Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 62017CJ0297
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019.
Bashar Ibrahim et vs Bundesrepublik Deutschland u Bundesrepublik Deutschland vs Taus Magamadov.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 33(2)(a) – Ċaħda mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti preċedenti ta’ protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor – Artikolu 52 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ din id-direttiva – Artikoli 4 u 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Nuqqasijiet sistemiċi tal-proċedura ta’ ażil f’dan l-Istat Membru l-ieħor – Ċaħda sistemika tal-applikazzjonijiet għall-ażil – Riskju reali u pprovat li persuna tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti – Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-aħħar Stat.
Kawżi magħquda C-297/17, C-318/17, C-319/17 u C-438/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019.
Bashar Ibrahim et vs Bundesrepublik Deutschland u Bundesrepublik Deutschland vs Taus Magamadov.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 33(2)(a) – Ċaħda mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti preċedenti ta’ protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor – Artikolu 52 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ din id-direttiva – Artikoli 4 u 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Nuqqasijiet sistemiċi tal-proċedura ta’ ażil f’dan l-Istat Membru l-ieħor – Ċaħda sistemika tal-applikazzjonijiet għall-ażil – Riskju reali u pprovat li persuna tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti – Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-aħħar Stat.
Kawżi magħquda C-297/17, C-318/17, C-319/17 u C-438/17.
Identificator ECLI: ECLI:EU:C:2019:219
Kawżi magħquda C‑297/17, C‑318/17, C‑319/17 u C‑438/17
Bashar Ibrahim et
vs
Bundesrepublik Deutschland
u
Bundesrepublik Deutschland
vs
Taus Magamadov
(talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Marzu 2019
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 33(2)(a) – Ċaħda mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ta’ applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti preċedenti ta’ protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor – Artikolu 52 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ din id-direttiva – Artikoli 4 u 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Nuqqasijiet sistemiċi tal-proċedura ta’ ażil f’dan l-Istat Membru l-ieħor – Ċaħda sistemika tal-applikazzjonijiet għall-ażil – Riskju reali u pprovat li persuna tkun suġġetta għal trattament inuman jew degradanti – Kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-aħħar Stat”
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32 – Proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Applikazzjoni li tista’ tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli mill-Istati Membri – Motiv – Għoti preċedenti ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru ieħor – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li tiġi miċħuda applikazzjoni għall-ażil, ippreżentata qabel l-20 ta’ Lulju 2015 u qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, minħabba l-għoti ta’ protezzjoni sussidjarja minn Stat Membru ieħor – Ammissibbiltà – Limiti – Applikazzjoni għall-ażil u talba biex jittieħed inkarigu ta’ dan l-applikant ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2013/32 u li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 343/2003
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 604/2013, Artikolu 49; Regolament tal-Kunsill Nru 343/2003; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/32, Artikolu 33(2)(a) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52; Direttiva tal-Kunsill 2005/85)
(ara l-punti 61, 62, 64, 66, 68 sa 74, u d-dispożittiv 1)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32 – Proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Applikazzjoni li tista’ tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli mill-Istati Membri – Motiv – Għoti preċedenti ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru ieħor – Neċessità jew possibbiltà li jsir riferiment bħala prijorità għall-proċedura ta’ teħid inkarigu jew ta’ teħid lura prevista mir-Regolament Nru 604/2013 – Assenza
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 604/2013; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/32, Artikolu 33(1) u (2)(a))
(ara l-punt 80 u d-dispożittiv 2)
Drittijiet fundamentali – Projbizzjoni tat-tortura u tal-pieni jew trattamenti inumani jew degradanti – Portata – Nuqqasijiet sistemiċi fit-tmiem il-proċedura ta’ għoti tal-protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru, minħabba kundizzjonijiet tal-ħajja tal-benefiċjarji ta’ din il-protezzjoni – Projbizzjoni, għall-Istati Membri l-oħra, li tiġi miċħuda applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli minħabba l-għoti preċedenti ta’ protezzjoni sussidjarja f’dan l-Istat Membru – Kundizzjonijiet – Evalwazzjoni tar-realtà ta’ dawn in-nuqqasijiet – Kriterji – 95788 / Neċessità ta’ sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali estrema
