This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FJ0129
Dybman vs SEAE
Dybman vs SEAE
SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tieni Awla)
30 ta’ Ġunju 2015
Pierre Dybman
vs
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
“Servizz pubbliku — Persunal tas-SEAE — Uffiċjali — Proċeduri dixxiplinarji — Sanzjoni dixxiplinarja — Proċeduri kriminali pendenti fil-mument tal-adozzjoni tas-sanzjoni dixxiplinarja — Identiċità tal-fatti sottomessi lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-qorti kriminali — Ksur tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal”
Suġġett:
Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li bih P. Dybman jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha d-Direttur Ġenerali Amministrattiv tal-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), bħala l-Awtorità tal-Ħatra, imponielu l-piena ta’ tneħħija minn pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tal-pensjoni, b’effett mill-1 ta’ Frar 2014.
Deċiżjoni:
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna neħħa lil P. Dybman mill-funzjonijiet tiegħu mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni hija annullata. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti minn P. Dybman.
Sommarju
Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Proċeduri dixxiplinari – Proċeduri dixxiplinari u kriminali mibdija fl-istess ħin fir-rigward tal-istess fatti – Skop tas-sospensjoni tal-proċedura dixxiplinari – Obbligu li jiġu osservati l-konstatazzjonijiet fattwali mwettqa mill-qorti kriminali – Possibbiltà li jiġu kklassifikati fid-dawl tal-kunċett ta’ nuqqas dixxiplinari
(Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 25)
Uffiċjali – Sistema dixxiplinari – Proċeduri dixxiplinari – Eżistenza konġunta ta’ proċeduri dixxiplinari u ta’ proċeduri kriminali – Obbligu tal-amministrazzjoni li tiddeċiedi finalment dwar is-sitwazzjoni tal-uffiċjal wara d-deċiżjoni finali tal-qorti kriminali – Limiti

L-Artikolu 25 tal-Anness IV tar-Regolamenti tal-Persunal għandu għan doppju. Minn naħa, dan l-artikolu jissodisfa l-ħtieġa li ma tiġix affettwata l-pożizzjoni tal-uffiċjal inkwistjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali li jkunu nfetħu kontrih għal fatti li huma wkoll is-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari fi ħdan l-istituzzjoni tiegħu. Minn naħa, dan l-artikolu jissodisfa l-ħtieġa li ma tiġix affettwata l-pożizzjoni tal-uffiċjal inkwistjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali li jiġu miftuħa kontrih minħabba fatti li huma barra minn hekk is-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari fi ħdan l-istituzzjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra, is-sospensjoni tal-proċeduri dixxiplinari sakemm jingħalqu l-proċeduri kriminali tippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri dixxiplinari, il-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-qorti kriminali meta d-deċiżjoni tagħha tkun saret finali. Fil-fatt, l-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Personal jistabbilixxi l-prinċipju li skontu “l-proċeduri dixxiplinarji għandhom jistennew il-proċeduri kriminali”, li huwa ġġustifikat mill-fatt li l-qrati kriminali nazzjonali għandhom setgħat ta’ investigazzjoni ikbar mill-Awtorità tal-Ħatra. Għaldaqstant, fil-każ fejn l-istess fatti jistgħu jammontaw għal reat kriminali u għal ksur tal-obbligi statutorji tal-uffiċjal, l-amministrazzjoni hija marbuta mill-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-qorti kriminali fil-kuntest tal-proċeduri kriminali. Meta din il-qorti tkun ikkonstatat l-eżistenza tal-fatti tal-każ, l-amministrazzjoni tkun tista’ sussegwentement tikklassifikahom legalment fid-dawl tal-kunċett ta’ nuqqas dixxiplinari billi, b’mod partikolari, tivverifika jekk dawn jikkostitwixxux nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi statutorji.
Madankollu, l-evalwazzjoni tal-fatti mill-qorti kriminali tista’ tkun differenti minn dik magħmula mill-Awtorità tal-Ħatra fil-proċeduri dixxiplinari, sa fejn dawn jikkorrispondu kull waħda minnhom għal klassifikazzjonijiet ġuridiċi distinti u indipendenti waħda mill-oħra. Fi kwalunkwe każ, li jiġi rikjest li l-evalwazzjoni tal-fatti mill-qorti kriminali u mill-imsemmija awtorità tkun identika ifisser li tiġi imposta kundizzjoni addizzjonali li l-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedix.
Minn dan jirriżulta li huwa pprojbit li l-Awtorità tal-Ħatra tiddeċiedi b’mod definittiv dwar is-sitwazzjoni tal-uffiċjal ikkonċernat, minn perspettiva dixxiplinarja, sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali mill-qorti kriminali adita. Fil-każ kuntrarju, għalkemm il-qorti kriminali ma tkunx għadha ppronunzjat ruħha fuq il-verità tal-fatti, dawn jistgħu jitqiesu madankollu bħala diġà stabbiliti mill-awtorità amministrattiva, u għalhekk il-membru tal-persunal ikkonċernat isib ruħu f’sitwazzjoni iktar diffiċli milli dik li setgħet tkun fl-assenza ta’ tali deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva.
