Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0436

    E

    Kawża C‑436/13

    E.

    vs

    B.

    [talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil division)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 8, 12 u 15 — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Proċedura dwar il-kustodja ta’ wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni favur qorti tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier ta’ dan il-wild — Portata”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014

    1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Regolament Nru 2201/2003 – Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq, bi qbil bejn il-partijiet, proċedura mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri – Għajbien tal-imsemmija ġurisdizzjoni mal-għoti ta’ deċiżjoni li saret res judicata fil-kuntest ta’ dik il-proċedura

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, Artikoli 8(1) u 12(3))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 37)

    2.  Il-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri, estiża, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament Nru 1347/2000, favur qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq, bi qbil bejn il-partijiet, proċedura mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri, tispiċċa mal-għoti ta’ deċiżjoni li saret res judicata fil-kuntest ta’ dik il-proċedura.

      Fil-fatt, minn kliem l-Artikoli 8(1) u 12(3) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-ġurisdizzjoni ta’ qorti fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tiġi vverifikata u ddeterminata f’kull każ partikolari, meta titressaq kawża quddiem qorti, u dan jimplika li din ma tinżammx lil hinn mit-tmiem ta’ proċedura pendenti.

      Barra minn hekk, il-ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tiġi ddeterminata, qabel kollox, skont l-aqwa interessi tal-wild.

      Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, meta quddiem qorti titressaq kawża skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, l-aqwa interess tal-wild jista’ jitħares biss permezz ta’ eżami, f’kull każ partikolari, tal-kwistjoni ta’ jekk l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni mfittxija hijiex konformi ma dan l-aqwa interess.

      Fl-aħħar nett, għalkemm l-imsemmi Artikolu 12(3) huwa intiż li jippermetti li d-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri jressqu kawża, bi qbil bejniethom u taħt ċerti kundizzjonijiet oħra, quddiem qorti fir-rigward ta’ suġġetti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ġenituri li għall-evalwazzjoni tagħhom din il-qorti, bħala prinċipju, ma għandhiex ġurisdizzjoni, ma jistax jiġi preżunt li tali ftehim jibqa’ validu, fil-każijiet kollha, lil hinn mit-tmiem tal-proċedura mibdija u f’dak li jikkonċerna suġġetti oħra li jistgħu jitfaċċaw iktar ’il quddiem.

      Konsegwentement, estensjoni tal-ġurisdizzjoni, abbażi tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament Nru 2201/2003, hija valida biss għall-proċedura speċifika li fir-rigward tagħha nfetħet il-kawża quddiem il-qorti li ngħatat il-ġurisdizzjoni estiża u li din il-ġurisdizzjoni tispiċċa, favur il-qorti li għandha ġurisdizzjoni ġenerali skont l-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament, mal-għeluq definittiv tal-proċedura li tat lok għall-estensjoni tal-ġurisdizzjoni.

      (ara l-punti 40, 45, 47-50 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑436/13

    E.

    vs

    B.

    [talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil division)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 8, 12 u 15 — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Proċedura dwar il-kustodja ta’ wild li abitwalment jirrisjedi fl-Istat Membru ta’ residenza ta’ ommu — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni favur qorti tal-Istat Membru ta’ residenza tal-missier ta’ dan il-wild — Portata”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014

    1. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament Nru 2201/2003 — Ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq, bi qbil bejn il-partijiet, proċedura mid-detenturi tar-responsabbiltà tal-ġenituri — Għajbien tal-imsemmija ġurisdizzjoni mal-għoti ta’ deċiżjoni li saret res judicata fil-kuntest ta’ dik il-proċedura