Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CJ0603

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Settembru 2024.
Prokurator Rejonowy w Słupsku u D.G., li qiegħed jaġixxi bħala amministratur ta' M.B. u ta' B.B. vs M.S. et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva (UE) 2016/800 – Garanziji proċedurali għal tfal li huma persuni ssuspettati jew persuni akkużati fi proċeduri kriminali – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(3) – Persuni li kienu tfal fid-data li fiha nbdew proċeduri kriminali kontrihom iżda li, matul il-proċeduri, laħqu l-età ta’ 18‑il sena – Artikolu 4 – Dritt għall-informazzjoni – Artikolu 6 – Dritt ta’ aċċess għal avukat – Artikolu 18 – Dritt għall-għajnuna legali – Artikolu 19 – Rimedji ġudizzjarji – Ammissibbiltà tal-provi miksuba bi ksur tad-drittijiet proċedurali.
Kawża C-603/22.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2024:685

Kawża C‑603/22

Proċeduri kriminali

vs

M.S. et

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Sąd Rejonowy w Słupsku)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal‑5 ta’ Settembru 2024

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva (UE) 2016/800 – Garanziji proċedurali għal tfal li huma persuni ssuspettati jew persuni akkużati fi proċeduri kriminali – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 2(3) – Persuni li kienu tfal fid-data li fiha nbdew proċeduri kriminali kontrihom iżda li, matul il-proċeduri, laħqu l-età ta’ 18‑il sena – Artikolu 4 – Dritt għall-informazzjoni – Artikolu 6 – Dritt ta’ aċċess għal avukat – Artikolu 18 – Dritt għall-għajnuna legali – Artikolu 19 – Rimedji ġudizzjarji – Ammissibbiltà tal-provi miksuba bi ksur tad-drittijiet proċedurali”

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali – Direttiva 2016/800 – Assistenza minn avukat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix l-assistenza obbligatorja minn avukat u matul l-ewwel interrogatorju tal-wild issuspettat jew akkużat – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/800, Artikolu 6(18))

    (ara l-punti 106 sa 113, 121, u d-dispożittiv 1)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali – Direttiva 2016/800 – Assistenza minn avukat – Dispożizzjonijiet li jistabbilixxu d-dritt tal-wild issuspettat jew akkużat li jkun assistit minn avukat – Effett dirett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/800, Artikolu 6(1) sa (3))

    (ara l-punti 119 u 175)

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali – Direttiva 2016/800 – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-waqfien awtomatiku tad-dritt tal-wild li jkun assistit minn avukat maħtur ex officio mill-età ta’ 18‑il sena – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/800, Artikolu 2(1) u (3), Artikoli 6 u 18)

    (ara l-punti 127 sa 133, 136, u d-dispożittiv 2)

  4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali – Direttiva 2016/800 – Kamp ta’ applikazzjoni – Dispożizzjonijiet li jipprevedu l-applikabbiltà tad-direttiva għat-tfal li jkunu laħqu l-età ta’ 18-il sena matul il-proċeduri kriminali – Effett dirett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/800, Artikolu 2(1) u (3))

    (ara l-punt 135)

  5. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali – Direttiva 2016/800 – Dritt għall-informazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-provvista lit-tfal tal-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom, f’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli – Inammissibbiltà

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/13, Artikolu 3, u 2016/800, Artikoli 4(1), 5(1), 6 u 15(4))

    (ara l-punti 153, 155, 158, u d-dispożittiv 3)

  6. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali – Direttiva 2016/800 – Dritt għall-informazzjoni – Dispożizzjoni li tipprevedi d-dritt tal-wild issuspettat jew akkużat li jirċievi informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħu u dwar l-iżvolġiment tal-proċedura – Effett dirett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/800, Artikolu 4(1))

    (ara l-punt 157)

  7. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew akkużati fi proċeduri kriminali – Direttiva 2016/800 – Rimedji ġudizzjarji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil qorti tiddikjara inammissibbli provi inkriminanti miksuba minn dikjarazzjonijiet magħmula minn wild matul interrogatorju mmexxi bi ksur tad-dritt ta’ aċċess għal avukat – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 48(2); Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/13, 2013/48, Artikolu 12(2), 2016/343, Artikolu 10(2) u 2016/800, Artikoli 4, 6,u 19)

    (ara l-punti 165 sa 174, 176, u d-dispożittiv 4)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Top