This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0300
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016.
Charles Kohll u Sylvie Kohll-Schlesser vs Directeur de l'administration des contributions directes.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 21 u 45 TFUE – Moviment liberu u libertà ta’ residenza tal-persuni kif ukoll tal-ħaddiema – Taxxa fuq id-dħul – Pensjoni tal-irtirar – Kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti – Kundizzjonijiet ta’ għoti – Pussess ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa maħruġ mill-amministrazzjoni nazzjonali.
Kawża C-300/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016.
Charles Kohll u Sylvie Kohll-Schlesser vs Directeur de l'administration des contributions directes.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 21 u 45 TFUE – Moviment liberu u libertà ta’ residenza tal-persuni kif ukoll tal-ħaddiema – Taxxa fuq id-dħul – Pensjoni tal-irtirar – Kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti – Kundizzjonijiet ta’ għoti – Pussess ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa maħruġ mill-amministrazzjoni nazzjonali.
Kawża C-300/15.
Court reports – general
Kawża C‑300/15
Charles Kohll
u
Sylvie Kohll-Schlesser
vs
Directeur de l’administration des contributions directes
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 21 u 45 TFUE — Moviment liberu u libertà ta’ residenza tal-persuni kif ukoll tal-ħaddiema — Taxxa fuq id-dħul — Pensjoni tal-irtirar — Kreditu ta’ taxxa għall-pensjonanti — Kundizzjonijiet ta’ għoti — Pussess ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa maħruġ mill-amministrazzjoni nazzjonali”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016
Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Ċittadin ta’ Stat Membru residenti fih u li jibbenefika minn pensjoni ta’ rtirat mħallsa minn debitur stabbilit fi Stat Membru ieħor abbażi ta’ impjieg imħallas preċedenti li l-persuna kkonċernata kellha preċedentement fl-imsemmi Stat Membru – Inklużjoni
(Artikolu 45 TFUE)
Ċittadinanza tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Ċittadin ta’ Stat Membru residenti fih u li jibbenefika minn pensjoni ta’ rtirat mħallsa minn debitur stabbilit fi Stat Membru ieħor abbażi tar-residenza tiegħu fl-imsemmi Stat Membru – Inklużjoni
(Artikolu 21 TFUE)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Identifikazzjoni tal-elementi rilevanti tad-dritt tal-Unjoni
(Artikolu 267 TFUE)
Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Taxxa fuq id-dħul – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-benefiċċju ta’ kreditu ta’ taxxa għall-għall-persuni taxxabbli li jirċievu pensjoni taxxabbli f’dan l-Istat Membru u li jkollhom ċertifikat taż-żamma tat-taxxa maħruġ mill-amministrazzjoni nazzjonali – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza
(Artikolu 21 TFUE u 45 TFUE)
Ċittadin u resident ta’ Stat Membru jista’ jinvoka l-Artikolu 45 TFUE f’dak li jirrigwarda l-pensjoni tal-irtirar imħallsa abbażi tal-impjieg imħallas preċedenti tiegħu fi Stat Membru li la huwa dak li tiegħu huwa ċittadin u lanqas dak ta’ fejn jirresjedi fid-data ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk, wara li ħadem f’dan l-Istat Membru l-ieħor, huwa ma stabbilixxiex ruħu fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, sabiex hemmhekk ifittex jew jokkupa impjieg.
(ara l-punt 28)
Ara t-test tad-deċiżjoni
(ara l-punt 32)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 35)
L-Artikoli 21 u 45 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali li tirriżerva l-benefiċċju ta’ kreditu ta’ taxxa tal-pensjonanti biss għall-persuni taxxabbli li jkollhom ċertifikat taż-żamma tat-taxxa, meta dan tal-aħħar ma jinħariġx meta din il-pensjoni, għalkemm tkun taxxabbli fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna taxxabbli, ma tkunx is-suġġett ta’ taxxa f’ras il-għajn f’dan l-Istat Membru, minħabba, b’mod partikolari, il-fatt li d-debitur tal-imsemmija pensjoni huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor.
