This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0145
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018.
Internacional de Productos Metálicos, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja – Ksur tal-ftehim antidumping konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) – It-tħassir tad-dazji antidumping definittivi li diġà nġabru – Effett mhux retroattiv – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Persuna kkonċernata individwalment – Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.
Kawża C-145/17 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018.
Internacional de Productos Metálicos, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja – Ksur tal-ftehim antidumping konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) – It-tħassir tad-dazji antidumping definittivi li diġà nġabru – Effett mhux retroattiv – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Persuna kkonċernata individwalment – Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.
Kawża C-145/17 P.
Kawża C‑145/17 P
Internacional de Productos Metálicos SA
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew ikkunsinjati mill-Malasja – Ksur tal-ftehim antidumping konkluż fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) – It-tħassir tad-dazji antidumping definittivi li diġà nġabru – Effett mhux retroattiv – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Persuna kkonċernata individwalment – Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2018
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali – Kriterji – Regolament li jħassar id-dazji antidumping definittivi – Rikors minn importatur ta’ prodotti li kienu suġġetti għall-miżuri anti-dumping ikkonċernati – Assenza ta’ inċidenza individwali
(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni 2016/278)
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji li jinvolvu miżuri ta’ implimentazzjoni – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji li jinvolvu miżuri ta’ implimentazzjoni – Kunċett – Regolament li jħassar id-dazji antidumping definittivi – Inklużjoni – Obbligu li jintużaw ir-rimedji ġudizzjarji nazzjonali
(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni 2016/278)
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti regolatorji li jinvolvu miżuri ta’ implimentazzjoni – Kunċett – Bżonn għall-miżuri ta’ implimentazzjoni li jkollhom bħala bażi legali l-att regolatorju inkwistjoni – Assenza
(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja – Inammissibbiltà
(Artikolu 263 TFUE)
Fir-rigward ta’ rikors għal annullament ippreżentat minn individwu kontra att li ma huwiex destinatarju tiegħu, meta att jaffettwa grupp ta’ persuni li kienu identifikati jew identifikabbli fil-mument meta ġie adottat dan l-att u minħabba kriterji li huma speċifiċi għall-membri tal-grupp, dawn il-persuni jistgħu mill-inqas ikunu individwalment ikkonċernati minn dan l-att sa fejn ikunu jifformaw parti minn ċirku ristrett ta’ operaturi ekonomiċi u li dan jista’ jsir b’mod partikolari meta d-deċiżjoni tbiddel id-drittijiet miksuba mill-individwu qabel l-adozzjoni tagħha.
Dan mhuwiex il-każ ta’ rikors ippreżentat kontra regolament li jħassar dazju antidumping minn importatur ta’ prodotti koperti minn din il-miżura. Fil-fatt, il-miżuri antidumping jiġu rrevokati mir-regolament ikkontestat li jaffettwaw biss lill-importaturi tal-prodotti speċifiċi suġġetti għal dawn il-miżuri, dan ir-regolament jaffettwa biss ir-rikorrenti fil-kwalità oġġettiva tagħha ta’ importatur ta’ prodotti li kienu s-suġġett tal-miżuri antidumping ikkonċernati, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni individwali tagħha. B’mod partikolari, ma jistax jiġi sostnut li l-kundizzjoni li wieħed ikun ikkonċernat individwalment, li din il-kundizzjoni hija sodisfatta fil-każ ta’ preġudizzju għal sitwazzjoni oġġettiva. Bl-istess mod, il-fatt li jkunu suġġetti għal miżuri antidumping, ma jistax validament jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi dritt miksub mir-rikorrenti qabel l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat.
(ara l-punti 36-38, 40)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 49-54)
Il-fatt li att regolatorju tal-Unjoni jinvolvi miżuri ta’ implimentazzjoni, fis-sens tal-aħħar parti tas-sentenza tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, b’tali mod li ċerti effetti legali ta’ dan l-att jimmaterjalizzaw biss permezz ta’ dawn il-miżuri, ma jeskludix li sakemm dan l-att jipproduċi, fis-sitwazzjoni legali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, effetti legali oħrajn, li ma jiddependux fuq l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni.
Għalhekk, fir-rigward ta’ rikors dirett kontra regolament li t-tneħħija tad-dazji antidumping li r-regolament ikkontestat jagħmel ma tiddependix, bħala tali, fuq l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex l-iskadenza ta’ dawn id-drittijiet titwettaq, xorta jibqa’ l-fatt li dan ir-regolament, b’mod partikolari sa fejn jipprevedi l-iskadenza ta’ dawk id-dazji mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu u jeskludi kull effett retroattiv, jista’ jimmaterjalizza, fir-rigward tal-appellanti importatur ta’ prodotti koperti b’dak ir-Regolament, biss minn intermedjarji ta’ atti adottati mill-awtoritajiet nazzjonali bil-għan tal-ġbir tad-dazji antidumping inkwistjoni qabel dik id-data. F’dan ir-rigward, jekk importatur iqis li, f’dan il-kuntest, saritlu ħsara minħabba l-imsemmi regolament, jista’ jeċċepixxi quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti din l-illegalità. Għalhekk dik il-qorti tista’, tabilħaqq għandha, skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 267 TFUE, tirreferi l-kwistjoni dwar il-validità tar-regolament inkwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
(ara l-punti 56, 57, 61)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 59)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 67)