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 4; Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/95 u 2013/32, Artikolu 33(2)(a))
(ara l-punti 85 sa 94, 101, u d-dispożittiv 3)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċeduri għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32 – Proċedura ta’ eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Applikazzjoni li tista’ tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli mill-Istati Membri – Motiv – Għoti preċedenti ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru ieħor – Applikazzjoni għall-ażil ippreżentata mill-benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor – Nuqqasijiet sistemiċi tal-proċedura ta’ ażil f’dan l-Istat Membru li jwasslu għaċ-ċaħda sistematika tal-applikazzjonijiet għall-ażil – Assenza ta’ effett fuq il-possibblità li din l-applikazzjoni tiġi miċħuda bħala inammissibbli
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 18; Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/95 u 2013/32, Artikolu 33(1) u (2)(a))
(ara l-punti 98 sa 101, u d-dispożittiv 3)
Sunt
Applikant għall-ażil jista’ jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru li huwa normalment responsabbli mill-ipproċessar tal-applikazzjoni tiegħu jew li jkun diġà tah protezzjoni sussidjarja sakemm il-kundizzjonijiet tal-ħajja prevedibbli tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali ma jesponuhx għal sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali estrema, li tmur kontra l-projbizzjoni tat-trattamenti inumani jew degradanti
Fis-sentenza Ibrahim et, (C‑297/17, C‑318/17, C‑319/17 u C‑438/17), mogħtija fid-19 ta’ Marzu 2019, l-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja għamlet preċiżazzjonijiet dwar il-motiv ta’ inammissibbiltà addizzjonali ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, stabbilita fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32 ( 1 ) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-proċeduri”). Din id-dispożizzjoni testendi l-possibbiltà, preċedentement prevista mid-Direttiva 2005/85 ( 2 ), li applikazzjoni tiġi miċħuda bħala inammissibbli f’każ ta’ għoti preċedenti tal-istatus ta’ refuġjat minn Stat Membru ieħor, billi tippermetti wkoll tali ċaħda f’każ ta’ għoti ta’ protezzjoni sussidjarja. Fil-kawżi prinċipali, din il-protezzjoni kienet ingħatat lil diversi ċittadini ta’ pajjiż terz, rispettivament fil-Polonja u fil-Bulgarija. Sussegwentement, dawn il-persuni kienu marru l-Ġermanja, fejn kienu ppreżentaw, bejn is-sena 2012 u s-sena 2013, applikazzjonijiet għall-ażil. Wara li kienu talbu, għalxejn, lill-awtoritajiet Pollakki u Bulgari kompetenti għall-finijiet ta’ teħid lura ta’ dawn il-persuni, l-awtoritajiet Ġermaniżi ċaħdu l-applikazzjonijiet għall-ażil, mingħajr ma eżaminaw il-mertu tagħhom, ħaġa li l-persuni kkonċernati jikkontestaw permezz ta’ azzjoni ġudizzjarja.
F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel nett iddeċidiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva dwar il-proċeduri. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tagħha jipprevedu, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-direttiva japplikaw għall-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati “wara l-20 ta’ Lulju 2015 jew f’data aktar kmieni” u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjonijiet ippreżentati “qabel l-20 ta’ Lulju 2015” huma rregolati mid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/85. Il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, minkejja t-tensjoni eżistenti bejn dawn iż-żewġ regoli, Stat Membru jista’ jipprevedi applikazzjoni immedjata tad-dispożizzjoni nazzjonali li tittrasponi l-motiv ta’ inammissibbiltà addizzjonali għal applikazzjonijiet għall-ażil li jkun għadu ma ddeċidiex b’mod definittiv fuqhom u li kienu ġew ippreżentati qabel l-20 ta’ Lulju 2015 u qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali. Minħabba raġunijiet ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi, huwa madankollu neċessarju li l-applikazzjonijiet ippreżentati matul l-istess perijodu f’dan l-Istat Membru jiġu eżaminati b’mod prevedibbli u uniformi. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li tali applikazzjoni immedjata ma hijiex permessa meta kemm l-applikazzjoni għall-ażil kif ukoll it-talba għall-finijiet ta’ teħid lura kienu ġew ippreżentati qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar il-proċeduri. Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, inkwistjoni f’waħda mill-kawżi prinċipali, din l-applikazzjoni u din it-talba għadhom jaqgħu b’mod sħiħ, konformement mal-Artikolu 49 tar-Regolament Nru 604/2013 ( 3 ), taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 343/2003 ( 4 ), filwaqt li l-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar il-proċedura jirreferi biss għas-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 604/2013.
Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ingħata protezzjoni sussidjarja u li sussegwentement jippreżenta applikazzjoni għall-ażil fi Stat Membru ieħor, dan jista jiċħadha bħala inammissibbli, mingħajr ma għandu jew jista’ jirreferi bħala prijorità għall-proċeduri ta’ teħid inkarigu jew ta’ teħid lura previsti mir-Regolament Nru 604/2013.
Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-kundizzjonijiet li fihom Stat Membru jista’ jiġi mċaħħad, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mill-possibbiltà offruta mill-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva dwar il-proċeduri. F’dan ir-rigward, billi għamlet riferiment għas-sentenza tagħha Jawo ( 5 ) tal-istess jum, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, meta applikant jgħaddi minn riskju li jissubixxi, fi Stat Membru, trattament inuman jew degradanti li jmur kontra l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, din iċ-ċirkustanza tipprekludi t-trasferiment tiegħu lejn dan l-Istat Membru, irrispettivament minn jekk dan ir-riskju jeżistix fil-mument stess tat-trasferiment, matul il-proċedura ta’ ażil jew fi tmiemha. B’analoġija, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li Stat Membru ma jistax jagħmel użu mill-motiv ta’ inammissibbiltà addizzjonali meta l-kundizzjonijiet tal-ħajja prevedibbli tal-applikant fl-Istat Membru li jkun tah protezzjoni sussidjarja jesponuh, inkwantu benefiċjarju ta’ din il-protezzjoni, għal riskju serju li jissubixxi trattament inuman jew degradanti. In-nuqqasijiet inkwistjoni għandhom madankollu jilħqu livell partikolarment għoli ta’ gravità, ikkaratterizzat mill-espożizzjoni tal-persuna kkonċernata għal sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali estrema.
F’dan ir-rigward, ksur tad-Direttiva 2011/95 ( 6 ) li ma jwassalx sabiex jinkiser l-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa insuffiċjenti. Bl-istess mod, il-fatt li, fl-Istat Membru li kien ta lill-persuna kkonċernata l-protezzjoni sussidjarja, il-benefiċjarji ta’ tali protezzjoni ma jirċievu ebda benefiċċju ta’ sussistenza, jew huma destinatarji ta’ tali benefiċċju f’ammont nettament inqas milli fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jiġu ttrattati b’mod differenti minn ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, ma jippermettix li jiġi kkonstatat ksur ta’ dan l-Artikolu 4, sakemm l-applikant ma jsibx ruħu, minħabba l-vulnerabbiltà partikolari tiegħu u indipendentement mir-rieda tiegħu u mill-għażliet personali tiegħu, f’sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali estrema.
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, meta l-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni sussidjarja jirrifjuta sistematikament, mingħajr eżami reali, l-għoti tal-istatus ta’ refuġjat lil applikanti li madankollu jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti mid-Direttiva 2011/95, it-trattament tal-applikanti ma jistax jitqies bħala konformi mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, dwar id-dritt għall-ażil. Madankollu, huwa dan l-ewwel Stat Membru li għandu jkompli l-proċedura intiża sabiex jinkiseb l-istatus ta’ refuġjat, billi l-Istat Membru li fih applikazzjoni ġdida kienet ġiet ippreżentata jista’ min-naħa tiegħu, jiċħadha abbażi tal-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva dwar il-proċeduri, moqri fid-dawl tal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka.
( 1 ) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta’ Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU 2006, L 175M, p. 168).
( 3 ) Regolament (UE) 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50).
( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).
( 5 ) Sentenza tad-19 ta’ Marzu 2019, Jawo (C‑163/17).
( 6 ) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).