This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0342
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015.
X-Steuerberatungsgesellschaft vs Finanzamt Hannover-Nord.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Direttiva 2005/36/KE – Artikolu 5 – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 2006/123/KE – Artikoli 16 u 17(6) – Artikolu 56 TFUE – Kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru u li tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi r-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tal-kumpanniji ta’ konsulenza fiskali.
Kawża C-342/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015.
X-Steuerberatungsgesellschaft vs Finanzamt Hannover-Nord.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Direttiva 2005/36/KE – Artikolu 5 – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Direttiva 2006/123/KE – Artikoli 16 u 17(6) – Artikolu 56 TFUE – Kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru u li tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi r-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tal-kumpanniji ta’ konsulenza fiskali.
Kawża C-342/14.
Court reports – general
Kawża C‑342/14
X-Steuerberatungsgesellschaft
vs
Finanzamt Hannover-Nord
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Direttiva 2005/36/KE — Artikolu 5 — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 2006/123/KE — Artikoli 16 u 17(6) — Artikolu 56 TFUE — Kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru u li tipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi r-reġistrazzjoni u r-rikonoxximent tal-kumpanniji ta’ konsulenza fiskali”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Attività ta’ assistenza professjonali fil‑qasam fiskali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru ieħor u li teżerċità fih l-attività tagħha b’mod mhux irregolat — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kwalifiki miksuba minn din il-kumpannija jew mill-persuni li qed jaġixxu f’isimha — Inammissibbiltà
(Artikolu 56 TFUE)
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-attività ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali, tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ kumpannija ta’ konsulenza fiskali, ikkostitwita b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor fejn din il-kumpannija ġiet stabbilita, li tistabbilixxi, f’dan l-aħħar Stat Membru fejn l-attività ta’ konsulenza fiskali ma hijiex irregolata, dikjarazzjoni fiskali għal destinatarju f’dan l-ewwel Stat Membru u tibgħatha lill-awtorità fiskali ta’ dan, mingħajr ma l-kwalifika miksuba minn din il-kumpannija, jew mill-persuni fiżiċi li jwettqu għal din il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali, fi Stati Membri oħra tiġi rikonoxxuta fil-valur ġust tagħha u debitament meħuda inkunsiderazzjoni.
Fil-fatt, billi tissuġġetta l-eżerċizzju minn kumpannija ta’ konsulenza fiskali, tal-attività ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, awtorizzazzjoni li hija nnifisha suġġetta għall-kwalifika professjonali xierqa tad-diretturi tagħha, din il-leġiżlazzjoni tipprojbixxi kull possibbiltà għal kumpannija ta’ konsulenza fiskali stabbilita fi Stat Membru ieħor fejn din l-attività hija legalment eżerċitata mingħajr ma hija rregolata milli tipprovdi s-servizzi tagħha fl-Istat Membru li fih l-aċċess għal din l-attività huwa rregolat.
F’dan ir-rigward, għalkemm huwa veru li r-restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tista’ tiġi ġġustifikata minn għanijiet bħall-prevenzjoni tal-evażjoni fiskali u l-protezzjoni tal-konsumaturi, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni għandha xorta waħda tippermetti li tiġi rrikonoxxuta fil-valur ġust tagħha u li debitament ttieħed inkunsiderazzjoni kwalifika fil-qasam tal-assistenza professjonali fil-qasam fiskali miksuba minn fornitur ta’ servizzi jew minn persuni li qed jaġixxu f’ismu fi Stat Membru ieħor
Barra minn hekk, obbligu ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali li jipproċedi għal sempliċi dikjarazzjoni minn qabel lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih l-aċċess għall-attività ta’ assistenza professjonali fil-qasam fiskali huwa rregolat u fejn dan il-fornitur ta’ servizzi jkun biħsiebu jipprovdi tali servizzi, tal-intenzjoni tiegħu f’dan ir-rigward, bħala prinċipju ma jistax jitqies bħala li jmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ prevenzjoni tal-evażjoni fiskali u tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Tali obbligu jkun tali li jippermetti lil dawk l-awtoritajiet li jwettqu l-verifika tal-kwalifika miksuba, fejn mill-esperjenza jkun meħtieġ, minn dan il-fornitur, jew mill-persuni fiżiċi li jipprovdu s-servizz ikkonċernat għal dan, fi Stati Membri oħra, fil-qasam partikolari tat-tassazzjoni li fih l-istess fornitur għandu l-intenzjoni li jeżerċita l-attività tiegħu.
(ara l-punti 49, 53, 55, 56, 60 u d-dispożittiv.)