Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0367

Sommarju tas-sentenza

Kawża C‑367/12

Susanne Sokoll-Seebacher

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich)

“Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Artikolu 49 TFUE — Spiżeriji — Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-operat — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku — Distanza minima bejn l-ispiżeriji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss – Inklużjoni minħabba fl-applikabbiltà eventwali tad-dritt tal-Unjoni għall-imsemmija kawża minħabba fi projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita mid-dritt nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda f’reġjun speċifiku – Kundizzjonijiet għall-għoti marbuta mad-densità demografika u d-distanza minima bejn l-ispiżeriji – Kriterju essenzjali li jikkonsisti f’limitu riġidu ta’ “persuni li dejjem għandhom jiġu fornuti” – Assenza tal-possibbiltà ta’ deroga minn dan il-limitu sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari lokali – Inammissibbiltà

    (Artikolu 49 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 10-12)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 15-17)

  3.  L-Artikolu 49 TFUE, b’mod partikolari r-rekwiżit ta’ koerenza sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, li tistabbilixxi, bħala kriterju essenzjali sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ bżonn għall-istabbiliment ta’ spiżerija ġdida, limitu riġidu ta’ “persuni li dejjem għandhom jiġu fornuti”, sa fejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkollhomx il-possibbiltà li jidderogaw minn dan il-limitu biex ikunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari lokali.

    Ċertament, leġiżlazzjoni nazzjonali li tibbaża ruħha fuq ċerti kriterji li fuqhom jiddependi l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet għall-istabbiliment ta’ spiżeriji ġodda hija, bħala prinċipju, adatta sabiex jintlaħaq l-għan intiż sabiex tkun żgurata provvista adegwata u ta’ kwalità ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni.

    Madankollu, tali leġiżlazzjoni tista’ titqies li hija adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan imfittex biss jekk tkun tissodisfa verament l-intenzjoni li dan jintlaħaq b’mod koerenti u sistematiku.

    Applikazzjoni uniformi, fuq it-territorju kollu kkonċernat, tal-kundizzjonijiet relatati mad-densità demografika u mad-distanza minima bejn l-ispiżeriji, iffissata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex tiġi stabbilita spiżerija ġdida, tirriskja, f’ċerti ċirkustanzi, li ma tiżgurax aċċess xieraq għas-servizz farmaċewtiku f’żoni li għandhom ċerti partikolaritajiet demografiċi. Għal dak li jirrigwarda b’mod iktar partikolari l-kundizzjonijiet relatati mad-densità demografika, l-applikazzjoni uniformi ta’ dawn il-kundizzjonijiet, mingħajr deroga possibbli, tista’ twassal, f’ċerti żoni rurali li l-popolazzjoni tagħhom ġeneralment hija mxerrda u iżgħar fin-numru, għall-fatt li ċerti residenti kkonċernati jsibu ruħhom barra minn distanza raġonevoli ta’ spiżerija, u b’hekk ikunu mċaħħda minn aċċess xieraq għal servizz farmaċewtiku. Minn dan isegwi li, b’applikazzjoni tal-kriterju dwar in-numru ta’ “persuni li dejjem għandhom jiġu fornuti” jeżisti riskju li ma jkunx hemm garanzija ta’ aċċess ekwu u adegwat għas-servizzi farmaċewtiċi għal ċerti persuni residenti f’żoni rurali u iżolati.

    (ara l-punti 25, 39, 41, 42, 50, 51 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑367/12

Susanne Sokoll-Seebacher

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich)

“Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Artikolu 49 TFUE — Spiżeriji — Provvista xierqa ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni — Awtorizzazzjoni għall-operat — Tqassim territorjali tal-ispiżeriji — Limiti stabbiliti essenzjalment abbażi ta’ kriterju demografiku — Distanza minima bejn l-ispiżeriji”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Frar 2014

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domanda magħmula fuq tilwima li qamet fi Stat Membru wieħed biss — Inklużjoni minħabba fl-applikabbiltà eventwali tad-dritt tal-Unjoni għall-imsemmija kawża minħabba fi projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita mid-dritt nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel għall-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda f’reġjun speċifiku — Kundizzjonijiet għall-għoti marbuta mad-densità demografika u d-distanza minima bejn l-ispiżeriji — Kriterju essenzjali li jikkonsisti f’limitu riġidu ta’ “persuni li dejjem għandhom jiġu fornuti” — Assenza tal-possibbiltà ta’ deroga minn dan il-limitu sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi partikolari lokali — Inammissibbiltà