Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 62002TJ0210(01)
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża T-210/02 RENV
British Aggregates Association
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Għajnuna mill-Istat — Taxxa ambjentali fuq il-granulat fir-Renju Unit — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet — Vantaġġ — Natura selettiva”
Sommarju tas-sentenza
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Deroga mis-sistema fiskali ġenerali – Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-natura u l-istruttura tas-sistema – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Artikolu 87(1) KE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Piż fiskali eċċezzjonali limitat għal settur ekonomiku magħluq – Assenza ta’ effett sabiex din il-miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat
(Artikolu 87 KE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Ekotaxxa fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-granulat – Differenzi fil-kundizzjonijiet tal-issuġġettar mhux iġġustifikati mill-għanijiet ambjentali segwiti – Inklużjoni
(Artikolu 87(1) KE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Ekotaxxa fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-granulat – Eżenzjoni tal-esportazzjonijiet – Esklużjoni
(Artikolu 87(1) KE)
Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, sabiex tiġi evalwata s-selettività ta’ miżura statali, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ skema legali partikolari, din il-miżura tkunx ta’ natura li tiffavorixxi lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli fir-rigward tal-għan segwit mill-miżura kkonċernata.
Madankollu, ma tissodisfax dik il-kundizzjoni ta’ selettività miżura li, minkejja li tikkostitwixxi vantaġġ għall-benefiċjarju tagħha, hija ġġustifikata min-natura jew mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali li din tifforma parti minnha. Għall-finijiet ta’ dik l-evalwazzjoni, għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, l-għanijiet mogħtija lil sistema fiskali partikolari u li huma estranji għaliha u, min-naħa l-oħra, il-mekkaniżmi inerenti tas-sistema fiskali stess li huma neċessarji sabiex jinkisbu tali għanijiet, peress li dawn l-għanijiet u mekkaniżmi, bħala prinċipji fundamentali u regolatorji tas-sistema fiskali inkwistjoni, jistgħu jservu bħala bażi għal tali ġustifikazzjoni, fatt li għandu jintwera mill-Istat Membru.
Barra minn hekk, bil-għan li tiġi evalwata n-natura selettiva tal-vantaġġ mogħti mill-miżura inkwistjoni, id-determinazzjoni tal-kuntest ta’ referiment għandha importanza ikbar fil-każ ta’ miżuri fiskali għaliex l-eżistenza nnifisha ta’ vantaġġ tista’ tiġi stabbilita biss billi tiġi mqabbla ma’ tassazzjoni msejħa “normali”. Għalhekk, il-klassifikazzjoni ta’ miżura fiskali nazzjonali bħala “selettiva” tippreżumi, qabel kollox, l-identifikazzjoni u l-eżami minn qabel tas-sistema fiskali komuni jew “normali” applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa fir-rigward ta’ din is-sistema fiskali komuni jew “normali” li jeħtieġ, fit-tieni lok, li tiġi evalwata u stabbilita n-natura selettiva eventwali tal-vantaġġ mogħti mill-miżura fiskali inkwistjoni billi jintwera li din tal-aħħar tidderoga mill-imsemmija sistema komuni, inkwantu din tintroduċi distinzjonijiet bejn operaturi li jinsabu, fir-rigward tal-għan mogħti lis-sistema fiskali ta’ dak l-Istat Membru, f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli.
(ara l-punti 47-49, 84)
Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, anki li kieku jiġi preżunt li sistema fiskali speċifika tista’ tiġi deskritta bħala “piż fiskali eċċezzjonali limitata għal settur ekonomiku magħluq”, dan fih innifsu ma jevitax l-inibizzjoni prevista fl-Artikolu 87(1) KE, peress li dik is-sistema tista’ twettaq distinzjonijiet fi ħdan l-istess settur li jistgħu jissodisfaw il-kriterji ta’ vantaġġ u ta’ selettività. Barra minn hekk, b’mod konformi man-natura legali tal-kunċett ta’ għajnuna, li għandu jiġi interpretat abbażi ta’ elementi oġġettivi, l-għan aħħari ta’ miżura statali, bħalma huwa, f’dan il-każ, l-għan ambjentali jew in-natura ta’ ekotaxxa ta’ sistema fiskali speċifika jew settorjali, ma huwiex suffiċjenti sabiex jevita b’mod immedjat tali miżura mill-klassifikazzjoni ta’ għajnuna fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, peress li tali miżura għandha tiġi evalwata skont l-effetti tagħha b’mod indipendenti mill-kawżi jew għanijiet tagħha. Għaldaqstant, il-kunċett ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE jeżiġi li jiġi eżaminat jekk sistema fiskali speċifika jew settorjali tinkludix distinzjonijiet li jkollhom l-effett li jiffavorixxu “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fi ħdan is-settur previst minn dik is-sistema, u dan jippreżumi li għandha tiġi ddeterminata qabel xejn it-tassazzjoni “normali” li fuqha hija mibnija.
(ara l-punt 52)
Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, sabiex tiġi evalwata n-natura selettiva tal-vantaġġi mogħtija minn sistema fiskali, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-miżuri bbażati fuq l-imsemmija sistema humiex ta’ natura li jiffavorixxu lil “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli fir-rigward tal-għan segwit mill-miżura kkonċernata.
