EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0042

Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie

Kawża C‑42/14

Minister Finansów

vs

Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie

(talba għal deċiżjoni preliminari imressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Kiri ta’ proprjetà immobbli — Provvista tal-elettriku, tat-tisħin u tal-ilma kif ukoll ġbir ta’ skart — Kuntratti bejn sid il-kera u l-fornituri ta’ dawn l-oġġetti u servizzi — Provvisti pprovduti lill-kerrej kkunsidrati li jiġu pprovduti minn sid il-kera — Spejjeż tal-kiri — Determinazzjoni tal-ammont taxxabbli — Possibbiltà li jiġu inklużi l-ispejjeż tal-kiri fl-ammont taxxabbli tas-servizzi tal-kiri — Tranżazzjoni magħmula minn servizz uniku jew minn diversi servizzi indipendenti”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ April 2015

  1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Kunsinna ta’ beni – Provvista ta’ servizzi – Kuntratt ta’ provvista tal-elettriku, tat-tisħin u tal-ilma kif ukoll ġbir ta’ skart konkluż fil-kuntest tal-kiri ta’ proprjetà immobbli – Provvisti żgurati minn operaturi terzi favur il-kerrej – Provvisti pprovduti minn sid il-kera

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 14(1), 15(1) u 24(1))

  2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Provvista ta’ servizzi – Operazzjonijiet komposti minn diversi elementi – Tranżazzjoni li għandha titqies bħala provvista waħda – Kriterji ta’ determinazzjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

  3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Provvista ta’ servizzi – Operazzjonijiet komposti minn diversi elementi – Kiri ta’ proprjetajiet immobbli – Provvista ta’ servizzi marbutin mal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli – Tranżazzjoni unika komposta minn provvisti distinti – Kundizzjonijiet – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

  1.  L-Artikoli 14(1), 15(1) u 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva 2009/162, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-kiri ta’ proprjetà immobbli, il-provvista tal-elettriku, tat-tisħin u tal-ilma kif ukoll il-ġbir ta’ skart, żgurati minn operaturi terzi favur il-kerrej li juża’ direttament dawn l-oġġetti u servizzi, għandhom jitqiesu li jitwettqu minn sid il-kera meta dan ikun ikkonkluda l-kuntratti għall-provvista ta’ dawn is-servizzi u meta dan sempliċement jittrażmetti l-ispejjeż lill-kerrej.

    (ara l-punt 28 u d-dispożittiv 1)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 30, 31)

  3.  Id-direttiva 2009/162, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva 2009/162, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kiri ta’ proprjetà immobbli u l-provvista tal-ilma, tal-elettriku u tat-tisħin kif ukoll il-ġbir ta’ skart li jakkumpanjaw dan il-kiri għandhom, fil-prinċipju, jitqiesu li jikkostitwixxu diversi servizzi distinti u indipendenti qabel ma jiġu evalwati separatament mill-perspettiva tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ħlief meta elementi tat-tranżazzjoni, inklużi fih dawk li jindikaw ir-raġuni ekonomika għall-konklużjoni tal-kuntratt, ikunu tant marbuta mill-qrib li jifformaw, oġġettivament, provvista ekonomika waħda inseparabbli u li d-diżintegrazzjoni tagħha tkun artifiċjali.

    Hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq l-evalwazzjonijiet neċessarji billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kiri u s-servizzi li jakkumpanjawh u b’mod partikolari l-kontenut tal-kuntratt stess.

    Fil-fatt, sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi pprovduti jikkostitwixxux diversi provvisti indipendenti jew provvista unika, jeħtieġ li jiġu eżaminati l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni kkonċernata.

    L-elementi li jirriflettu l-interessi tal-partijiet kontraenti, bħal pereżempju, il-modalitajiet tat-tariffa u tal-fatturazzjoni jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġu determinati l-elementi karatteristiċi tat-tranżazzjoni kkonċernata. Hemm lok, b’mod partikolari, li jiġi vverifikat jekk, skont il-kuntratt, il-kerrej u sid il-kera jixtiqux, qabel kollox, rispettivament, jiksbu u joffru l-kiri ta’ proprjetà immobbli u jfittxu biss sussidjarjament li jiksbu għall-wieħed u jipprovdu għall-ieħor provvisti oħra anki jekk dawn huma neċessarji għat-tgawdija tal-proprjetà.

    Għaldaqstant, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi li ġejjin li jippermettu li ssir distinzjoni bejn żewġ każijiet prinċipali.

