This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0286
Dole Food u Dole Fresh Fruit Europe vs Il-Kummissjoni

Kawża C‑286/13 P
Dole Food Company Inc.
u
Dole Fresh Fruit Europe, li qabel kienet Dole Germany OHG
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-banana — Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Motivazzjoni tardiva — Preżentazzjoni tardiva tal-provi — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Prinċipji li jirregolaw l-istabbiliment tal-fatti — Żnaturament tal-fatti — Evalwazzjoni tal-provi — Struttura tas-suq — Obbligu għall-Kummissjoni li tippreċiża l-aspetti tal-iskambju tal-informazzjoni li jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-għan — Oneru tal-prova — Kalkolu tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ ta’ sussidjarji mhux involuti fil-ksur — Għadd doppju ta’ bejgħ tal-istess banana”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015
Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Preżentazzjoni tardiva tal-provi – Kundizzjonijiet
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1))
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))
Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tan-neċessità li tiġi kkompletata l-informazzjoni – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 256(1) TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64)
Appell – Aggravji – Motivazzjoni insuffiċjenti – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ
(Artikolu 253 KE)
Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-iżvilupp ta’ dan tal-aħħar – Distinzjoni bejn ksur bl-għan u ksur bl-effett – Intenzjoni tal-partijiet li jikkonkludu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur bl-għan – Grad suffiċjenti ta’ dannu – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Artikolu 81(1) KE)
Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Għan jew effett antikompetittiv – Preżunzjoni – Kundizzjonijiet
(Artikolu 81(1) KE)
Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Għan antikompetittiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq – Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezzijiet tal-konsumaturi – Assenza ta’ rilevanza
(Artikolu 81(1) KE)
Akkordji – Prattika miftiehma – Kunċett – Neċessità ta’ rabta kawżali bejn il-ftehim u l-aġir tal-impriżi fis-suq – Preżunzjoni tal-eżistenza ta’ din ir-rabta kawżali – Oneru tal-impriża kkonċernata li tirribatti din il-preżunzjoni – Provi
(Artikolu 81(1) KE)
Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija parent u sussidjarji – Unità ekonomika
(Artikolu 81(1) KE)
Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Natura dissważiva – Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata
(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))
Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Metodu ta’ kalkolu stabbilit mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni – Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Kriterji – Bejgħ relatat direttament jew indirettament mal-ksur
(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 44)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 50)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 58)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 83)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 93-94)
Fir-rigward ta’ aġir antikompetittiv li jaqa’ taħt l-Artikolu 81 KE, ċerti tipi ta’ koordinazzjoni bejn impriżi jiżvelaw grad suffiċjenti ta’ dannu għall-kompetizzjoni b’mod li jista’ jiġi kkonstatat li ma hemmx bżonn li jsir eżami tal-effetti tagħhom. Konsegwentement, ċertu aġir kollużiv, bħal dak li jwassal għall-iffissar orizzontali tal-prezzijiet permezz ta’ kartelli, jista’ jitqies li tant joħloq effetti negattivi, partikolarment, fuq il-prezz, fuq il-kwantità jew fuq il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) KE, jiġi kkunsidrat li huwa ineffettiv sabiex jintwera li dan għandu effetti konkreti fuq is-suq. Fejn l-analiżi ta’ tip ta’ koordinazzjoni bejn impriżi ma tirrileva ebda grad suffiċjenti ta’ dannu fir-rigward tal-kompetizzjoni, għandhom min-naħa l-oħra jiġu eżaminati l-effetti tal-koordinazzjoni u, sabiex jiġi prekluż, huwa neċessarju li tiġi kkonstatata l-preżenza ta’ fatturi li juru li kien hemm effettivament prevenzjoni, restrizzjoni jew distorsjoni kunsiderevoli tal-kompetizzjoni.
Sabiex jiġi evalwat jekk tip ta’ koordinazzjoni bejn impriżi għandux grad suffiċjenti ta’ dannu sabiex jitqies li huwa restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-“għan” fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE, għandu jkun hemm kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, għall-għanijiet li huwa intiż li jilħaq kif ukoll għall-kuntest ekonomiku u ġuridiku tiegħu. Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-imsemmi kuntest, hemm lok ukoll li tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura tal-prodotti jew tas-servizzi affettwati kif ukoll il-kundizzjonijiet reali tal-funzjonament u tal-istruttura tas-suq jew tas-swieq inkwistjoni.
Barra minn hekk, minkejja li l-intenzjoni tal-partijiet ma tikkostitwixxix fattur neċessarju sabiex jiġi ddeterminat jekk tip ta’ koordinazzjoni bejn impriżi huwiex restrittiv, ma hemm xejn li jipprekludi lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jew lill-qrati nazzjonali jew tal-Unjoni milli jieħdu tali fattur inkunsiderazzjoni.
(ara l-punti 113, 115-118)
Fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri, il-kriterji ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni li jsawru prattika miftiehma għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kunċett inerenti tad-dispożizzjonijiet tat-trattat li jikkonċernaw il-kompetizzjoni, li jipprovdu li kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina awtonomament il-politika li huwa għandu l-intenzjoni jadotta fis-suq.
Filwaqt li huwa minnu li dan ir-rekwiżit ta’ awtonomija ma jipprekludix l-operaturi ekonomiċi milli jadattaw ruħhom b’mod għaqli għall-aġir ikkonstatat jew prevedibbli tal-kompetituri tagħhom, huwa madankollu jipprekludi rigorożament kull kuntatt dirett jew indirett bejn tali operaturi li jista’ jinfluwenza l-aġir fis-suq ta’ kompetituri attwali jew potenzjali, jew jiżvela lil tali kompetitur l-aġir tagħhom fis-suq jew l-aġir li għandhom l-intenzjoni jadottaw fis-suq, meta dan il-kuntatt ikollu bħala għan jew effett li jwassal għal kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali tas-suq inkwistjoni, b’kunsiderazzjoni għan-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, għad-daqs u għan-numru ta’ impriżi involuti u għall-volum tal-imsemmi suq.
Fil-fatt, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri jista’ jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni meta jnaqqas jew jelimina l-grad ta’ inċertezza fir-rigward tal-funzjonament tas-suq inkwistjoni, bil-konsegwenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi. B’mod partikolari, skambju ta’ informazzjoni li jista’ jelimina l-inċertezza bejn il-persuni kkonċernati fir-rigward tal-mument, tal-portata u tad-dettalji tal-adattament tal-aġir tagħhom fis-suq għandu jitqies li għandu għan antikompetittiv.
(ara l-punti 119-122)
Fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, prattika miftiehma jista’ jkollha għan antikompetittiv anki jekk ma jkollhiex rabta diretta mal-prezz tal-konsumaturi. Fil-fatt, mill-kliem tal-Artikolu 81(1) KE ma huwiex possibbli li jiġi konkluż li huma biss preklużi l-prattiki miftiehma li għandhom effett dirett fuq il-prezz imħallas mill-konsumaturi finali. A contrario, mill-imsemmi Artikolu 81(1)(a) KE jirriżulta li prattika miftiehma jista’ jkollha għan antikompetittiv meta tkun tikkonsisti fl-“iffissar dirett jew indirett tal-prezzijiet ta’ l-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta’ kondizzjonijiet oħra tan-negozju”.
Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 81 KE, bħar-regoli l-oħra tal-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat, huwa intiż li jipproteġi mhux biss l-interessi diretti tal-kompetituri jew tal-konsumaturi, iżda wkoll l-istruttura tas-suq u għalhekk il-kompetizzjoni bħala tali. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni tal-eżistenza tal-għan antikompetittiv ta’ prattika miftiehma ma hijiex suġġetta għar-rabta diretta tagħha mal-prezzijiet tal-konsumaturi.
