Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 62013CJ0295
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C‑295/13
H
vs
H. K.
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Darmstadt)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza għall-azzjoni fuq il-bażi ta’ insolvenza kontra konvenut domiċiljat fi Stat terz — Azzjoni kontra d-direttur ta’ kumpannija intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li din il-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament Nru 1346/2000 – Ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza – Azzjoni mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza – Azzjoni kontra d-direttur ta’ kumpannija intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-imsemmija kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 3(1))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament Nru 1346/2000 – Ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza – Azzjoni mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza – Azzjoni kontra d-direttur ta’ kumpannija intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-imsemmija kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza – Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 3(1))
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni, ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, tal-amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ din il-kumpannija intiża kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors tal-pagamenti li saru wara li hija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha.
Il-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti fil-prinċipju li tiġi ppreżentata tali azzjoni anki fil-każ fejn ebda proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-beni tal-kumpannija debitriċi kkonċernata ma tkun bdiet ma jistax, fih innifsu, jipprekludi l-klassifikazzjoni ta’ tali azzjoni bħala azzjoni li toriġina direttament minn proċedura ta’ insolvenza u li hija marbuta mill-qrib magħha, bil-preżunzjoni li din l-azzjoni tkun effettivament ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza.
(ara l-punti 20, 26 u d-dispożittiv 1)
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet proċedura ta’ insolvenza li tirrigwarda l-patrimonju ta’ kumpannija għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni, ippreżentata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza, mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ din il-kumpannija kontra d-direttur tal-imsemmija kumpannija u intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha, meta dan id-direttur ma huwiex domiċiljat fi Stat Membru ieħor, iżda fi Stat li huwa parti kontraenti tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li l-konklużjoni tagħha ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 2009/430 (Konvenzjoni ta’ Lugano II).
Fil-fatt, sa fejn azzjoni tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija konvenzjoni.
(ara l-punti 32, 34 u d-dispożittiv 2)
Kawża C‑295/13
H
vs
H. K.
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Darmstadt)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza għall-azzjoni fuq il-bażi ta’ insolvenza kontra konvenut domiċiljat fi Stat terz — Azzjoni kontra d-direttur ta’ kumpannija intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li din il-kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament Nru 1346/2000 — Ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza — Azzjoni mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza — Azzjoni kontra d-direttur ta’ kumpannija intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-imsemmija kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 3(1))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament Nru 1346/2000 — Ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex tinbeda l-proċedura ta’ insolvenza — Azzjoni mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza — Azzjoni kontra d-direttur ta’ kumpannija intiża għar-rimbors ta’ pagamenti li saru wara li l-imsemmija kumpannija saret insolventi jew wara l-konstatazzjoni ta’ dejn eċċessiv tagħha — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru fejn inbdiet il-proċedura ta’ insolvenza — Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II