Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats
Dokument 62018CO0709
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020.
Proċeduri kriminali kontra UL u VM.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikoli 3 u 4 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48 – Riferimenti pubbliċi għall-ħtija – Qorti nazzjonali – Aċċettazzjoni permezz ta’ digriet tal-istqarrija ta’ ħtija ta’ wieħed miż-żewġ koimputati għar-reati indikati fl-att ta’ akkuża – Eżami tal-ħtija tat-tieni koimputat li jistqarr li ma huwiex ħati – Kundanna mill-istess qorti li aċċettat l-istqarrija ta’ ħtija.
Kawża C-709/18.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020.
Proċeduri kriminali kontra UL u VM.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikoli 3 u 4 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48 – Riferimenti pubbliċi għall-ħtija – Qorti nazzjonali – Aċċettazzjoni permezz ta’ digriet tal-istqarrija ta’ ħtija ta’ wieħed miż-żewġ koimputati għar-reati indikati fl-att ta’ akkuża – Eżami tal-ħtija tat-tieni koimputat li jistqarr li ma huwiex ħati – Kundanna mill-istess qorti li aċċettat l-istqarrija ta’ ħtija.
Kawża C-709/18.
Rättsfallssamlingen – allmänna delen
ECLI-nummer: ECLI:EU:C:2020:411
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat‑28 ta’ Mejju 2020 –
UL u VM
(Kawża C‑709/18) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikoli 3 u 4 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 47 u 48 – Riferimenti pubbliċi għall-ħtija – Qorti nazzjonali – Aċċettazzjoni permezz ta’ digriet tal-istqarrija ta’ ħtija ta’ wieħed miż-żewġ koimputati għar-reati indikati fl-att ta’ akkuża – Eżami tal-ħtija tat-tieni koimputat li jistqarr li ma huwiex ħati – Kundanna mill-istess qorti li aċċettat l-istqarrija ta’ ħtija”
|
1. |
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali – Direttiva 2016/343 – Riferimenti pubbliċi għall-ħtija – Deċiżjonijiet li ma humiex dawk li jiddeċiedu dwar il-ħtija – Kunċett – Digriet mogħti minn qorti li taċċetta l-istqarrija ta’ ħtija ta’ waħda mill-persuni akkużati fi proċeduri kriminali – Inklużjoni (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/343, Artikolu 4(1)) (ara l-punt 28) |
|
2. |
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali – Direttiva 2016/343 – Riferimenti pubbliċi għall-ħtija – Osservanza tal-preżunzjoni tal-innoċenza – Proċeduri kriminali mibdija kontra żewġ persuni għal reati allegatament imwettqa kollettivament – Digriet mogħti minn qorti li taċċetta r-rikonoxximent, minn waħda mill-persuni akkużati, tal-ħtija tagħha – Digriet li jsemmi t-tieni persuna, li ma rrikonoxxietx il-ħtija tagħha, bħala koawtur tal-allegat reat – Kundanna ulterjuri ta’ din tal-aħħar, mill-istess qorti, wara li tkun ipproduċiet il-provi relatati mal-fatti li jikkonċernawha – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u Artikolu 48; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/16/KE, premessa 16, Artikoli 3 u 4(1)) (ara l-punti 29 sa 31, 34, 35 u d-dispożittiv) |
|
3. |
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)) (ara l-punti 39, 40, 42 sa 44) |
|
4. |
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 39, 41, 44) |
Dispożittiv
L-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, moqrija flimkien mal-premessa 16 ta’ din id-direttiva, kif ukoll mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 u mal-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra żewġ persuni, qorti nazzjonali taċċetta, qabelxejn, permezz ta’ digriet l-istqarrija ta’ ħtija tal-ewwel persuna għar-reati msemmija fl-att ta’ akkuża allegatament imwettqa flimkien mat-tieni persuna li ma stqarritx li hija ħatja u tiddeċiedi, sussegwentement, wara l-produzzjoni tal-provi relatati mal-akkużi miġjuba kontra din it-tieni persuna, fuq il-ħtija tagħha, bil-kundizzjoni, minn naħa, li l-fatt li t-tieni persuna tissemma bħala koawtur tal-allegati reati huwa neċessarju għall-klassifikazzjoni tar-responsabbiltà legali tal-persuna li stqarret li hija ħatja u, min-naħa l-oħra, li dan l-istess digriet u/jew att ta ’akkuża li għalih tirreferi jindikaw b’mod ċar li l-ħtija ta’ din it-tieni persuna ma ġietx stabbilita legalment u ser tkun is-suġġett ta’ produzzjoni ta’ provi u ta’ sentenza separati.
( 1 ) ĠU C 44, 4.2.2019.