Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0819

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tad-9 ta’ Novembru 2023.
Staatsanwaltschaft Aachen.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Rikonoxximent ta’ sentenzi li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bl-għan li jiġu infurzati fi Stat Membru ieħor – Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI – Artikoli 3(4) u 8 – Rifjut tal-eżekuzzjoni – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt fundamentali għal smigħ xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi – Nuqqasijiet sistemiċi jew iġġeneralizzati fl-Istat Membru emittenti – Eżami f’żewġ stadji – Revoka tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni li takkumpanja piena ta’ priġunerija mogħtija minn Stat Membru – Eżekuzzjoni ta’ din il-piena minn Stat Membru ieħor.
Kawża C-819/21.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:841

Kawża C‑819/21

Staatsanwaltschaft Aachen

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil‑Landgericht Aachen)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad‑9 ta’ Novembru 2023

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Rikonoxximent ta’ sentenzi li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bl-għan li jiġu infurzati fi Stat Membru ieħor – Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI – Artikoli 3(4) u 8 – Rifjut tal-eżekuzzjoni – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt fundamentali għal smigħ xieraq quddiem qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel mil-liġi – Nuqqasijiet sistemiċi jew iġġeneralizzati fl-Istat Membru emittenti – Eżami f’żewġ stadji – Revoka tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni li takkumpanja piena ta’ priġunerija mogħtija minn Stat Membru – Eżekuzzjoni ta’ din il-piena minn Stat Membru ieħor”

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2008/909 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali – Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku – Portata – Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Interpretazzjoni stretta

    (Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299; Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, premessa 5 u Artikoli 4, 5, 8 u 9)

    (ara l-punti 19, 20, 34, 35)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2008/909 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali – Rikonoxximent ta’ sentenza u eżekuzzjoni tal-kundanna – Obbligu ta’ rispett tad-drittijiet u tal-prinċipji ġuridiċi fundamentali – Dritt għal smigħ xieraq – Nuqqasijiet sistemiċi jew iġġeneralizzati dwar l-indipendenza tal-qrati fl-Istat Membru emittenti – Riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali tal-persuna kkonċernata minħabba tali nuqqasijiet – Preżunzjoni tar-rispett tal-imsemmi dritt – Verifika mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni – Portata

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47; Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299; Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, Artikoli 3, 4, u 8)

    (ara l-punti 27 sa 30, 33, 36 sa 42 u dispożittiv)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Top