This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0375
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016.
Proċeduri kriminali kontra Rosanna Laezza.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu provduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Sentenza tal‑Qorti tal-Ġustizzja li kienet iddikjarat inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-liċenzji għall-attività ta’ ġbir ta’ mħatri – Riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida – Trasferiment bla ħlas tal-użu ta’ beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri – Restrizzjoni – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità.
Kawża C-375/14.

Court reports – general
Kawża C‑375/14
Proċeduri kriminali
kontra
Rosanna Laezza
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu provduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Sentenza tal‑Qorti tal-Ġustizzja li kienet iddikjarat inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-liċenzji għall-attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida — Trasferiment bla ħlas tal-użu ta’ beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-konċessjonarju li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Ġlieda kontra l-kriminalità — Proporzjonalità — Verifika mill-qorti nazzjonali
(Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva li timponi fuq il-konċessjonarju li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika
Fil-fatt, tali dispożizzjoni nazzjonali tista’ tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ din l-attività. Barra minn hekk, ir-riskju għal impriża li jkollha tittrasferixxi, mingħajr korrispettiv finanzjarju, l-użu tal-beni fil-pussess tagħha jista’ jżommha milli tikseb qliegħ mill-investiment tagħha. F’dan ir-rigward, għalkemm din id-dispożizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata sa fejn tfittex għan relatat mal-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-logħob tal-ażżard, li huwa ta’ natura li jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni għal-libertajiet fundamentali, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk ir-restrizzjoni inkwistjoni tissodisfax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(ara l-punti 23, 32, 34, 37, 44 u d-dispożittiv)