Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CJ0319

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Novembru 2023.
Gesamtverband Autoteile-Handel e.V. vs Scania CV AB.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur – Regolament (UE) 2018/858 – Approvazzjoni u sorveljanza tas-suq ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi – Artikolu 61(1) u (2) – Punt 6.1 tal-Anness X – Operaturi indipendenti – Informazzjoni ‘faċilment aċċessibbli f’forma ta’ settijiet ta’ data li jistgħu jinqraw b’magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament’ – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 6(1)(ċ) – Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali – Obbligu legali impost fuq il-manifatturi tal-vetturi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi indipendenti n-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi (VIN).
Kawża C-319/22.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2023:837

Kawża C‑319/22

Gesamtverband Autoteile-Handel eV

vs

Scania CV AB

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Köln)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad‑9 ta’ Novembru 2023

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bil-mutur – Regolament (UE) 2018/858 – Approvazzjoni u sorveljanza tas-suq ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi – Artikolu 61(1) u (2) – Punt 6.1 tal-Anness X – Operaturi indipendenti – Informazzjoni ‘faċilment aċċessibbli f’forma ta’ settijiet ta’ data li jistgħu jinqraw b’magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament’ – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 6(1)(ċ) – Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali – Obbligu legali impost fuq il-manifatturi tal-vetturi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi indipendenti n-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi (VIN)”

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Vetturi bil-mutur – Informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi – Regolament 2018/858 – Obbligi tal-manifattur tal-karozzi fir-rigward tal-operaturi indipendenti – Obbligu li dawn l-operaturi jingħataw aċċess illimitat, standardizzat u nondiskriminatorju għall-informazzjoni – Portata – Obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi – Inklużjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/858, Artikolu 61(1))

    (ara l-punti 27 sa 29, u d-dispożittiv 1)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Vetturi bil-mutur – Informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi – Regolament 2018/858 – Obbligi tal-manifattur tal-karozzi fir-rigward tal-operaturi indipendenti – Obbligu li dawn l-operaturi jingħataw aċċess illimitat, standardizzat u nondiskriminatorju għall-informazzjoni – Portata – Obbligu li tiġi stabbilita interfaċċja ta’ database li tippermetti tfittxija awtomatizzata bi tniżżil ta’ riżultati – Esklużjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2018/858, Artikolu 61(1) sa (2))

    (ara l-punti 32 sa 34, 42, u d-dispożittiv 2)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Vetturi bil-mutur – Informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi – Regolament 2018/858 – Obbligi tal-manifattur tal-karozzi fir-rigward tal-operaturi indipendenti – Obbligu li dawn l-operaturi jingħataw aċċess illimitat, standardizzat u nondiskriminatorju għall-informazzjoni – Portata – Obbligu, fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li tinħoloq database li tippermetti t-tfittxija mhux biss skont il-VIN iżda wkoll skont mezzi addizzjonali – Inklużjoni

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2018/858, premessi 50 u 52 u Artikoli 61(1), (2)u (4) u Anness X, it-tielet subparagrafu tal-punt 6.1

    (ara l-punti 36, 37, 42, u d-dispożittiv 2)

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Vetturi bil-mutur – 1nformazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi – Regolament 2018/858 – Obbligi tal-manifattur tal-karozzi fir-rigward tal-operaturi indipendenti – Obbligu li dawn l-operaturi jingħataw aċċess illimitat, standardizzat u nondiskriminatorju għall-informazzjoni – Portata – Obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni f’format li jippermetti l-isfruttament elettroniku dirett tad-data – Inklużjoni – Komunikazzjoni tal-imsemmija informazzjoni permezz ta’ fajl PDF – Inammissibbiltà

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/858, premessi 50 u 52 u Artikolu 61(1) u (2); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2019/1024, premessa 35)

    (ara l-punti 38, 39, 41, 42, u d-dispożittiv 2)

  5. Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ pproċessar ta’ data personali – Komunikazzjoni tan-numru ta’ identifikazzjoni (VIN) ta’ vettura bil-mutur mill-manifatturi lill-operaturi indipendenti – Inklużjoni – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, il-punt 1 tal-Artikolu 4 u 2018/858, Artikolu 61(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 19/2011, il-punt 2 tal-Artikolu 2)

    (ara l-punti 45 sa 49)

  6. Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament 2016/679 – Kundizzjonijiet ta’ legalità ta’ pproċessar ta’ data personali – Obbligu legali impost fuq il-manifatturi tal-vetturi li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-operaturi indipendenti n-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi (VIN) – Ipproċessar meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali tal-kontrollur – Għan ta’ interess pubbliku biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern – Natura neċessarja tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-VIN

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/679, punt 2 tal-Artikolu 4 u Artikolu 6 (3), u 2018/858, premessi 50, 52 u 62 u Artikolu 61(1) u (4), u Anness X, punt 6.1)

    (ara l-punti 55 sa 58, 60 sa 62, u d-dispożittiv 3)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Top