B’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-Artikolu 45 TFUE, billi tintroduċi differenza fit-trattament bejn il-persuni taxxabbli residenti fl-Istat Membru kkonċernat, skont l-Istat Membru li minnu joriġinaw il-pensjonijiet tal-irtirar, taxxabbli fl-imsemmi Stat Membru, li minnhom huma jibbenefikaw, u billi tirrifjuta l-vantaġġ fiskali tal-kreditu ta’ taxxa lill-persuni taxxabbli li d-debitur tal-pensjoni tagħhom huwa stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tiddiswadi lill-ħaddiema milli jfittxu jew jaċċettaw xogħol fi Stat Membru ieħor. Fir-rigward tal-Artikolu 21 TFUE, sa fejn il-miżura jew il-vantaġġ fiskali tal-kreditu ta’ taxxa huwa rrifjutat lil persuna taxxabbli li eżerċitat il-libertà tagħha ta’ moviment u ta’ residenza fi Stat Membru ieħor li ma huwiex dak taċ-ċittadinanza tagħha u li tibbenefika, abbażi tar-residenza tagħha f’dan l-Istat Membru l-ieħor, minn pensjoni mħallsa minn debitur stabbilit f’dan l-aħħar Stat, din il-persuna taxxabbli tkun żvantaġġata meta mqabbla ma’ persuni taxxabbli li ma eżerċitawx il-libertà tagħhom ta’ moviment u ta’ residenza fi Stat Membru ieħor.
Tali differenza fit-trattament ma tistax tiġi spjegata b’differenza ta’ sitwazzjoni oġġettiva. Fil-fatt, il-kreditu ta’ taxxa ġie stabbilit biex tiġi segwita politika fiskali selettiva favur persuni li jifformaw parti mill-istrati soċjali l-iktar vulnerabbli, billi jippermetti li jkollhom, b’konsegwenza ta’ tali vantaġġ fiskali, dħul disponibbli ikbar. Issa, fid-dawl ta’ tali għan, persuna taxxabbli resident li tirċievi pensjoni tal-irtirar li toriġina minn Stat Membru ieħor mhux neċessarjament li tinsab f’sitwazzjoni differenti minn dik ta’ persuna taxxabbli residenti li tirċievi tali pensjoni minn debitur stabbilit fl-Istat Membru ta’ residenza tagħha, peress li dawn il-persuni taxxabbli jistgħu t-tnejn li huma jkunu jifformaw parti mill-istrati soċjali l-iktar vulnerabbli. Tali differenza fit-trattament la tista’ tiġi ġġustifkata minn kunsiderazzjonijiet ta’ natura amministrattiva u prattika u lanqas mill-ħtieġa li tiġi ppreżervata l-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali. Fil-fatt, fl-ewwel lok, dak li huwa kkontestat la hija s-sistema bbażata fuq it-taxxa f’ras il-għajn u lanqas in-natura xierqa u prattika tal-ħruġ ta’ ċertifikat taż-żamma tat-taxxa, iżda r-rifjut assolut li jingħata vantaġġ fiskali meta l-persuna taxxabbli kkonċernata ma tkunx f’pożizzjoni li tipproduċi tali ċertifikat, minkejja li tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra sabiex tkun tista’ tibbenefika mill-imsemmi vantaġġ. Issa, ma jistax jiġi eskluż a priori li persuna taxxabbli tista’ tipprovdi dokumenti rilevanti li jippermettu li l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru ta’ tassazzjoni jivverifikaw, b’mod ċar u preċiż, l-awtentiċità u n-natura tad-dħul mill-pensjoni li joriġina minn Stat Membru ieħor. Fit-tieni lok, il-vantaġġ fiskali inkwistjoni ma huwiex impaċi permezz ta’ impożizzjoni partikolari.
(ara l-punti 38, 40, 41, 44, 47, 48, 50, 53-55, 61-63 u d-dispożittiv)