Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TJ0111

Spanja vs Il-Kummissjoni

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It‑Tielet Awla) tal-20 ta’ Jannar 2015 — Spanja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑111/12)

“Fond ta’ Koeżjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni”

1. 

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Sospensjoni jew tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja minħabba f’irregolaritajiet — Terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Bidu tad-dekorrenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1303/2013, Artikolu 145(6); Regolamenti tal-Kunsill Nru 1164/94, Anness II, Artikolu H(2), kif emendat bir-Regolamenti Nru 1264/1999 u Nru 1265/1999, u Nru 1083/2006, Artikolu 100(5); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1386/2002, Artikolu 18(3)) (ara l-punti 22-27)

2. 

Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom sostanzjali — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu mogħti mil-leġiżlatur tal-Unjoni — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100, (5)) (ara l-punti 28, 33-35)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9990, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura — 2001” (CCIo2001.ES.16.C.PE.043), “Provvista ta’ ilma u netwerk ta’ tisfija fil-baċir idrografiku ta’ Duero — 2001” (CCI 2000.ES.16.C.PE.070), “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia — 2001 — Grupp II” (CCI 2001.ES.16.C.PE.026) u “Sistema ta’ tisfija u ta’ trattament ta’ ilma mormi tal-Bierzo Bajo” (CCI 2000.ES.16.C.PE.036).

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9990, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura — 2001” (CCIo2001.ES.16.C.PE.043), “Provvista ta’ ilma u netwerk ta’ tisfija fil-baċir idrografiku ta’ Duero — 2001” (CCI 2000.ES.16.C.PE.070), “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia — 2001 — Grupp II” (CCI 2001.ES.16.C.PE.026) u “Sistema ta’ tisfija u ta’ trattament ta’ ilma mormi tal-Bierzo Bajo” (CCI 2000.ES.16.C.PE.036), hija annullata.

2) 

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top