Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62013CJ0447

Nencini vs Il-Parlament

Kawża C‑447/13 P

Riccardo Nencini

vs

Il-Parlament Ewropew

“Appell — Membru tal-Parlament Ewropew — Allowances intiżi sabiex ikopru l-ispejjeż li jintefqu fit-twettiq tal-funzjonijiet Parlamentari — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Irkupru — Preskrizzjoni — Terminu raġonevoli”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014

  1. Appell – Suġġett – Appell li sar biss fuq l-ammont tal-ispejjeż u fuq min għandu jħallashom – Inammissibbiltà

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 58)

  2. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169)

  3. Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Irkupru ta’ krediti mit-terzi – Terminu ta’ preskrizzjoni – Skop – Adozzjoni tar-regoli ta’ implemetnazzjoni skont dan l-iskop

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 73a u 183)

  4. Baġit tal-Unjoni Ewropea – Regolament finanzjarju – Irkupru ta’ krediti mit-terzi – Applikazzjoni għal rimbors fil-forma ta’ nota ta’ debitu – Terminu ta’ notifika – Terminu li skada ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-krediti – Preżunzjoni konfutabbli tan-natura irraġonevoli tat-terminu ta’ notifika – Konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konfutazzjoni – Annullament tat-talba għal rimbors – Assenza ta’ invokazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża tad-debitur – Assenza ta’ effett

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 73a; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 85b)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 23, 25)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 32, 33)

  3.  Meta l-leġiżlatur adotta regola ġenerali li, kif jirriżulta mill-Artikolu 73a tar-Regolament Nru 1605/2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, il-krediti tal-Unjoni mingħand terzi huma preskritti fi tmiem perijodu ta’ ħames snin, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jagħti lid-debituri eventwali tal-Unjoni garanzija li biha, la jgħaddi dan it-terminu, ma jkunux jistgħu, fil-prinċipju, skont ir-rekwiżiti ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ikunu suġġetti għal miżuri ta’ rkupru ta’ tali krediti, li għalihom huma jkunu dispensati milli jippruvaw li huma ma humiex id-debituri. F’dan ir-rigward, l-imsemmi Artikolu 73a għandu l-għan b’mod partikolari li jillimita ż-żmien tal-possibbiltà ta’ rkupru tal-krediti tal-Unjoni mingħand terzi, sabiex jissodisfa l-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

    Barra minn hekk, ladarba l-Artikolu 73a tar-Regolament Nru 1605/2002 jirreferi għall-iffissar tad-data li għandha tiġi kkunsidrata għar-Regoli ta’ Implementazzjoni li, skont l-Artikolu 183 ta’ dan ir-regolament, għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea, l-imsemmi Artikolu 73a ma jistax, huwa biss, mingħajr ir-regoli ta’ implementazzjoni tiegħu, jiġi utilment invokat sabiex jistabbilixxi li kreditu tal-Unjoni huwa preskritt. F’dan ir-rigward, l-imsemmija regoli ta’ implementazzjoni jistgħu jiġu adottati biss skont dawn l-għanijiet stabbiliti mill-Artikolu 73a.

    (ara l-punti 43-45, 52)

  4.  Għalkemm huwa minnu li la r-Regolament Nru 1605/2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u lanqas ir-Regolament Nru 2342/2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1605/2002, ma jispeċifikaw it-terminu li fih nota ta’ debitu għandha tiġi kkomunikata mid-data tal-fatt li jikkawża l-kreditu inkwistjoni, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi, meta t-testi applikabbli ma jgħidu xejn, li l-istituzzjoni kkonċernata tagħmel din il-komunikazzjoni f’terminu raġonevoli.

    F’dan ir-rigward, meta jiġi kkunsidrat it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ krediti previst fl-Artikolu 73a tar-Regolament Nru 1605/2002, it-terminu ta’ komunikazzjoni ta’ nota ta’ debitu għandu jiġi preżunt irraġonevoli meta din il-komunikazzjoni sseħħ lil hinn minn perijodu ta’ ħames snin li jibda jgħodd mill-mument li l-istituzzjoni ġeneralment setgħet titlob il-kreditu tagħha. Tali preżunzjoni tista’ tiġi kkonfutata biss jekk l-istituzzjoni inkwistjoni tistabbilixxi li, minkejja l-isforzi li għamlet, id-dewmien huwa dovut għall-aġir tad-debitur, b’mod partikolari għall-manuvri dilatorji jew għall-mala fide tiegħu. Fl-assenza ta’ tali prova, għandu għaldaqstant jiġi kkonstatat li l-istituzzjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli.

    Barra minn hekk, ladarba kkonstatat dan in-nuqqas, il-qorti tal-Unjoni ma setgħetx, mingħajr ma twettaq żball ta’ dritt, tastjeni milli tannulla deċiżjoni ta’ rkupru tal-kreditu inkwitjoni, peress li l-appellant ma sostna ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    (ara l-punti 47-49, 55)

Üles

Kawża C‑447/13 P

Riccardo Nencini

vs

Il-Parlament Ewropew

“Appell — Membru tal-Parlament Ewropew — Allowances intiżi sabiex ikopru l-ispejjeż li jintefqu fit-twettiq tal-funzjonijiet Parlamentari — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Irkupru — Preskrizzjoni — Terminu raġonevoli”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014

  1. Appell — Suġġett — Appell li sar biss fuq l-ammont tal-ispejjeż u fuq min għandu jħallashom — Inammissibbiltà

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 58)

  2. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà — Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169)

  3. Baġit tal-Unjoni Ewropea — Regolament finanzjarju — Irkupru ta’ krediti mit-terzi — Terminu ta’ preskrizzjoni — Skop — Adozzjoni tar-regoli ta’ implemetnazzjoni skont dan l-iskop

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 73a u 183)

  4. Baġit tal-Unjoni Ewropea — Regolament finanzjarju — Irkupru ta’ krediti mit-terzi — Applikazzjoni għal rimbors fil-forma ta’ nota ta’ debitu — Terminu ta’ notifika — Terminu li skada ta’ preskrizzjoni applikabbli għall-krediti — Preżunzjoni konfutabbli tan-natura irraġonevoli tat-terminu ta’ notifika — Konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konfutazzjoni — Annullament tat-talba għal rimbors — Assenza ta’ invokazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża tad-debitur — Assenza ta’ effett