This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CO0580
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015.
Sandra Bitter, en qualité de mandataire liquidateur de Ziegelwerk Höxter GmbH vs Bundesrepublik Deutschland.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Multa għall-eċċess tal-emissjonijiet – Proporzjonalità.
Kawża C-580/14.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015.
Sandra Bitter, en qualité de mandataire liquidateur de Ziegelwerk Höxter GmbH vs Bundesrepublik Deutschland.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Multa għall-eċċess tal-emissjonijiet – Proporzjonalità.
Kawża C-580/14.
Court reports – general
Kawża C‑580/14
Sandra Bitter
vs
Bundesrepublik Deutschland
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Multa għall-eċċess tal-emissjonijiet — Proporzjonalità”
Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015
Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura
(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99)
Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Proporzjonalità — Portata — Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att
Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 2003/87 — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Multa fl-assenza ta’ ċediment ta’ kwoti suffiċjenti fi tmiem it-terminu — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 16(3))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 21)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 23-27)
L-eżami tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE, peress li dan l-artikolu jipprevedi multa ta’ EUR 100 għal kull tunnellata tal-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda l-kwoti, ma jirrivela l-ebda element ta’ natura li jaffetwa l-validità tiegħu fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(ara l-punt 35 u d-dispożittiv)