Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex
Document 62013CO0688
Gimnasio Deportivo San Andrés
Gimnasio Deportivo San Andrés
Kawża C‑688/13
Gimnasio Deportivo San Andrés SL
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil Nru 3 ta’ Barcelona)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Trasferiment ta’ impriża — Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE — Trasferent li huwa suġġett għal proċedura ta’ insolvenza — Garanzija ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ responsabbiltà mit-trasferent għal ċerti djun tal-impriża ttrasferita”
Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Eżami tal-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni – Esklużjoni – Għoti lill-qorti tar-rinviju tal-elementi kollha għall-interpretazzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni – Inklużjoni – Riformulazzjoni tad-domandi
(Artikolu 267 TFUE)
Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trasferimenti ta’ impriżi – Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema – Direttiva 2001/23 – Eċċezzjonijiet – Trasferiment matul proċedura ta’ insolvenza – Stat Membru li jkun għażel li jagħmel użu mill-Artikolu 5(2) tad-Direttiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi jew tippermetti in-nuqqas ta’ teħid ta’ responsabbiltà għad-djun, inklużi dawk marbuta mas-sistema legali tas-sigurtà soċjali, tat-trasferent naxxenti minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg – Applikabbiltà għall-piżijiet naxxenti minn kuntratti ta’ xogħol li spiċċaw qabel id-data tat-trasferiment – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Direttiva tal-Kunsill 2001/23, Artikoli 3(4)(b) u 5(2))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 30-33)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji għandha tiġi interpretata fis-sens li:
|
— |
f’każ li, fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ impriża, it-trasferent ikun suġġett għal proċedura ta’ insolvenza li tinsab taħt il-kontroll ta’ awtorità pubblika kompetenti u li l-Istat Membru kkonċernat ikun għażel li juża l-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, dan tal-aħħar ma jipprekludix lil dan l-Istat Membru milli jipprevedi jew milli jippermetti li l-piżijiet imposti fuq it-trasferent, fid-data tat-trasferiment jew tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza, minn kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg, inklużi dawk marbuta mal-iskema legali ta’ sigurtà soċjali, ma jiġux ittrasferiti liċ-ċessjonarju, bil-kundizzjoni li din il-proċedura tiżgura protezzjoni tal-impjegati tal-inqas ekwivalenti għal dik stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 80/987, [dwar it-taqrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom], dan l-Istat Membru ma huwiex madankollu prekluż milli jipprevedi li tali piżijiet għandhom jiġu sostnuti miċ-ċessjonarju anki f’każ ta’ insolvenza tat-trasferent; |
|
— |
bla ħsara għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(4)(b) tagħha, l-imsemmija direttiva ma tistabbilixxix obbligi fir-rigward tal-piżijiet tat-trasferent naxxenti minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg li spiċċaw qabel id-data tat-trasferiment, iżda ma tostakolax li leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tippermetti t-trasferiment ta’ tali piżijiet liċ-ċessjonarju. |
(ara l-punt 59 u d-dispożittiv)
Kawża C‑688/13
Gimnasio Deportivo San Andrés SL
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil Nru 3 ta’ Barcelona)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Trasferiment ta’ impriża — Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE — Trasferent li huwa suġġett għal proċedura ta’ insolvenza — Garanzija ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ responsabbiltà mit-trasferent għal ċerti djun tal-impriża ttrasferita”
Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Eżami tal-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni — Esklużjoni — Għoti lill-qorti tar-rinviju tal-elementi kollha għall-interpretazzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni — Inklużjoni — Riformulazzjoni tad-domandi
(Artikolu 267 TFUE)
Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Trasferimenti ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Direttiva 2001/23 — Eċċezzjonijiet — Trasferiment matul proċedura ta’ insolvenza — Stat Membru li jkun għażel li jagħmel użu mill-Artikolu 5(2) tad-Direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi jew tippermetti in-nuqqas ta’ teħid ta’ responsabbiltà għad-djun, inklużi dawk marbuta mas-sistema legali tas-sigurtà soċjali, tat-trasferent naxxenti minn kuntratti jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg — Applikabbiltà għall-piżijiet naxxenti minn kuntratti ta’ xogħol li spiċċaw qabel id-data tat-trasferiment — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet