This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0633
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017.
London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-prattika tal-isport – Artikolu 133 – Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT – Provvisti ta’ servizzi mwettqa minn korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku.
Kawża C-633/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017.
London Borough of Ealing vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-prattika tal-isport – Artikolu 133 – Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT – Provvisti ta’ servizzi mwettqa minn korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku.
Kawża C-633/15.
Court reports – general
Kawża C-633/15
London Borough of Ealing
vs
Commissioners for her Majesty’s Revenue and Customs
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet tal-provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta mill-qrib mal-prattika tal-isport – Artikolu 133 – Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-impriżi kummerċjali suġġetti għall-VAT – Provvisti ta’ servizzi mwettqa minn korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Eżenzjonijiet-Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali-Provvista ta’ servizzi li jkollhom rabta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika-Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni-Korpi tad-dritt pubbliku li jipprovdu dawn is-servizzi-Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-imsemmija esklużjoni għall-imsemmija korpi tad-dritt pubbliku-Ammissibbiltà
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 132(1)(m) u l-ewwel u t-tieni paragrafu (d) tal-Artikolu 133)
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali-Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud-Eżenzjonijiet-Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali-Provvista ta’ servizzi li jkollhom rabta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika-Esklużjoni tal-eżenzjoni fil-każ ta’ riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni-Korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru tad-dritt pubbliku li jipprovdu dawn is-servizzi-Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni tal-imsemmija esklużjoni biss għall-imsemmija korpi li ma għandhomx skop ta’ lukru tad-dritt pubbliku-Inammissibbiltà
(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 132(1)(m) u l-ewwel u t-tieni paragrafu (d) tal-Artikolu 133)
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippreludix il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta l-osservanza tal-kundizzjoni prevista fl-ewwel paragrafu punt (d) tal-Artikolu 133 ta’ din id-direttiva, l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT lill-korpi rregolati mid-dritt pubbliku li jipprovdu provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tal-imsemmija direttiva, minkejja li, minn naħa, fl-1 ta’ Jannar 1989, dan l-Istat Membru ma kienx jissuġġetta dawn il-provvisti ta’ servizzi kollha għall-VAT u li, min-naħa l-oħra, il-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni ma ġewx eżentati mill-VAT qabel ma l-osservanza tal-imsemmija kundizzjoni ma ġiet imposta.
(ara l-punt 26 u d-dispożittiv 1)
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din tissuġġetta l-osservanza tal-kundizzjoni prevista fl-ewwel paragrafu punt (d) tal-Artikolu 133 ta’ din id-direttiva, l-għoti tal-eżenzjoni mill-VAT lill-korpi mingħajr skop ta’ lukru rregolati mid-dritt pubbliku li jipprovdu provvisti ta’ servizzi li għandhom rabta stretta mal-prattika tal-isport jew tal-edukazzjoni fiżika, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(m) tal-imsemmija direttiva, mingħajr ma tiġi applikata din il-kundizzjoni lill-korpi mingħajr skop ta’ lukru minbarra dawk irregolati mid-dritt pubbliku li jwettqu tali provvisti ta’ servizzi.
(ara l-punt 33 u d-dispożittiv 2)