Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 62016CJ0534
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017.
Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s.r.o.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Inklużjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli għall-VAT – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-għoti ta’ garanzija – Ġlieda kontra l-frodi – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Libertà ta’ intrapriża – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.
Kawża C-534/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017.
Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky vs BB construct s.r.o.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Inklużjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli għall-VAT – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-għoti ta’ garanzija – Ġlieda kontra l-frodi – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Libertà ta’ intrapriża – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività.
Kawża C-534/16.
Сборник съдебна практика — общ сборник — раздел „Информация относно непубликуваните решения“
Kawża C‑534/16
Finančné riaditeľstvo Slovenskej republiky
vs
BB construct s. r. o.
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Inklużjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli għall-VAT – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-għoti ta’ garanzija – Ġlieda kontra l-frodi – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Libertà ta’ intrapriża – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2017
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa-Inklużjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud-Persuna taxxabbli li għandha amministratur li preċedentement kien konness ma’ persuna ġuridika li ma osservatx l-obbligi fiskali tagħha-Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-imsemmija persuna taxxabbli tagħti garanzija-Miżura intiża tiżgura l-ġbir korrett tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tiġi evitata l-frodi-Ammissibbiltà-Kundizzjoni-Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 16; Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 273)
Dritt tal-Unjoni-Prinċipji-Ugwaljanza fit-trattament-Obbligi tal-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa-Inklużjoni fir-reġistru tal-persuni taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud-Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-imsemmija persuna taxxabbli tagħti garanzija minħabba l-konnessjonijiet tagħha ma’ persuna ġuridika oħra li għandha arretrati tat-taxxa-Miżura intiża tiżgura l-ġbir korrett tat-taxxa fuq il-valur miżjud u sabiex tiġi evitata l-frodi-Ksur tal-imsemmi prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament-Assenza
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 273)
L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li, matul ir-reġistrazzjoni għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ persuna taxxabbli, li l-amministratur tagħha kien preċedentement l-amministratur jew l-assoċjat ta’ persuna ġuridika oħra li ma kinitx osservat l-obbligi fiskali tagħha, l-uffiċċju tat-taxxa jitlob lil din il-persuna taxxabbli tagħti garanzija li l-ammont tagħha jista’ jilħaq EUR 500000, sakemm il-garanzija mitluba mill-imsemmija persuna taxxabbli ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 273, u dan huwa l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifikah.
(ara l-punt 47 u d-dispożittiv 1)
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lill-uffiċċju tat-taxxa milli jitlob mingħand persuna taxxabbli ġdida, matul ir-reġistrazzjoni tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li tagħti tali garanzija minħabba l-konnessjonijiet tagħha ma’ persuna ġuridika oħra li għandha arretrati tat-taxxa.
(ara l-punt 47 u d-dispożittiv 2)