This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0197
Spanja vs Il-Kummissjoni
Spanja vs Il-Kummissjoni
Kawża C‑197/13 P
Ir-Renju ta’ Spanja
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Appell — Fond ta’ koeżjoni — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Eżistenza ta’ terminu — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu impost — Konsegwenzi”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014
Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà
(Artikolu 256 TFUE)(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2))
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-ekonomija ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Anness II, Artikolu H(2), kif emendat bir-Regolamenti Nru 1264/1999 u Nru 1265/1999)
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Sospensjoni jew tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja b’riżultat ta’ irregolaritajiet – Terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Bidu tad-dekorrenza
(Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Anness II, Artikolu H(2), kif emendat bir-Regolamenti Nru 1264/1999 u Nru 1265/1999; Regolament tal-Kummissjoni Nru 1386/2002, Artikolu 18(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1303/2013, Artikolu 145(6))
Stati Membri – Obbligi – Obbligi ta’ kooperazzjoni leali mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Reċiproċità
(Artikolu 4(3) TUE)
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Regolament Nru 1083/2006 – Korrezzjonijiet finanzjarji – Terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Impossibbiltà li tiġi adottata wara l-iskadenza tat-terminu
(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))
Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu mogħti mil-leġiżlatur tal-Unjoni – Eżami ex officio mill-qorti
(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 42-45)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 55)
Mill-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1386/2002, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1164/94, li jirreferi b’mod espliċitu għall-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni, kif emendat bir-Regolamenti Nri 1264/1999 u 1265/1999, jirriżulta li l-Kummissjoni tiddisponi, abbażi ta’ dan l-Artikolu H(2), minn terminu ta’ tliet xhur biex tadotta deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja, liema terminu jibda jiddekorri mid-data tas-smigħ formali mal-Istat Membru. Għalkemm huwa minnu li l-leġiżlazzjoni applikabbli matul il-perijodu mill-1994 sal-1999 ma kinitx tiffissa terminu f’dan ir-rigward, min-naħa l-oħra, mill-2000, il-Kummissjoni hija marbuta li tosserva terminu legali biex tadotta deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja, terminu li l-modalitajiet tiegħu jvarjaw skont il-leġiżlazzjoni rilevanti.
Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet b’effett baġitarju kunsiderevoli, huwa fl-interess kemm tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll tal-Kummissjoni li t-terminu tal-proċedura ta’ korrezzjoni finanzjarja jkun prevedibbli, li jippresupponi l-iffissar ta’ terminu stabbilit minn qabel għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finali. Il-qbiż tal-iskadenza tat-terminu previst għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ma hijiex kompatibbli mal-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba.
(ara l-punti 62, 75, 82, 88, 94-97)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 87)
Il-fatt li l-Artikolu 100(5) tar-Regolament Nru 1083/2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament Nru 1260/1999, li jistabbilixxi terminu ta’ sitt xhur għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja, ma jipprevedix espressament li, f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dan it-terminu, il-Kummissjoni ma tistax iktar tadotta tali deċiżjoni, huwa irrilevanti, peress li l-istabbiliment ta’ terminu li fih għandha tiġi adottata deċiżjoni ta’ dan it-tip huwa fih innifsu suffiċjenti.
(ara l-punt 102)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 103)