159M, p. 347), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2010, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 285, p. 28), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK, tat-8 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656 (ĠU L 71, p. 50), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2013 li jinżammu l-miżuri restrittivi li kien suġġett għalihom ir-rikorrent.

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 479/2014, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Marcel Gossio.

2) 

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) 

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Top