Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 62019CO0306

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Marzu 2022.
Milis Energy SpA et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ambjent – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 16 u 17 – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Trattat tal-Karta tal-Enerġija – Artikolu 10 – Applikabbiltà – Direttiva 2009/28/KE – Artikolu 3(3)(a) – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi – Modifika ta’ skema ta’ għajnuna.
Kawżi magħquda C-306/19, C-512/19, C-595/19 u C-608/20 sa C-610/20.

Identifikátor ECLI: ECLI:EU:C:2022:164

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-1 ta’ Marzu 2022 – Milis Energy et

(Kawżi magħquda C-306/19, C-512/19, C-595/19 u C-608/20 sa C-611/20) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ambjent – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 16 u 17 – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Trattat tal-Karta tal-Enerġija – Artikolu 10 – Applikabbiltà – Direttiva 2009/28/KE – Artikolu 3(3)(a) – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi – Modifika ta’ skema ta’ għajnuna”

1. 

Ambjent – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Direttiva 2009/28 – Għanijiet vinkolanti dwar il-parti tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Miżuri adottati sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/28, Artikoli 3(1), 2, 3(a),u l-Anness I)

(ara l-punt 30)

2. 

Ambjent – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Direttiva 2009/28 – Għanijiet vinkolanti dwar il-parti tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Miżuri adottati sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tnaqqis jew il-proroga tal-ħlas tal-inċentivi għall-enerġija prodotta mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi diġà previsti iżda li għadhom mhux dovuti – Ammissibbiltà – Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Assenza – Verifika mill-qorti nazzjonali

(Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill 2009/28, Artikolu 3(3)(a))

(ara l-punti 31, 32, 43 sa 48, 52)

3. 

Drittijiet fundamentali – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għall-proprjetà – Kamp ta’ applikazzjoni – Drittijiet li jagħtu pożizzjoni legali miksuba – Kunċett – Dritt għall-benefiċċju ta’ inċentivi għall-produzzjoni tal-enerġija fotovoltajka mogħtija fil-kuntest ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti – Esklużjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li temenda l-ammonti ta’ dawn l-inċentivi u l-modalitajiet tal-ħlas tagħhom – Ksur tad-dritt għall-proprjetà – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 17(1); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/28, Artikolu 3(3)(a))

(ara l-punti 34, 35, 40, 50 sa 53 u d-dispożittiv)

4. 

Ambjent – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Direttiva 2009/28 – Għanijiet vinkolanti dwar il-parti tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Miżuri adottati sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tnaqqis jew il-proroga tal-ħlas tal-inċentivi għall-enerġija prodotta mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi diġà previsti iżda li għadhom mhux dovuti – Ammissibbiltà – Ksur tal-libertà ta’ intrapriża – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 16; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/28, Artikolu 3(3)(a))

(ara l-punti 54 sa 63, u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq billi tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tnaqqis jew il-posponiment tal-ħlas ta’ inċentivi għall-enerġija prodotta mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi mogħtija preċedentement b’deċiżjonijiet amministrattivi u kkonfermati bi ftehimiet ad hoc konklużi bejn l-operaturi ta’ dawn l-installazzjonijiet u kumpannija pubblika, meta din il-leġiżlazzjoni tirrigwarda l-inċentivi li jkunu diġà previsti, iżda għadhom mhux dovuti.


( 1 ) ĠU C 213, 24.6.2019, p. 125

Začiatok