Tkun ta’ tali natura selettiva, sistema fiskali li tistabbilixxi taxxa speċifika applikabbli għas-settur tal-granulati li l-għan tagħha jkun jikkonsisti essenzjalment fil-promozzjoni, fis-settur tal-kostruzzjoni, tal-użu tal-granulat li jikkostitwixxi prodott sekondarju jew skart li jirriżulta minn ċerti proċessi (granulat ukoll imsejjaħ “sekondarju”), jew tal-granulat irriċiklat, biex b’hekk jitnaqqas l-użu tal-granulat estratt mill-barrieri (granulat ukoll imsejjaħ “primarju”), riżorsi naturali mhux rinnovabbli, u, għaldaqstant, jitnaqqsu l-effetti fuq l-ambjent li huma marbuta ma’ dan il-proċess ta’ estrazzjoni, peress li, minn naħa, teżisti rabta potenzjali ta’ kompetizzjoni jew ta’ sostitwibbiltà bejn dak il-granulat differenti għall-finijiet tal-użu jew tal-isfruttar kummerċjali tiegħu u, min-naħa l-oħra, jiġi eżentat mit-taxxa l-granulat ta’ ċerti materjali, bħal-lavanja, it-tafal plastiku, il-kaolina u l-iskistu, u li jiġi ssuġġettat għaliha l-granulat ta’ materjali oħra, anki meta, fid-dawl tal-għan ambjentali tagħha, dawk il-granulati differenti jkunu jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli fir-rigward tal-użu tagħhom bħala “granulat”.
F’dak ir-rigward, fil-verifikazzjoni dwar jekk leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdix għal trattament fiskali iktar favorevoli lil ċerti impriżi jew produtturi meta mqabbla ma’ dak ta’ impriżi jew produtturi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli, la l-Kummissjoni u lanqas il-Qorti Ġenerali ma jistgħu jinjoraw dak l-għan ambjentali ta’ dik il-leġiżlazzjoni, peress li l-elementi li jikkaratterizzaw sitwazzjonijiet differenti u għalhekk in-natura paragunabbli tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tal-att li jistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni kif ukoll ta’ prinċipji u għanijiet tal-qasam li jaqa’ fih l-imsemmi att.
Tali distinzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata min-natura u mill-ekonomija ġenerali tas-sistema fiskali inkwistjoni peress li, minn naħa, hija tidderoga b’mod ċar mil-loġika tat-tassazzjoni normali li sservi bħala bażi għat-taxxa inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, hija ta’ natura li tippreġudika l-għan ambjentali ta’ dik it-taxxa.
(ara l-punti 62, 64, 67, 68, 72, 75, 87, 88)
Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, taxxa ambjentali fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-granulat li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħha huwa limitat għat-territorju ta’ Stat Membru, bil-konsegwenza li kull kummerċjalizzazzjoni tal-granulat li ssir barra dak it-territorju, jiġifieri kull tranżazzjoni ekonomika marbuta mal-isfruttar tiegħu, hija eżentata mit-taxxa, ma tinkludix vantaġġ selettiv favur ċerti impriżi jew produtturi, peress li l-materjali kkummerċjalizzati fuq l-imsemmi territorju u dawk esportati lejn pajjiżi terzi jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet differenti peress li, wara esportazzjoni, l-applikazzjoni tal-kriterju ta’ tassazzjoni determinanti, jiġifieri l-isfruttar kummerċjali bħala granulat, fil-prinċipju, ma jibqax iktar verifikabbli mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat tal-esportazzjoni.
Fil-fatt, dawn tal-aħħar ma jkunux jistgħu, jew ikun diffiċli għalihom li jiddeterminaw jekk materjal esportat jistax jintuża u jiġi sfruttat bħala granulat, jekk dan isirx realment jew jekk jintużax għal għanijiet oħra, u dan ikun jiddependi wkoll fuq speċifikazzjonijiet regolamentarji applikabbli fil-pajjiż ta’ destinazzjoni. Anki jekk jiġi preżunt li huwa partikolarment faċli għall-imsemmija awtoritajiet li jidentifikaw il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tal-materjali maħsuba għall-esportazzjoni biex għalhekk jiġi determinat jekk humiex adatti jew le sabiex jintużaw fil-proċessi li jippermettu li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont it-taxxa inkwistjoni, il-klassifikazzjoni bħala “granulat” jew bħala materjal eżentat ma tiddependix b’mod preċiż fuq dawk il-proprjetajiet, iżda, b’mod partikolari, fuq esklużjoni li ssir każ b’każ ta’ ċerti materjali identifikati b’isimhom jew li jirriżultaw minn ċerti proċessi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-taxxa. Barra minn hekk, il-fatt li l-materjali esportati u dawk ikkummerċjalizzati fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni ma jinsabux f’sitwazzjoni paragunabbli hija kkonfermata fid-dawl tal-għan ambjentali tat-taxxa inkwistjoni, peress li, fil-każ tal-esportazzjoni, il-leġiżlatur u l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat ma jkunux f’pożizzjoni li jorjentaw mill-ġdid, permezz ta’ tassazzjoni differenzjata, id-domanda għall-granulat b’mod konformi ma’ dak l-għan.
(ara l-punti 94, 97)