(ara l-punti 123-125)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 126-127)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 140)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 142-145)
Fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, għalkemm l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jagħti lill-Kummissjoni marġni ta’ diskrezzjoni, huwa madankollu jillimita l-eżerċizzju ta’ din id-diskrezzjoni billi jistabbilixxi kriterji oġġettivi li għandhom jiġu segwiti mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-ewwel nett, l-ammont tal-multa li tista’ tiġi imposta fuq impriża huwa suġġett għal limitu massimu kwantifikabbli, b’mod li l-ammont massimu tal-multa li jista’ jiġi impost fuq impriża partikolari huwa ddeterminat minn qabel. It-tieni nett, l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali hija wkoll limitata b’regoli ta’ gwida imposti fuq il-Kummissjoni minnha stess.
F’dan ir-rigward, għall-finijiet tal-punt 13 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi li huma imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, dwar it-teħid inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni tal-valur tal-bejgħ imwettaq mill-impriża kkonċernata b’konnessjoni mal-ksur, l-imsemmi punt għandu bħala għan li jadotta, bħala premessa għall-kalkolu tal-multa imposta lil impriża, ammont li jirrifletti l-importanza ekonomika tal-ksur u d-daqs tal-kontribut tal-impriża f’dan ir-rigward. Konsegwentement, filwaqt li huwa minnu li l-kunċett tal-valur tal-bejgħ imsemmi f’dan il-punt 13 ma jistax jestendi għall-bejgħ imwettaq mill-impriżi inkwistjoni li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-allegat akkordju, ikun madankollu kontra l-għan ta’ din id-dispożizzjoni jekk dan il-kunċett jiġi interpretat fis-sens li jkopri biss id-dħul mill-bejgħ li fir-rigward tiegħu jiġi stabbiliti li ġie effettivament affettwat minn dan l-akkordju. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi enfasizzat li d-dħul mill-bejgħ globali li huwa r-riżultat ta’ bejgħ ta’ prodotti li huma s-suġġett tal-ksur jirrifletti bl-aħjar mod l-importanza ekonomika ta’ dan il-ksur.
(ara l-punti 146-149)
Kawża C‑286/13 P
Dole Food Company Inc.
u
Dole Fresh Fruit Europe, li qabel kienet Dole Germany OHG
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-banana — Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Motivazzjoni tardiva — Preżentazzjoni tardiva tal-provi — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Prinċipji li jirregolaw l-istabbiliment tal-fatti — Żnaturament tal-fatti — Evalwazzjoni tal-provi — Struttura tas-suq — Obbligu għall-Kummissjoni li tippreċiża l-aspetti tal-iskambju tal-informazzjoni li jikkostitwixxu restrizzjoni tal-kompetizzjoni bl-għan — Oneru tal-prova — Kalkolu tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ ta’ sussidjarji mhux involuti fil-ksur — Għadd doppju ta’ bejgħ tal-istess banana”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015
Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentazzjoni tardiva tal-provi — Kundizzjonijiet
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1))
Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))
Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tan-neċessità li tiġi kkompletata l-informazzjoni — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Artikolu 256(1) TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64)
Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)
Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ
(Artikolu 253 KE)
Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-iżvilupp ta’ dan tal-aħħar — Distinzjoni bejn ksur bl-għan u ksur bl-effett — Intenzjoni tal-partijiet li jikkonkludu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Kriterju mhux neċessarju — Ksur bl-għan — Grad suffiċjenti ta’ dannu — Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Artikolu 81(1) KE)
Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Għan jew effett antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet
(Artikolu 81(1) KE)
Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Għan antikompetittiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq — Assenza ta’ rabta diretta bejn il-prattika miftiehma u l-prezzijiet tal-konsumaturi — Assenza ta’ rilevanza
(Artikolu 81(1) KE)
Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Neċessità ta’ rabta kawżali bejn il-ftehim u l-aġir tal-impriżi fis-suq — Preżunzjoni tal-eżistenza ta’ din ir-rabta kawżali — Oneru tal-impriża kkonċernata li tirribatti din il-preżunzjoni — Provi
(Artikolu 81(1) KE)
Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika
(Artikolu 81(1) KE)
Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata
(Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3))
Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Metodu ta’ kalkolu stabbilit mil-linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ — Kriterji — Bejgħ relatat direttament jew indirettament mal-ksur