Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62015CO0486

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2018.
Orange SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Intaxxar tal-ispejjeż.
Kawża C-486/15 P-DEP.

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2018 – Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-486/15 PDEP)

“Intaxxar tal-ispejjeż”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż indispensabbli sostnuti mill-partijiet – Kunċett – Onorarji mħallsa minn kumpannija lill-avukat tagħha

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 144(b) u 184(1))

(ara l-punt 26)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Spejjeż indispensabbli marbuta mal-proċedura tal-intaxxar – Inklużjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 144(b))

(ara l-punti 27 sa 29)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Intervent minn diversi avukati – Evalwazzjoni fid-dawl prinċipalment tan-numru totali ta’ sigħat ta’ xogħol oġġettivament indispensabbli għall-finijiet tal-proċedura

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 144(b))

(ara l-punti 35, 36)

4. 

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Intervenjent

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 144(b))

(ara l-punti 40, 41)

Dispożittiv

L-ammont totali tal-ispejjeż li l-Kummissjoni Ewropea għandha tirrimborsa lil Orange SA fil-Kawża C-486/15 P huwa stabbilit bħala EUR 31800.

Início