Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 62016CJ0405
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019.
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (EEG tal-2012) – Għajnuna lil produtturi tal-elettriku EEG u soprataxxa-EEG imnaqqsa għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Vantaġġ – Riżorsi tal-Istat – Kontroll pubbliku tar-riżorsi – Miżura li tixbah taxxa fuq il-konsum tal-elettriku.
Kawża C-405/16 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019.
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (EEG tal-2012) – Għajnuna lil produtturi tal-elettriku EEG u soprataxxa-EEG imnaqqsa għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Vantaġġ – Riżorsi tal-Istat – Kontroll pubbliku tar-riżorsi – Miżura li tixbah taxxa fuq il-konsum tal-elettriku.
Kawża C-405/16 P.
Συλλογή της Νομολογίας — Γενική Συλλογή — Τμήμα «Πληροφορίες για τις μη δημοσιευόμενες αποφάσεις»
Αναγνωριστικό ECLI: ECLI:EU:C:2019:268
Kawża C‑405/16 P
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat‑28 ta’ Marzu 2019
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (EEG tal-2012) – Għajnuna lil produtturi tal-elettriku EEG u soprataxxa-EEG imnaqqsa għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Vantaġġ – Riżorsi tal-Istat – Kontroll pubbliku tar-riżorsi – Miżura li tixbah taxxa fuq il-konsum tal-elettriku”
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat – Politika pubblika ta’ appoġġ għall-produtturi tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Fondi li joriġinaw minn soprataxxa imposta fuq il-fornituri tal-elettriku u amministrati kollettivament minn entitajiet suġġetti għall-kontroll tal-Istat – Soprataxxa li ma hijiex simili għal taxxa – Assenza ta’ setgħa ta’ dispożizzjoni tal-Istat fuq il-fondi – Assenza ta’ kontroll pubbliku tal-entitajiet amministraturi tal-fondi – Esklużjoni
(Artikolu 107(1) TFUE)
(ara l-punti 64 sa 87)
Sunt
Il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont liema l-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli tal‑2012 (EEG 2012) kienet tinkludi għajnuna mill-Istat
Fis-sentenza Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (C‑405/16 P), mogħtija fit‑28 ta’ Marzu 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, laqgħet l-appell ippreżentat mill-Ġermanja mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑10 ta’ Mejju 2016, Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni (T‑47/15, EU:T:2016:281), li permezz tagħha din tal-aħħar kienet ċaħdet bħala infondat ir-rikors għal annullament tagħha tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal‑25 ta’ Novembru 2014 u, min-naħa l-oħra, annullat id-deċiżjoni kontenzjuża. ( 1 ) B’differenza għall-Kummissjoni u għall-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-miżuri adottati mill-Ġermanja lil produtturi tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u minn gass mill-minjieri (iktar ’il quddiem“l-elettriku EEG”) ma setgħux jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat, fin-nuqqas ta’ involviment ta’ riżorsi tal-Istat. ( 2 )
L-EEG tal‑2012, li kellu bħala għan li jiggarantixxi lill-produtturi tal-elettriku EEG prezz ogħla mill-prezz tas-suq, kien jinkludi b’mod partikolari obbligu għall-amministraturi kollha tan-netwerk li jixtru l-elettriku EEG skont tariffi stabbiliti mil-liġi u li jbiegħuh fis-suq skont l-iskambju tal-elettriku. Jekk il-prezz miksub ma kienx jippermettilhom ikopru l-piż finanzjarju tax-xiri skont it-tariffi stabbiliti mil-liġi, mekkaniżmu msejjaħ “soprataxxa-EEG” kien jippermettilhom jeżiġu mill-fornituri li jipprovdu servizz lill-klijenti finali jħallsuhom id-differenza, bi proporzjon mal-kwantitajiet mibjugħa. L-imsemmija fornituri, min-naħa tagħhom, kellhom il-possibbiltà, iżda mhux l-obbligu, li jgħaddu s-soprataxxa EEG fuq il-klijenti finali.
Fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kienet b’mod partikolari qieset li l-miżuri adottati b’dan il-mod, li kienu illegali sa fejn dawn ma kinux ġew innotifikati lilha ( 3 ), kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, iżda li madankollu dawn kienu kompatibbli mas-suq intern, suġġett għall-implimentazzjoni mill-Ġermanja ta’ impenn. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet, ġustament, qieset li l-EEG tal‑2012 kien jinvolvi riżorsi tal-Istat. Skont il-Qorti Ġenerali, fil-fatt, il-mekkaniżmi tal-EEG tal‑2012 kienu jipproċedu, prinċipalment, bl-implementazzjoni ta’ politika pubblika ta’ għajnuna lill-produtturi tal-elettriku EEG. Barra minn hekk, il-fondi ġġenerati mis-soprataxxa EEG, li kienu jibqgħu taħt l-influwenza dominanti tas-setgħat pubbliċi u kienu simili għal taxxa, kienu jinvolvu riżors tal-Istat. Fl-aħħar nett, l-entitajiet inkarigati bl-amministrazzjoni tal-imsemmija mekkaniżmi ma kinux jaġixxu f’isimhom stess u liberament, iżda bħala amministraturi ta’ għajnuna mogħtija permezz ta’ fondi tal-Istat.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, f’dan il-każ, li kemm il-Qorti Ġenerali fis-sentenza kkontestata kif ukoll il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kontenzjuża wettqu żball ta’ liġi meta qiesu li l-miżuri inkwistjoni kienu jinvolvu riżorsi tal-Istat.
F’dan ir-rigward, hija tikkonstata qabel xejn li, peress li l-Liġi EEG tal‑2012 ma kinitx tinkludi obbligu li s-soprataxxa-EEG tiġi mgħoddija fuq il-klijenti finali, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tqis li dan kien “jixbah, mill-perspettiva tal-effetti tiegħu, lil taxxa fuq il-konsum”. Hija tiddeċiedi, sussegwentement, li la ġie stabbilit li l-Istat kellu setgħa ta’ dispożizzjoni fuq il-fondi ġġenerati mis-soprataxxa-EEG u lanqas li huwa kien jeżerċita kontroll pubbliku fuq l-entitajiet inkarigati bl-amministrazzjoni ta’ dawn il-fondi. Fil-fatt, minn naħa, il-Qorti Ġenerali sempliċement uriet li l-awtoritajiet pubbliċi kienu jeżerċitaw influwenza dominanti fuq il-fondi ġġenerati mis-soprataxxa, mingħajr ma setgħet tikkonkludi li l-Istat kien f’pożizzjoni li jiddisponi minn dawn il-fondi, jiġifieri li jiddeċiedi allokazzjoni differenti minn dik prevista mill-EEG tal‑2012. Min-naħa l-oħra, minkejja li l-elementi kkonstatati mill-Qorti Ġenerali kienu jippermettu, ċertament, li jiġi konkluż li l-awtoritajiet pubbliċi kienu jeżerċitaw kontroll tal-eżekuzzjoni tajba tal-EEG tal‑2012, dawn ma setgħux, min-naħa l-oħra, jippermettu li jiġi konkluż li hemm kontroll pubbliku fuq il-fondi ġġenerati mis-soprataxxa-EEG innifishom.
Għall-istess motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-vantaġġi previsti mill-EEG tal‑2012 kienu jinvolvu riżorsi tal-Istat u kienu jikkostitwixxu, għaldaqstant, għajnuna mill-Istat, u konsegwentement tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża.
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal‑25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (ĠU 2015, L 250, p. 122, iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża”).
( 2 ) Gesetz zur Neuregelung des Rechtsrahmens für die Förderung der Stromerzeugung aus erneuerbaren Energien (il-Liġi li tirrigwarda leġiżlazzjoni ġdida fil-kuntest legali tal-promozzjoni tal-elettriku mill-enerġija rinnovabbli) (BGBl. 2011 I, p. 1634, iktar ’il quddiem l-“EEG tal‑2012”). Din il-liġi ġiet applikata mill‑1 ta’ Jannar 2012 sal‑31 ta’ Lulju 2014 biss, qabel ma ġiet issostitwita bl-EEG tal‑2014, approvata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni tas‑27 ta’ Lulju2014.
( 3 ) Artikolu 108(3) TFUE.