Barra minn hekk, hemm lok li l-prinċipju li “il-proċeduri dixxiplinari għandhom jistennew il-proċeduri kriminali” jiġi applikat b’mod restrittiv ladarba dan il-prinċipju għandu jiġi applikat fil-kuntest ta’ sempliċi investigazzjonijiet, anki qabel ma jkunu nfetħu proċeduri kriminali fis-sens tad-dritt nazzjonali.
(ara l-punti 35, 36, 53, 55 u 59)
Referenza:Il-Qorti tal-Prim’Istanza: sentenzi tad-19 ta’ Marzu 1998, Tzoanos vs Il-Kummissjoni, T-74/96, EU:T:1998:58, punt 34; tal-21 ta’ Novembru 2000, A vs Il-Kummissjoni, T-23/00, EU:T:2000:273, punt 37; tal-10 ta’ Ġunju 2004, François vs Il-Kummissjoni, T-307/01, EU:T:2004:180, punti 73 u 75, u tad-8 ta’ Lulju 2008, Franchet et Byk vs Il-Kummissjoni, T-48/05, EU:T:2008:25, punt 342
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenzi tas-17 ta’ Lulju 2012, BG vs L-Ombudsman, F-54/11, EU:F:2012:114, u tat-18 ta’ Marzu 2015, DK vs SEAE, F-27/14, EU:F:2015:12, punti 38, 49, 66 u 70
Fil-qasam dixxiplinarju, anki jekk jista’ jidher, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, ta’ dispjaċir li l-eżistenza ta’ proċeduri kriminali li nfetġu bosta snin ilu mill-qorti nazzjonali fuq l-istess fatti bħal dawk li huma s-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari kontra uffiċjal tostakola lill-Awtorità tal-Ħatra, skont l-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, milli tiddeċiedi finalment dwar is-sitwazzjoni amministrattiva tal-uffiċjal ikkonċernat, l-imsemmija awtorità xorta għandha turi li l-proċeduri kriminali nazzjonali pendenti qed jieħdu fit-tul b’mod sproporzjonat meta mqabbla mal-kumplessità tal-kawża jew meta mqabbla mat-tul ta’ proċeduri simili dwar diffikultà tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-uffiċjal ikkonċernat għandu kull interess sabiex il-proċeduri dixxiplinari jieħdu inkunsiderazzjoni deċiżjoni finali eventwali tal-qorti kriminali li ma ssib ebda ħtija kontrih.
(ara l-punt 66)
Referenza:It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza tat-18 ta’ Marzu 2015, DK vs SEAE, EU:F:2015:12, punt 74

Referenza:
Il-Qorti tal-Prim’Istanza: sentenzi tad-19 ta’ Marzu 1998, Tzoanos vs Il-Kummissjoni, T-74/96, EU:T:1998:58, punt 34; tal-21 ta’ Novembru 2000, A vs Il-Kummissjoni, T-23/00, EU:T:2000:273, punt 37; tal-10 ta’ Ġunju 2004, François vs Il-Kummissjoni, T-307/01, EU:T:2004:180, punti 73 u 75, u tad-8 ta’ Lulju 2008, Franchet et Byk vs Il-Kummissjoni, T-48/05, EU:T:2008:25, punt 342
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenzi tas-17 ta’ Lulju 2012, BG vs L-Ombudsman, F-54/11, EU:F:2012:114, u tat-18 ta’ Marzu 2015, DK vs SEAE, F-27/14, EU:F:2015:12, punti 38, 49, 66 u 70
Fil-qasam dixxiplinarju, anki jekk jista’ jidher, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, ta’ dispjaċir li l-eżistenza ta’ proċeduri kriminali li nfetġu bosta snin ilu mill-qorti nazzjonali fuq l-istess fatti bħal dawk li huma s-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari kontra uffiċjal tostakola lill-Awtorità tal-Ħatra, skont l-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, milli tiddeċiedi finalment dwar is-sitwazzjoni amministrattiva tal-uffiċjal ikkonċernat, l-imsemmija awtorità xorta għandha turi li l-proċeduri kriminali nazzjonali pendenti qed jieħdu fit-tul b’mod sproporzjonat meta mqabbla mal-kumplessità tal-kawża jew meta mqabbla mat-tul ta’ proċeduri simili dwar diffikultà tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-uffiċjal ikkonċernat għandu kull interess sabiex il-proċeduri dixxiplinari jieħdu inkunsiderazzjoni deċiżjoni finali eventwali tal-qorti kriminali li ma ssib ebda ħtija kontrih.
(ara l-punt 66)
Referenza:
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza tat-18 ta’ Marzu 2015, DK vs SEAE, EU:F:2015:12, punt 74