Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0461

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2009/147/KE – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Żoni ta’ protezzjoni speċjali – Direttiva 85/337/KEE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni ta’ habitats naturali.
Kawża C-461/14.

Court reports – general

Kawża C‑461/14

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Renju ta’ Spanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2009/147/KE – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Żoni ta’ protezzjoni speċjali – Direttiva 85/337/KEE – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni ta’ habitats naturali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2016

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Suġġett tat-tilwima–Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża–Estensjoni sussegwenti–Inammissibbiltà–Preċiżjoni tal-ilmenti–Ammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE)

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni–Preżunzjonijiet–Inammissibbiltà–Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

    (Artikolu 258 TFUE)

  3. Ambjent–Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi–Direttiva 2009/147–Klassifikazzjoni bħala żona ta’ protezzjoni speċjali–Obbligu tal-Istati Membri–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Kriterji ta’ evalwazzjoni–Teħid inkunsiderazzjoni tal-inventarju ta’ żoni importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar tal-Ewropa–Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 4; Direttiva tal-Kunsill 79/409, Anness I)

  4. Ambjent–Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent–Direttiva 85/337–Obbligu għall-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-evalwazzjoni qabel l-awtorizzazzjoni–Portata–Neċessità li fl-evalwazzjoni jissemma l-fatt li s-sit huwa inkluż fl-inventarju ta’ żoni importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar tal-Ewropa–Assenza

    (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11)

  5. Ambjent–Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi–Direttiva 2009/147–Miżuri ta’ konservazzjoni speċjali–Obbligi tal-Istati membri–Żona kklassifikata jew li għandha tiġi kklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS)–Obbligu li jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati t-tniġġis u d-deterjorazzjoni tal-habitats–Effetti tal-implementazzjoni tad-Direttiva 92/43–Duwalità tar-regoli applikabbli għaż-żoni kklassifikati u għaż-żoni li għandhom jiġu kklassifikati bħala ŻPS

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 4(4); Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(2))

  6. Ambjent–Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi–Direttiva 2009/147–Miżuri ta’ konservazzjoni speċjali–Obbligu tal-Istati Membri li jadottaw miżuri sabiex jevitaw it-tniġġis jew id-deterjorament tal-habitat–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kummissjoni–Portata

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/147, Artikolu 4(4))

  7. Ambjent–Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa–Direttiva 92/43–Żoni ta’ protezzjoni speċjali–Obbligu tal-Istati Membri li jevitaw id-deterjorament tal-habitats naturali u tal-habitats tal-ispeċi–Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-Kummissjoni–Portata–Neċessità li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ relazzjoni kawżali bejn proġett ta’ kostruzzjoni u tfixkil sinjifikattiv ikkawżat għall-ispeċi kkonċernati–Assenza

    (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 26, 27)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 50)

  3.  Għalkemm ma huwiex legalment vinkolanti, l-inventarju ta’ żoni importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar tal-Ewropa, jista’ jintuża mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala element ta’ referenza li jippermetti li jiġi evalwat jekk Stat Membru kklassifikax numru u medda suffiċjenti ta’ territorji bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali. L-imsemmija pubblikazzjoni tippreżenta inventarju aġġornat taż-żoni importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar fl-Istati Membri li, fl-assenza ta’ provi xjentifiċi kuntrarji, jikkostitwixxi element ta’ referenza li jippermetti li jiġi evalwat jekk Stat Membru kklassifikax bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali territorji suffiċjenti, bħala numru u bħala medda, sabiex joffri protezzjoni lill-ispeċi ta’ għasafar kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 79/409, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif ukoll lill-ispeċi migratorji li ma jissemmewx f’dan l-anness.

    (ara l-punti 51, 52)

  4.  Madankollu, ebda dispożizzjoni tad-Direttiva 85/337, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, ma teżiġi li l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent għandha ssemmi li sit ikkonċernat minn proġett suġġett għal tali evalwazzjoni jinsab f’inventarju ta’ żoni importanti għall-konservazzjoni tal-għasafar tal-Ewropa.

    (ara l-punt 53)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 70, 71)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 77, 83)

  7.  Attività tkun konformi mal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, fil-każ biss li jkun iggarantit li din l-attività ma tikkawża ebda tfixkil li jista’ jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-għanijiet ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari l-għanijiet ta’ konservazzjoni segwiti minnha. F’dan ir-rigward, l-imsemmija dispożizzjoni tobbliga lill-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati sabiex jevitaw, fiż-żoni ta’ protezzjoni speċjali kklassifikati konformement mal-paragrafu 1 ta’ dan l-aħħar artikolu, id-deterjorament tal-habitats kif ukoll it-tfixkil li jaffettwa b’mod sinjifikattiv l-ispeċi li għalihom iż-żoni ta’ protezzjoni speċjali jkunu ġew ikklassifikati.

    Fir-rigward ta’ proġett ta’ kostruzzjoni ta’ linja tal-ferrovija b’veloċità għolja, sabiex jiġi stabbilit nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43, il-Kummissjoni ma hijiex meħtieġa tistabbilixxi l-eżistenza ta’ relazzjoni kawżali bejn l-imsemmija kostruzzjoni u tfixkil sinjifikattiv ikkawżat għall-ispeċi kkonċernati. Fil-fatt, huwa biżżejjed li din l-istituzzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ probabbiltà jew ta’ riskju li din il-kostruzzjoni tikkawża tfixkil sinjifikattiv għal dawn l-ispeċi.

    (ara l-punti 94, 95, 97)

Top