    L-ewwel nett, jekk il-kerrej għandu l-possibbiltà li jagħżel il-fornituri tiegħu u/jew il-modalitajiet ta’ użu tal-oġġetti jew tas-servizzi inkwistjoni, il-provvisti marbuta ma’ dawn l-oġġetti jew servizzi jistgħu, fil-prinċipju, jitqiesu li huma distinti mill-kiri. B’mod partikolari, jekk il-kerrej jista’ jiddeċiedi l-konsum tiegħu tal-ilma, tal-elettriku jew tat-tisħin, li jistgħu jiġu vverifikati bl-installazzjoni ta’ arloġġi individwali u ffatturati skont l-imsemmi konsum, il-provvisti marbuta ma’ dawn l-oġġetti jew servizzi jistgħu, fil-prinċipju, jitqiesu li huma distinti mill-kiri. Fir-rigward tas-servizzi bħat-tindif tal-partijiet komuni ta’ immobbli f’koproprjetà, għandhom jitqiesu li huma distinti mill-kiri jekk jistgħu jiġu organizzati minn kull kerrej individwalment jew mill-kerrejja kollettivament u li, f’kull każ, il-fatturi indirizzati lill-kerrej isemmu l-provvista ta’ dawn l-oġġetti u servizzi f’postijiet distinti mill-kera.

    F’dan il-każ, is-sempliċi fatt li n-nuqqas ta’ ħlas ta’ spejjeż tal-kiri jippermetti lil sid il-kera jittermina l-kuntratt ta’ kiri ma jipprekludi b’ebda mod li l-provvisti li magħhom huma relatati dawn l-ispejjeż jikkostitwixxu provvisti distinti mill-kiri.

    Barra minn hekk, il-fatt li l-kerrej għandu l-possibbiltà jikseb dawn il-provvisti mingħand il-fornitur tal-għażla tiegħu lanqas ma huwa fih innifsu determinanti peress li l-possibbiltà li l-elementi ta’ provvista unika jistgħu, f’ċirkustanzi oħra, jiġu pprovduti separatament hija inerenti għall-kunċett ta’ tranżazzjoni unika komposta.

    It-tieni nett, jekk proprjetà immobbli offruta għall-kiri tidher oġġettivament, minn perspettiva ekonomika, li tifforma unità mas-servizzi li jakkumpanjawha, dawn tal-aħħar jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu provvista unika mal-kiri. Dan jista’ japplika wkoll għall-kiri ta’ uffiċini lesti għall-okkupazzjoni, lesti għall-użu bi provvista ta’ utilitajiet u ta’ ċerti servizzi oħra, u għall-kiri ta’ proprjetà immobbli għal perijodu qasir, b’mod partikolari għall-vaganzi jew għal raġunijiet professjonali, li huma offerti ma’ dawn is-servizzi mingħajr ma dawn is-servizzi jistgħu jiġu sseparati.

    Barra minn hekk, għalkemm sid il-kera ma għandux huwa stess il-possibbiltà li jagħżel liberament u indipendentement, b’mod partikolari minn sidien il-kera oħra, il-fornituri u l-modalitajiet ta’ użu tal-oġġetti u tas-servizzi li jakkumpanjaw il-kiri, is-servizzi inkwistjoni huma ġeneralment inseparabbli mill-kiri u jistgħu wkoll jitqiesu li jifformaw unità, u b’hekk provvista unika, ma’ din tal-aħħar. Dan japplika b’mod partikolari meta sid il-kera, proprjetarju ta’ parti minn immobbli kollettiv, huwa obbligat li juża fornituri indikati mill-unità ta’ koproprjetà u li jħallas parti mill-ispejjeż kollettivi li huma marbuta ma’ dawn il-provvisti li huwa sussegwentement jittrażmetti lill-kerrej.

    F’dan it-tieni każ, evalwazzjoni separata tal-provvista tas-servizzi tal-kiri, fir-rigward tal-issuġġettar tagħhom għat-taxxa fuq il-valur miżjud, tikkostitwixxi diżintegrazzjoni artifiċjali ta’ tranżazzjoni ekonomika unika.

    (ara l‑punti 32, 37-44, 47 u d‑dispożittiv 2)

Top

Keywords
Summary

Keywords

1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Kunsinna ta’ beni — Provvista ta’ servizzi — Kuntratt ta’ provvista tal-elettriku, tat-tisħin u tal-ilma kif ukoll ġbir ta’ skart konkluż fil-kuntest tal-kiri ta’ proprjetà immobbli — Provvisti żgurati minn operaturi terzi favur il-kerrej — Provvisti pprovduti minn sid il-kera

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 14(1), 15(1) u 24(1))

2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ servizzi — Operazzjonijiet komposti minn diversi elementi — Tranżazzjoni li għandha titqies bħala provvista waħda — Kriterji ta' determinazzjoni

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

3. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ servizzi — Operazzjonijiet komposti minn diversi elementi — Kiri ta’ proprjetajiet immobbli — Provvista ta’ servizzi marbutin mal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli — Tranżazzjoni unika komposta minn provvisti distinti– Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali