Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0470

Sommarju tas-sentenza

Kawża C‑470/12

Pohotovosť s. r. o.

vs

Miroslav Vašuta

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Svidník)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum — Klawżoli inġusti — Direttiva 93/13/KEE — Eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ — Talba għal intervent f’proċedura ta’ eżekuzzjoni — Assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix tali intervent — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja – Proċedura orali – Ftuħ mill-ġdid – Obbligu li l-proċedura orali terġa’ tinfetaħ sabiex tippermetti lill-partijiet jippreżentaw osservazzjonijiet fuq il-punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali – Assenza – Talba intiża sabiex tinstema’ persuna li ma hijiex parti fil-kawża prinċipali – Inammissibbiltà

    (It-tieni paragrafu tal-Artikoli 252 TFUE u 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 83 u 97(1))

  2. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali – Portata – Appell minn deċiżjoni li tordna r-rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żamma, bdil jew irtirar tat-talba għal deċiżjoni preliminari – Sħarriġ mill-qorti tar-rinviju

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 100)

  3. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Rikors għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ arbitraġġ definittiva –Obbligu għall-qorti ta’ eżekuzzjoni li tevalwa ex officio n-natura abbużiva tal-klawżola ta’ arbitraġġ – Portata

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 6 u 7)

  4. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Motivi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti –Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tawtorizzax l-intervent ta’ assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi insostenn ta’ konsumatur partikolari fi proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ arbitraġġ definittiv – Ammissibbiltà – Limiti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Portata

    (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 38 u 47; Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 6(1), 7(1) u (2) u 8)

  5. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali – Esklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 21-23)

  2.  Mill-Artikolu 267 TFUE jirriżulta li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari tippreżumi li kawża hija effettivament quddiem il-qrati nazzjonali, li fil-kuntest tagħha huma għandhom jagħtu deċiżjoni li tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza dwar id-deċiżjoni preliminari. Fil-każ li l-qorti tar-rinviju indikat li l-kawża li tressqet quddiemha għadha pendenti, tali indikazzjoni ta’ qorti nazzjonali torbot lill-Qorti tal-Ġustizzja u ma tistax bħala regola ġenerali titqiegħed inkwistjoni mill-partijiet fil-kawża prinċipali.

    Barra minn hekk, meta tressaq appell kontra d-deċiżjoni tar-rinviju, skont l-Artikolu 267 TFUE, l-evalwazzjoni tar-rilevanza u tal-bżonn tad-domanda preliminari taqa’, bħala regola ġenerali, taħt ir-responsabbiltà biss tal-qorti li tordna r-rinviju għal deċiżjoni preliminari, suġġett għall-verifika limitata magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tislet il-konsegwenzi minn sentenza mogħtija fil-kuntest ta’ appell mid-deċiżjoni li tordna r-rinviju għal deċiżjoni preliminari u, b’mod partikolari, li tikkonkludi jew li huwa meħtieġ li żżomm it-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, jew li temendaha jew li tirtiraha. Minn dan jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, iżżomm ma’ din id-deċiżjoni li ordnat ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, li għandha tipproduċi l-effetti tagħha sakemm ma tkunx ġiet irrevokata jew emendata mill-qorti li tkun tatha, billi din il-qorti tal-aħħar biss tista’ tiddeċiedi dwar tali revoka jew dwar tali emenda. Huwa biss fil-każ li l-qorti tal-appell tiddeċiedi, skont ir-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali applikabbli, li tannulla r-rifjut tal-qorti tar-rinviju li tieħu att tar-rinunzja tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali u tordna l-irtirar tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-qorti tar-rinviju, li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tislet il-konsegwenzi ta’ din id-deċiżjoni billi eventwalment tipproċedi għat-tħassir tal-kawża mil-lista tal-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tkun irċeviet, jekk ikun il-każ, l-osservazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju f’dan ir-rigward.

    (ara l-punti 28, 30-33)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 39-42)

  4.  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikoli 6(1), 7(1) u 8 ta’ din id-direttiva, moqrija flimkien mal-Artikoli 38 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ma huwiex aċċettat l-intervent ta’ assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi insostenn ta’ konsumatur partikolari f’proċedura ta’ eżekuzzjoni, diretta kontra dan tal-aħħar, ta’ sentenza ta’ arbitraġġ definittiv.

    Fil-fatt, la d-Direttiva 93/13 u lanqas dawk li ġew warajha, li jikkompletaw id-dispożittiv leġiżlattiv ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, ma jinkludu dispożizzjoni li tirregola l-irwol li jista’ jew li għandu jingħata lill-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fil-kuntest ta’ kawżi individwali li jinvolvu konsumatur. Għalhekk, id-Direttiva 93/13 ma tirregolax il-kwistjoni dwar jekk tali assoċjazzjonijiet għandhomx ikollhom id-dritt li jintervjenu insostenn tal-konsumaturi fil-kuntest ta’ tali kawżi individwali. Minn dan isegwi li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-possibbiltà għall-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li jintervjenu fil-kawżi individwali li jinvolvu konsumaturi, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi tali regoli, skont il-prinċipju tal-awtonomija proċedurali, bil-kundizzjoni madankollu li dawn ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza), u li ma jrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività).

    Fl-assenza ta’ dispożizzjoni fid-Direttiva 93/13 li tipprovdi dritt għall-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li jintervjenu fil-kawżi individwali li jinvolvu l-konsumaturi, l-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li abbażi tiegħu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi għandu jiġi żgurat fil-politika tal-Unjoni, ma jwassalx waħdu biex din id-direttiva tiġi interpretata fis-sens li dan id-dritt jeżisti.

    Barra minn hekk, sa fejn id-Direttiva 93/13 timponi, fil-kawżi li jinvolvu persuna professjonali u konsumatur, intervent pożittiv, indipendenti mill-partijiet fil-kuntratt, mill-qorti nazzjonali adita b’tali kawżi, ma jistax jitqies li r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ intervent ta’ assoċjazzjoni insostenn ta’ konsumatur partikolari jikkostitwixxi ksur tad-dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ dan il-konsumatur, kif iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    (ara l-punti 45, 46, 52-54, 57 u d-dispożittiv)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 59, 60)

Top

Kawża C‑470/12

Pohotovosť s. r. o.

vs

Miroslav Vašuta

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Svidník)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum — Klawżoli inġusti — Direttiva 93/13/KEE — Eżekuzzjoni forzata ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ — Talba għal intervent f’proċedura ta’ eżekuzzjoni — Assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix tali intervent — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014

  1. Proċedura ġudizzjarja — Proċedura orali — Ftuħ mill-ġdid — Obbligu li l-proċedura orali terġa’ tinfetaħ sabiex tippermetti lill-partijiet jippreżentaw osservazzjonijiet fuq il-punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali — Assenza — Talba intiża sabiex tinstema’ persuna li ma hijiex parti fil-kawża prinċipali — Inammissibbiltà

    (It-tieni paragrafu tal-Artikoli 252 TFUE u 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 83 u 97(1))

  2. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali — Portata — Appell minn deċiżjoni li tordna r-rinviju għal deċiżjoni preliminari — Żamma, bdil jew irtirar tat-talba għal deċiżjoni preliminari — Sħarriġ mill-qorti tar-rinviju

    (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 100)

  3. Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Rikors għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ arbitraġġ definittiva –Obbligu għall-qorti ta’ eżekuzzjoni li tevalwa ex officio n-natura abbużiva tal-klawżola ta’ arbitraġġ — Portata

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 6 u 7)

  4. Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Motivi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti –Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tawtorizzax l-intervent ta’ assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi insostenn ta’ konsumatur partikolari fi proċedura ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ arbitraġġ definittiv — Ammissibbiltà — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Portata

    (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 38 u 47; Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 6(1), 7(1) u (2) u 8)

  5. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali — Esklużjoni